L-aħħar verifika: 13/05/2020

Il-konjuġi u t-tfal tiegħek mill-UE

Il-Brexit affettwak?

Mistoqsijiet u Tweġibiet –id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit, kif indikati fil-Ftehim dwar il-Ħruġ

Fl-1 ta’ Jannar 2021, se jinbidlu r-regoli għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit jew sejrin hemm. L-istess japplika għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu f’pajjiż tal-UE jew li jiċċaqilqu lejn pajjiż tal-UE.

Għandi residenza permanenti fir-Renju Unit/fl-UE jew ser niksibha matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Fil-prinċipju, int u l-membri tal-familja tiegħek se tkomplu żżommu r-residenza permanenti fil-pajjiż li qed jospitakom. Dan jinkludi membri tal-familja mhux mill-UE. Madankollu, fir-Renju Unit, trid tapplika l-iskema għall-kisba tal-istatus ta' stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE biex tingħata status ta’ residenza ġdid. Fl-UE, iċċekkja mal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti kemm jista’ jkun malajr jekk hux obbligatorju li tapplika għal status ta’ residenza ġdid.

Ngħix fir-Renju Unit/fl-UE iżda m’jienx intitolat għal residenza permanenti

Fil-prinċipju, int u l-membri tal-familja tiegħek se tkomplu żżommu r-residenza attwali tagħkom fil-pajjiż li qed jospitakom. Dan jinkludi membri tal-familja mhux mill-UE. Fir-Renju Unit, madankollu trid tapplika għall-iskema għall-kisba tal-istatus ta' stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE biex tingħata status ta’ residenza ġdid. Fl-UE, iċċekkja mal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti kemm jista’ jkun malajr jekk hux obbligatorju li tapplika għal status ta’ residenza ġdid.

Irrid niċċaqlaq lejn ir-Renju Unit/l-UE.

Int u l-membri tal-familja tiegħek tistgħu tmorru fir-Renju Unit jew f’pajjiż tal-UE skont ir-regoli attwali tal-UE sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dan jinkludi membri tal-familja mhux mill-UE. Għalhekk, fir-Renju Unit trid tapplika għall-iskema għall-kisba tal-istatus ta' stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE. Fl-UE, iċċekkja mal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti tiegħek jekk tridx tirreġistra u jekk hux obbligatorju li tapplika għal status ta’ residenza ġdid.

Nixtieq immur fir-Renju Unit/UE għal żjara qasira

Ir-regoli attwali dwar ir-rappurtar tal-preżenza, ir-reġistrar tar-residenza tiegħek barra, ir-reġistrar tal-familja tiegħek tal-UE, ir-reġistrar tal-familja mhux tal-UE jkomplu japplikaw ta’ mill-anqas sal-31 ta' Diċembru 2020.

Għandi bżonn l-għajnuna

Jekk taħseb li d-drittijiet tiegħek skont il-liġi tal-UE mhumiex qed jiġu rispettati, ikkuntattja s-servizzi tal-assistenza tagħna.

Informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u d-drittijiet taċ-ċittadini

Bħala ċittadin tal-UE, tista' tingħaqad mal-konjuġi tiegħek f' pajjiż tal-UE ieħor jew bis-saħħa tad-drittijiet tiegħek stess tal-UE jew bħala dipendenti tal-konjuġi tiegħek. L-informazzjoni f'din il-paġna tapplika wkoll għat-tfal u n-neputijiet li huma ċittadini tal-UE u jingħaqdu mal-familja tal-UE tagħhom barra l-pajjiż.

Meta toqgħod bis-saħħa tad-drittijiet tiegħek stess

Bħala ċittadin tal-UE, għandek id-dritt li tiċċaqlaq lejn kwalunkwe pajjiż tal-UE biex tgħix, taħdem, tistudja, tfittex xogħol jew tirtira.

Tista' tibqa' f'pajjiż ieħor tal-UE sa 3 xhur mingħajr ma tirreġistra iżda hemm imnejn ikollok tirrapporta l-preżenza tiegħek. L-uniku rekwiżit huwa li jkollok karta tal-identità nazzjonali valida jew passaport validu. Jekk tixtieq toqgħod għal aktar minn 3 xhur, hemm imnejn ikollok tirreġistra r-residenza tiegħek.

F'ħafna pajjiżi tal-UE, ikun jeħtieġlek iżżomm fuqek il-karta tal-identità jew il-passaport f'kull ħin. F'dawn il-pajjiżi, tista' tkun immultat jew arrestat temporanjament jekk tħalli d-dokumenti tal-identità tiegħek id-dar - iżda ma tistax tintbagħat lura f'pajjiżek minħabba f'hekk biss. Aqra aktar dwar id-deportazzjoni.

Jekk inti għext legalment f'pajjiż ieħor tal-UE, għal żmien kontinwu ta' 5 snin, inti awtomatikament tikseb fih id-dritt ta' residenza permanenti.

Meta toqgħod bħala dipendenti

Jekk mhux qed tippjana li taħdem, tfittex xogħol, jew tistudja fil-pajjiż tal-UE l-ġdid tiegħek, xorta tista' tingħaqad mal-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba rreġistrat(a) tiegħek bħala dipendenti tagħhom.

Xi pajjiżi tal-UE ma jirrikonoxxux il-partnerships ċivili u rreġistrati bħala ekwivalenti għal żwieġ, u għalhekk jistgħu ma jikkunsidrawkx bħala sieħeb dipendenti. F'dan il-każ, iċċekkja d-drittijiet u l-kundizzjonijiet għar-residenza applikabbli għal qraba oħra.

Skopri aktar dwar ir-rikonoxximent ta' partnerships ċivili fl-Ewropa.

Reġistrazzjoni

Wara 3 xhur fil-pajjiż tal-UE l-ġdid tiegħek, se jkollok tirreġistra r-residenza tiegħek hemmhekk.

Se jeħtieġlek tissottometti d-dokumenti li ġejjin lill-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija lokali:

Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.

Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek se jinħareġ immedjatament.

Tariffi

Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek ma għandux iqum aktar flus minn dak li jħallsu għalih iċ-ċittadini tal-pajjiż għall-karti tal-identità tagħhom jew dokumenti simili.

Validità

Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek hu validu b'mod indefinit (m'hemmx għalfejn jiġġedded), iżda hemm imnejn ikollok tirrapporta kull tibdil ta' indirizz lill-awtoritajiet lokali.

Fejn u kif tirreġistra skont il-pajjiż

Skopri fejn u kif tirreġistra l-membri tal-familja mill-UE tiegħek fil-pajjiż ospitanti:

Agħżel il-pajjiż
  • il-Litwanjaltenlt
  • il-Lussemburguludeenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
  • il-Polonjaplenpl
  • il-Portugallptenpt
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjanoen
  • ir-Renju Unitgben
  • ir-Rumanijaroenro
  • is-Slovakkjaskensk
  • is-Slovenjasiensl

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Jekk ikun meħtieġ mill-pajjiż ospitanti, tista' tkun immultat imma ma tistax titkeċċa jekk:

Jekk tiltaqa' ma problema biex takkwista ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni, tista' tikkuntattja lis- servizzi ta' għajnuna tagħna .

X'jiġri mid-drittijiet ta' residenza tiegħek jekk tiddivorzja minn mal-konjuġi tiegħek?

Peress li int ċittadin tal-UE, id-divorzju minn mal-konjuġi tiegħek mhux se jaffettwa d-dritt tiegħek li tibqa' fil-pajjiż tal-UE ospitanti jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tibqa' minħabba d-drittijiet tiegħek stess.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Jekk qed tippjana li taħdem jew tistudja fil-pajjiż tal-UE ospitanti tiegħek, trid tagħti prova li għandek kopertura ta' assigurazzjoni medika komprensiva u riżorsi suffiċjenti.

X'jiġri mid-drittijiet ta' residenza tiegħek jekk il-konjuġi tiegħek imut?

Jekk il-konjuġi jew is-sieħeb tiegħek kien impjegat jew kien qed jaħdem għal rasu f'pajjiż ieħor tal-UE u miet qabel ma akkwista residenza permanenti hemmhekk, tista' ġġib permess biex tibqa' fil-pajjiż tal-UE ospitanti b'mod permanenti:

Talba biex titlaq u deportazzjoni

Tista' tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm tkompli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal residenza. Jekk tieqaf tagħmel dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jobbligawk titlaq.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż li jospitak jista' jiddeportak għal raġunijiet ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika - iżda biss jekk jista' juri li int ta' theddida serja.

Id-deċiżjoni ta' deportazzjoni jew it-talba biex titlaq għandha tingħatalek bil-miktub. Għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha għad-deportazzjoni tiegħek u tispeċifika kif int tista' tappella u sa meta.

Residenza permanenti

Bħala membru tal-familja dipendenti, għandek id-dritt għar-residenza permanenti anke jekk ma taħdimx u għandek bżonn appoġġ għall-introjtu. Għandek tgawdi l-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini.

Skopri kif tikseb dokument ta' residenza permanenti li jiċċertifika d-dritt tiegħek biex tibqa' hemm bla kondizzjonijiet.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: