Tassazzjoni doppja

Hemm riskju li l-introjtu tiegħek jista' jkun qed jiġi ntaxxat darbtejn jekk żewġ pajjiżi għandhom id-dritt li jintaxxaw l-introjtu tiegħek, billi pereżempju:

F'dawn is-sitwazzjonijiet, filwaqt li int tibqa' dejjem soġġett għar-regoli tat-taxxa tal-pajjiż ta' residenza tiegħek, għandu mnejn ikollok tħallas it-taxxi f'pajjiż ieħor ukoll.

Fortunatament, madankollu, il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi għandhom ftehimiet dwar it-taxxa doppja de en fr . Dawn il-ftehimiet normalment jevitawlek it-taxxa doppja:

  • skont ħafna ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa, l-ammont tat-taxxa li ħallast fil-pajjiż fejn taħdem għandu jitnaqqas mit-taxxa dovuta minnek fil-pajjiż ta' residenza.
  • f'każijiet oħrajn, l-introjtu li qlajt fil-pajjiż fejn taħdem jista' jkun taxxabbli biss f'dak il-pajjiż u eżentat mit-taxxa fil-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Għandek tinnota li r-rati tat-taxxa fiż-żewġ pajjiżi involuti wisq probabbli se jkunu differenti. Jekk ir-rata tat-taxxa fil-pajjiż fejn taħdem hi ogħla, dik hi r-rata finali li se tħallas – anki jekk it-taxxa mħallsa f'dak il-pajjiż titnaqqas mit-taxxa dovuta fil-pajjiż ta' residenza tiegħek, jew jekk il-pajjiż ta' residenza tiegħek jeżentak minn aktar taxxi.

Sabiex titlob ħelsien mit-tassazzjoni doppja, jista' jkun jeħtieġlek tipprova fejn int resident u li int diġà ħallast it-taxxi fuq l-introjtu tiegħek. Iċċekkja mal- awtoritajiet tat-taxxa de en fr liema prova u liema dokumenti għandek bżonn tibgħat.

Twissija

Il-pajjiżi kollha tal-UE regolarment jiskambjaw informazzjoni dwar it-taxxa biex jiżguraw li l-kontribwenti jissodisfaw l-obbligi tagħhom u biex jiġġieldu kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.

L-informazzjoni hawn taħt tiddeskrivi r-regoli tat-trattat dwar it-tassazzjoni doppja l-aktar komuni, skont il- mudell tal-konvenzjoni tat-taxxa tal-OECD en ; jekk jogħġbok iċċekkja d-dettalji tat-trattat dwar it-taxxa rilevanti għas-sitwazzjoni tiegħek.

X'regoli japplikaw jekk int:

Jekk tgħix f'pajjiż tal-UE u taħdem f'ieħor, ir-regoli tat-tassazzjoni applikabbli għall-introjtu tiegħek jiddependu mil-liġijiet nazzjonali u mill-ftehimiet dwar it-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi – u r-regoli jistgħu jkunu konsiderevolment differenti minn dawk li jiddeterminaw liema pajjiż hu responsabbli għall-kwistjonijiet li jirrigwardjaw is-sigurtà soċjali.

Skont il-ftehim dwar it- taxxa doppja de en fr , jista' jkollok tħallas kemm it-taxxi fil-pajjiż tax-xogħol tiegħek kif ukoll fil-pajjiż ta' residenza tiegħek:

Jekk int impjegat, il-pajjiż fejn taħdem, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, se jintaxxak fuq l-introjtu li taqla' fit-territorju tiegħu.

Jekk taħdem għal rasek u tirreġistra b'dan il-mod fil-pajjiż li fih tgħix iżda tipprovdi servizzi fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera, ikollok ġeneralment tħallas it-taxxa fuq l-introjtu fil-pajjiż li fih tipprovdi s-servizzi jekk tistabbilixxi "bażi fissa" jew "stabbiliment permanenti" (bħal uffiċċju jew ħanut) fih. Iċċekkja mal-awtoritajiet tat-taxxa liema regoli japplikaw għall-każ tiegħek.

Jekk tgħix f'pajjiż tal-UE iżda tirċievi l-introjtu kollu jew kważi kollu tiegħek f'ieħor u tħallas it-taxxa fih, il-pajjiż li fih taqla' l-introjtu tiegħek għandu jittrattak bl-istess mod kif jittratta resident - jiġifieri, għandu jagħtik l-istess ħelsien u eżenzjonijiet ta' taxxa u kwalunkwe benefiċċji ta' taxxa oħrajn disponibbli għar-residenti, bħall-benefiċċji personali, jew il-possibbiltà li timla dikjarazzjoni tat-taxxa flimkien mal-konjuġi tiegħek.

Is- sħubijiet transfruntieri tas-servizzi Ewropej tax-xogħol fir-reġjun tiegħek se jkunu jistgħu jgħinuk issib jekk hemmx xi arranġamenti speċjali tat-taxxa fis-seħħ għall-ħaddiema transfruntieri li jistgħu japplikaw għalik.

Jekk int stazzjonat f'pajjiż barrani għal inkarigu ta' ftit żmien (sa sentejn), int se tibqa' soġġett għas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' pajjiżek. Madankollu, l- introjtu li tirċievi meta tkun stazzjonat f'pajjiż barrani jista' jiġi ntaxxat fil-pajjiż ospitanti.

Meta stazzjonat f'pajjiż barrani mill-kumpanija tiegħek, jista' ma jkollokx tħallas it-taxxa fil-pajjiż li fih taħdem fuq l-introjtu li taqla' matul iż-żmien li tkun stazzjonat jekk:

  • Tgħix fil-pajjiż barrani anqas minn 6 xhur f'sena u
  • Is-salarju tiegħek jitħallaslek direttament minn min iħaddmek (f'pajjiżek), aktar milli minn fergħa jew kumpanija oħra li min iħaddmek għandu fil-pajjiż fejn taħdem.

Jekk int tgħix f'pajjiż u int membru ta' bord maniġerjali ta' kumpanija f'ieħor, il- pajjiż li fih tinsab il-kumpanija jista' jintaxxa d-drittijiet ta' ħlas u introjtu relatati ma' dan ir-rwol.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jittrattaw bħala parti mid-drittijiet ta' ħlas tiegħek kwalunkwe benefiċċju in natura (pereżempju opzjoni fuq l-ishma jew karozza tal-kumpanija) li tingħata bħala membru tal-bord.

Jekk, flimkien mar-rwol tiegħek bħala membru tal-bord, taħdem għall-istess kumpanija bħala konsulent jew impjegat ordinarju, l-introjtu tiegħek minn dawn il-funzjonijiet se jkunu aktarx soġġetti għall-istess trattament tat-taxxa bħal dak applikat għal ħaddiema transfruntieri oħrajn (ara hawn fuq).

Jekk tgħix f'pajjiż tal-UE u taħdem fih għal kumpanija bbażata f'pajjiż ieħor tal-UE normalment, skont il-biċċa l-kbira tat-trattati, se tkun biss soġġett għat-taxxa fil-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Meta taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE - barra l-pajjiż tal-UE fejn inti resident taxxabbli - bħala intrattenitur (bħal mużiċist, artist tat-teatru, taċ-ċinema, tar-radju jew tat-televixin) jew bħala professjonist sportiv, l-introjtu li tirċievi jista' jiġi intaxxat fil-pajjiż fejn qlajt il-flus. Dan jista' jkun il-każ anki jekk titħallas indirettament permezz ta' persuna oħra jew kumpanija (bħal kumpanija ta' ġestjoni, tim, grupp jew orkestra).

It-tul ta' żmien li ddum toqgħod fil-pajjiż barrani, u jekk għandekx bażi fissa fih jew le ta' spiss ma jitqisux: l-element deċiżiv huwa l-prestazzjoni fil-pajjiż.

Madankollu, jekk il-prestazzjoni jew l-avveniment hu esklużivament jew prinċipalment appoġġjat minn fondi pubbliċi jew jekk l-ammont ta' flus li qlajt mhux sinifikanti, xi pajjiżi ma jintaxxawx l-introjtu tiegħek. Madankollu, l-introjtu tiegħek xorta se jkun soġġett għar-regoli ta' pajjiżek (il-pajjiż fejn inti resident taxxabbli).

Pajjiżek ħafna drabi, jew:

  • jeżenta mit-taxxa l-flus li taqla minn prestazzjonijiet jew avvenimenti f'pajjiż ieħor tal-UE, jew
  • jagħtik ħelsien mit-taxxa għal kwalunkwe taxxa fuq l-introjtu f'ras il-għajn fil-pajjiż fejn tkun qlajt il-flus

Biex titlob rimborż tat-taxxa jew ħelsien mit-taxxa fil-pajjiż fejn tgħix, x'aktarx ikollok turi xi dokumenti li juru li ħallast it-taxxa fuq l-introjtu li qlajt f'pajjiż ieħor. Għandu mnejn ikollok tipprovdi traduzzjonijiet ġuramentati ta' kwalunkwe dokument uffiċjali użat biex issostni t-talba tiegħek.

Jekk int stazzjonat f'pajjiż barrani bħala impjegat taċ-ċivil, jew jekk tgħix f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE iżda taħdem bħala impjegat taċ-ċivil f'ieħor, japplikaw normalment dawn il-kundizzjonijiet:

  • se tkompli tħallas biss it-taxxa fuq l-introjtu mill-impjieg taċ-ċivil tiegħek fil-pajjiż tal-amministrazzjoni li timpjegak
  • se tħallas it-taxxa fuq l-introjtu fil-pajjiż li fih taħdem jekk int resident fih u
    • int ċittadin ta' dak il-pajjiż jew
    • ma mortx fih sempliċement bl-iskop ta' xogħol bħala impjegat taċ-ċivil (pereżempju int kont diġà qed tgħix fih qabel ma kont reklutat maċ-ċivil).

Jekk tqatta' perjodu ta' żmien qasir ( anqas minn 6 xhur f'sena) f'pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma tkun qed taħdem hemm, x'aktarx li m'intix se titqies bħala resident għal skopijiet ta' taxxa f'dak il-pajjiż. F'dak il-każ, kull benefiċċju tal-qgħad trasferit għandu jiġi ntaxxat biss fil-pajjiż li jħallsu.

Jekk iddum aktar minn 6 xhur f'sena f'pajjiż ieħor tal-UE, tista' titqies bħala resident taxxabbli ta' dak il-pajjiż u benefiċċji tal-qgħad li jiġu trasferiti minn pajjiż ieħor en jistgħu jiġu ntaxxati hemm. Tassew, skont bosta ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa, il-benefiċċji tal-qgħad huma soġġetti għat-taxxa biss fil-pajjiż ta' residenza taxxabbli.

Twissija

Madankollu, jekk iżżomm dar permanenti u rabtiet personali u ekonomiċi intensivi ma' pajjiżek, tista' tibqa' titqies bħala resident taxxabbli ta' pajjiżek, anki jekk tibqa' tgħix f'pajjiż barrani aktar minn 6 xhur. F'dak il-każ, il-pajjiż l-ieħor tal-UE jista' ma jkunx intitolat li jintaxxalek il-benefiċċji tal-qgħad.

Jekk irtirajt f'pajjiż ieħor tal-UE u tqatta' iktar minn 6 xhur fis-sena hemmhekk, dak il-pajjiż għandu mnejn iqisek resident taxxabbli. Jekk dan ikun il-każ, jista' jkollok tħallas it-taxxa lil dak il-pajjiż fuq l-introjtu totali tiegħek mid-dinja kollha - inklużi pensjonijiet li tirċievi minn pajjiżi tal-UE oħrajn.

Eċċezzjoni: il-pensjonijiet tas-settur pubbliku normalment huma intaxxati biss fil-pajjiż tal-amministrazzjoni li impjegatek.

Sorsi li jeħtieġlek tiċċekkja

Din hi biss taqsira ta' x'jiġri s-soltu. Biex tiskopri liema regoli jgħoddu għalik:

  • staqsi uffiċċju lokali tat-taxxa de en fr
  • iċċekkja l- ftehim dwar it-taxxa doppja bejn il-pajjiż ospitanti u l-pajjiż li fih int resident taxxabbli
  • jekk int impjegat taċ-ċivil li qed taħdem f'pajjiż barrani, iċċekkja l-liġi internazzjonali applikabbli u kull ftehim diplomatiku/konsulari internazzjonali speċjali - biex issir taf jekk, bħala impjegat taċ-ċivil, għandekx dritt għal xi privileġġi ta' taxxa fil-pajjiż li taħdem fih.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 08/12/2023
Ikkondividi din il-paġna