Kwalifiki professjonali: dokumenti għall-applikazzjoni tar-rikonoxximent tiegħek

Jekk qed tapplika għal Karta Professjonali Ewropea biex tipprovdi servizzi temporanji jew permanenti f’pajjiż ieħor tal-UE, se jkollok bżonn id-dokumentazzjoni meħtieġa.

Din il-paġna tipprovdi xi informazzjoni addizzjonali dwar it-tipi ta’ dokumenti li jistgħu jkunu meħtieġa għal applikazzjoni tal-Karta Professjonali Ewropea. Żomm f’moħħok li mhux id-dokumenti kollha huma obbligatorji fis-sitwazzjonijiet kollha.

Kopja tal-passaport jew tal-karta tal-identità tiegħek U:

  • Jekk ismek inbidel u jidher isem differenti fuq id-diversi dokumenti li qed ittella’: kopja taċ-ċertifikat taż-żwieġ jew ta’ kwalunkwe dokument rilevanti ieħor.
  • Jekk il-post tat-twelid mhux indikat fil-passaport jew fil-karta tal-identità tiegħek, ċertifikat tat-twelid jew dokument ieħor li juri bil-provi l-post tat-twelid tiegħek.
  • Jekk m’intix ċittadin ta’ pajjiż tal-UE: dokument li juri bil-provi li inti membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE, jew li għandek status ta’ residenza fit-tul jew status ta’ refuġjat f’pajjiż tal-UE, jew li għandek Karta Blu tal-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe evidenza rilevanti li turi bil-provi li tista’ tibbenefika mid-drittijiet tal-UE. Jekk jogħġbok ivverifika mal-awtoritajiet nazzjonali.

Mhumiex meħtieġa traduzzjonijiet tal-karti tal-identità u tal-passaporti; l-awtoritajiet jistgħu jitolbu t-traduzzjoni ta’ dokumenti oħra li tibgħat.

Ċertifikat minn awtorità kompetenti / ċertifikat minn korp professjonali / kopja ta’ liċenzja professjonali / estratt minn reġistru tan-negozju jew kwalunkwe evidenza dokumentarja oħra li tikkonferma li int tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha biex tipprattika l-professjoni tiegħek fil-pajjiż domiċiljari tiegħek u li m’intix ipprojbit milli tipprattikaha (inti “stabbilit legalment” fil-pajjiż domiċiljari tiegħek).

Jekk dan id-dokument inħareġ minn korp nazzjonali fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, traduzzjoni tista’ tintalab biss f’każ ta’ dubji ġġustifikati. Jekk ma nħariġx minn korp fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni.

Kopja tad-diploma jew ta’ kwalifika rilevanti oħra tiegħek.

Traduzzjonijiet: l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ dan id-dokument.

Twissija

Għall-infermieri jew għall-ispiżjara: jekk id-diploma tiegħek hi elenkata hawnhekk (l-Anness V) u t-taħriġ tiegħek beda wara d-data ta’ referenza msemmija, tista’ tibbenefika minn rikonoxximent awtomatiku — u ma għandekx bżonn ta’ traduzzjonijiet jekk il-kwalifika tiegħek inħarġet mill-pajjiż domiċiljari tiegħek.

Bħala infermier jew spiżjar tista’ wkoll tibbenefika minn rikonoxximent awtomatiku jekk int intitolat għal wieħed minn dawn li ġejjin:

  • Ċertifikat ta’ konformità: ċertifikat li jiddikjara li l-kwalifika tiegħek tissodisfa r-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ armonizzati tal-UE.
  • Ċertifikat għal tibdil ta’ titolu ta’ kwalifika formali: dokument li jattesta bidla ta’ denominazzjoni jekk il-kwalifika tiegħek tissodisfa r-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ armonizzati tal-UE, iżda t-titolu preċiż tagħha mhux fil-lista.
  • Ċertifikat ta’ drittijiet miksuba: ċertifikat li jattesta li pprattikajt il-professjoni tiegħek għal mill-inqas 3 snin konsekuttivi matul l-aħħar 5 snin qabel id-data taċ-ċertifikat — anke jekk il-kwalifika formali tiegħek ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ tal-UE.

Jekk dawn id-dokumenti nħarġu minn korp nazzjonali fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, it-traduzzjoni tista’ tintalab biss f’każ ta’ dubji ġġustifikati. Jekk ma nħarġux minn korp fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni.

Ċertifikat li jattesta karattru tajjeb jew reputazzjoni tajba u/jew ċertifikat li jattesta li ma ġejtx iddikjarat fallut maħruġ minn awtorità kompetenti fil-pajjiż domiċiljari tiegħek.

Jekk l-awtoritajiet tal-pajjiż domiċiljari tiegħek ma joħorġux dawn id-dokumenti, jaf ikollok bżonn tipprovdi dikjarazzjoni b’ġurament iċċertifikata minn awtorità rilevanti jew nutar.

Jekk dan id-dokument inħareġ minn korp nazzjonali fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, traduzzjoni tista’ tintalab biss f’każ ta’ dubji ġġustifikati. Jekk ma nħariġx minn korp fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni.

Prova ta’ assenza ta’ sospensjoni temporanja jew definittiva milli tipprattika l-professjoni tiegħek, jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ kundanni kriminali.

Jekk dan id-dokument inħareġ minn korp nazzjonali fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, traduzzjoni tista’ tintalab biss f’każ ta’ dubji ġġustifikati. Jekk ma nħariġx minn korp fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni.

Ċertifikat mediku maħruġ minn tabib li jattesta s-saħħa mentali jew fiżika tiegħek jew ċertifikat ta’ saħħa fiżika jew mentali maħruġ minn awtorità kompetenti fil-pajjiż domiċiljari tiegħek.

Traduzzjonijiet: l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ dan id-dokument.

Ċertifikat tal-qagħda finanzjarja maħruġ minn bank jew prova rilevanti oħra (eż. rendikonti bankarji).

Traduzzjonijiet: l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ dan id-dokument.

Kopja ta’ polza tal-assigurazzjoni, kuntratt tal-assigurazzjoni, prova oħra ta’ kopertura tal-assigurazzjoni, jew prova oħra ta’ protezzjoni kollettiva għar-responsabbiltà professjonali tiegħek.

Traduzzjonijiet: l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ dan id-dokument.

Kurrikulu, traskrizzjoni ta’ rekords, dokument li jissupplimenta diploma jew sors ieħor ta’ informazzjoni dwar it-tul taż-żmien totali tal-istudji tiegħek, is-suġġetti li studjajt inkluż il-proporzjon ta’ ħin allokat għal kull suġġett, u fejn ikun xieraq, id-diviżjoni bejn il-partijiet teoretiċi u prattiċi.

Twissija

Din l-informazzjoni ma hemmx għalfejn tiġi pprovduta jekk int infermier jew spiżjar u tibbenefika minn rikonoxximent awtomatiku.

Traduzzjonijiet: l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ dan id-dokument.

Prova ta’ żvilupp professjonali kontinwu, parteċipazzjoni f’seminars, taħriġ ieħor u apprendiment tul il-ħajja.

Twissija

M’intix obbligat li tibgħat din l-informazzjoni fl-applikazzjoni tiegħek. Madankollu, tista’ tgħin biex tnaqqas ir-riskju li l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti jitolbuk tagħmel test tal-aptitudni jew tgħaddi minn perjodu ta’ adattament qabel ma jirrikonoxxu l-kwalifiki tiegħek.

Traduzzjonijiet: l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ dan id-dokument.

  • Jekk ġej minn pajjiż fejn il-professjoni jew it-taħriġ tiegħek mhumiex regolati, dokument li juri bil-provi li pprattikajt il-professjoni tiegħek fuq bażi full-time għal sena (jew għal tul taż-żmien ġenerali ekwivalenti fuq bażi part-time) matul l-aħħar 10 snin u li b’mod ċar jidentifika l-attivitajiet professjonali kkonċernati. Dawn il-provi jistgħu jinkludu ċertifikat mogħti minn awtorità kompetenti, rendikonti tal-paga, attestazzjonijiet minn dawk li ħaddmuk jew dokumenti rilevanti oħra, sakemm jidentifikaw b’mod ċar l-attivitajiet ikkonċernati.
    Traduzzjonijiet: l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ dan id-dokument.
  • Jekk il-kwalifika tiegħek mhix minn pajjiż tal-UE, dokument li jiċċertifika li għandek mill-inqas 3 snin ta’ esperjenza professjonali u li jidentifika b’mod ċar l-attività professjonali tiegħek. Dan id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti rilevanti fil-pajjiż tal-UE / taż-ŻEE li rrikonoxxiet għall-ewwel darba l-kwalifika tiegħek ta’ pajjiż terz; jekk din l-awtorità ma tkunx tista’ tiċċertifika l-esperjenza professjonali tiegħek, ipprovdi prova oħra ta’ esperjenza professjonali.
    Jekk dan id-dokument inħareġ minn korp nazzjonali fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, traduzzjoni tista’ tintalab biss f’każ ta’ dubji ġġustifikati. Jekk ma nħariġx minn korp fil-pajjiż domiċiljari tiegħek, l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni.
  • Fil-każijiet l-oħra kollha, il-prova ta’ esperjenza professjonali mhix obbligatorja biex tibgħat applikazzjoni. Madankollu jekk tibgħat ċertifikati, rendikonti tal-paga, attestazzjonijiet minn dawk li ħaddmuk jew evidenza rilevanti oħra, dawn jistgħu jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju li l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti jitolbuk tagħmel test tal-aptitudni jew tgħaddi minn perjodu ta’ adattament qabel ma jirrikonoxxu l-kwalifiki tiegħek.
    Traduzzjonijiet: l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ dan id-dokument.

Dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż domiċiljari tiegħek li jikkonferma li għandek id-dritt li tipprattika l-professjoni tiegħek fil-pajjiż domiċiljari tiegħek skont il-liġi nazzjonali, għalkemm il-kwalifika tiegħek ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti nazzjonali applikabbli.

Traduzzjonijiet: l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ dan id-dokument.

Tista’ ttella’ wkoll prova tal-għarfien tal-lingwi, curriculum vitae, eċċ. L-applikazzjoni tiegħek mhux se tiġi vvalutata abbażi ta’ dawn id-dokumenti.

Mhumiex meħtieġa traduzzjonijiet, iżda jistgħu jiġu pprovduti fuq bażi volontarja.

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 27/08/2025
Ikkondividi din il-paġna