L-aħħar verifika: 27/03/2019

Drittijietek meta tixtri

Ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jiżguraw li meta int tixtri l-oġġetti u s-servizzi fl-UE jkollok informazzjoni ċara dwar l-prodott jew is-servizz li qed tixtri, il-prezz tiegħu, l-ispejjeż tat-trasportazzjoni u l-konsenja kif ukoll id-drittijiet tiegħek jekk l-affarijiet imorru ħażin.

Ipprova l-għodda faċli biex tużaha biex tgħinek tifhem id-drittijiet tiegħek meta tixtri fl-UE.

 

Xtrajt il-prodotti tiegħek fl-UE?

 

Ir-regoli tal-UE dwar il-konsumatur ikopru l-oġġetti u s-servizzi li jkunu nxtraw fl-UE. Madankollu, jekk tixtri minn negozjant online li mhuwiex fl-UE u li jkun immirat speċifikament lejn il-konsumaturi tal-UE, għandek tkun kopert ukoll mir-regoli tal-UE, iżda tista' ssibha diffiċli li tasserixxi d-drittijiet tiegħek ma' negozjant li huwa bbażat barra l-UE.

Skopri aktar dwar il- garanziji u r-ritorni

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

Xtrajt xi oġġetti ġodda jew użati?

 

Meta txitri oġġetti ġodda mingħand negozjant, int kopert bir-regoli tal-UE dwar il-konsumatur li jipprovdu garantazija minima legali ta' sentejn jekk ikunu b'xi difett.

Minn fejn xtrajt il-prodotti tiegħek?

 

 

Oġġetti qodma li tixtri mingħand negozjant huma koperti bir-regoli tal-UE dwar il-konsumatur bħal pereżmpju ta' garantazija minima legali ta' sentejn jekk ikunu b'xi difett u perjodu ta' 14-il jum ta' cooling off. F'xi pajjiżi tal-UE, il-bejjiegħ u x-xerrej jistgħu jiftiehmu dwar perjodu ta' garanzija inqas minn sentejn, iżda ma tistax tkun inqas minn sena. Dan għandu jkun ċar meta tagħmel ix-xirja tiegħek.

Minn fejn xtrajt il-prodotti tiegħek?

 

Oġġetti qodma li tixtri mingħand individwi privati mhumiex koperti bir- regoli tal-UE dwar il-konsumatur. Madankollu, jekk bejjiegħ individwali f'sit tal-irkant ikun qed jopera bħala negozju, pereżempju, ikunu qed jaqilgħu x'jieklu mir-rikondizzjonar u mill-bejgħ ta' mowbajls użati, allura jitqiesu li huma kummerċjant professjonali, u l-oġġetti użati tiegħek huma koperti mir-regoli tal-UE.

Skopri aktar dwar il- garanziji u r-ritorni

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

Meta rċevejt l-oġġetti tiegħek?

 

X'mar ħażin?

 

X'mar ħażin?

 

X'mar ħażin?

 

M'hemm l-ebda regoli tal-UE dwar ir-ritorn tal-oġġetti li xtrajt f'ħanut għas-sempliċi raġuni għax biddilt fehmtek.

Madankollu, ħafna ħwienet jippermettu lill-konsumaturi li jirritornaw jew ibiddlu l-oġġetti matul ċertu perjodu ta' żmien, sakemm għandek l-irċevuta. Iċċekkja l-irċevuta tiegħek jew it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħanut fejn tkun xtrajt għal aktar informazzjoni.

Aqra aktar dwar id-drittijiet tiegħek dwar ix-xiri

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

Int għandek id-dritt li tikkanċella jew tirritorna l-ordni fi żmien 14-il ġurnata, għal kwalunkwe raġuni u mingħajr ġustifikazzjoni. Dan il-perjodu ta' "cooling off" jiskadi 14-il ġurnata wara l-ġurnata li fiha tirċievi l-affarijiet (jew wara li kkonkludejt kuntratti għas-servizzi).

Madakollu, il-perjodu ta' "cooling off" ta' 14-il ġurnata ma japplikax għax-xiri kollu. Ċerti eżenzjonijiet huma:

Jekk jogħġbok kun af li din il- lista mhijiex eżawrjenti.

Skopri aktar dwar kif tikkanċella x-xiri tiegħek fi żmien ta' 14-il jum u tikseb rimborż

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

Jekk xi oġġetti li xtrajt fl-UE jirriżultaw bil-ħsara jew ma jidhrux jew ma jaħdmux kif irreklamati, il-bejjiegħ ikollu jsewwihom jew jibdilhom bla ħlas, jew inaqqaslek fil-prezz jew jagħtik rimborż sħiħ. Normalement int se tkun tista' titlob għal rimborż parzjali jew sħiħ biss meta ma jkunx possibbli jew konvenjenti biex jissewwew jew jinbidlu l-oġġetti.

Skont ir-regoli tal-UE dwar il-konsumatur, int dejjem għandek dritt għal garanzija minima ta' sentejn mingħajr ħlas, irrispettivament jekk xtrajtx l-oġġetti f'ħanut, online, jew b'bejgħ b'distanza, bħal pereżempju minnn katalgu jew bit-telefon. Din il-garanzija ta' sentejn hija dritt minimu tiegħek, madankollu r-regoli nazzjonali f'pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Aqra aktar dwar il- garanziji u r-ritorni f'pajjiżek

Jista' jkun li ma tkunx intitolat għar-rimborż jekk il-problema tkun żgħira, bħal xi girfa fuq il-kaxxa ta' CD.

Kwalunkwe tiswija jew sostituzzjoni għandha titlesta fi żmien raġonevoli u mingħajr inkonvenjent sinifikanti għalik.

Garanziji addizzjonali (garanzija kummerċjali)

Il-ħwienet jew il-produtturi ħafna drabi joffrulek garanzija kummerċjali addizzjonali (dik li tissejjaħ ukoll "warranty"), jew billi jinkluduha fil-prezz tal-prodott jew għal prezz addizzjonali. Din tista' tagħtik protezzjoni aħjar iżda qatt ma tista' tieħu l-post jew tnaqqas il-garanzija minima ta' sentejn, li dejjem se jkollok taħt ir-regoli tal-UE.

Bl-istess mod, jekk ħanut ibigħlek prodott ġdid irħas u jiddikjara li m'għandekx garanzija, dan ifisser biss li m'għandekx kwalunkwe protezzjoni addizzjonali. Xorta għandek id-dritt għal sentejn garanzija bla ħlas biex tfittex rimedju jekk il-prodott jinzerta difettuż jew mhux kif irreklamat.

Meta nkisru l-oġġetti tiegħek?

 

Jekk il-prodotti tiegħek jinkisru fi żmein sitt xhur, hu preżunt li l-problema kienet hemm meta rċevejt l-oġġetti, sakemm in-negozjant ma jippruvax mod ieħor. Għalhekk, għandek id-dritt li jkollok l-oġġetti msewwija jew mibdulin bla ħlas, jew jekk dan jirriżulta li jkun diffiċli jew għali wisq, tista' tiġi offrut tnaqqis fil-prezz (fuq ix-xirja oriġinali tiegħek) jew tingħata flusek lura.

F'xi pajjiżi, jista' jkun li jkollok id-dritt li tagħżel b'mod liberu bejn dawn l-għażliet differenti. In- negozjant dejjem irid jipprovdi soluzzjoni. F'xi pajjiżi tal-UE għandek ukoll id-dritt li titlob soluzzjoni mill-manifattur.

Aqra aktar dwar il- garanziji u r-ritorni f'pajjiżek

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

Xorta għandek id-dritt li jissewwew jew jinbidlu l-oġġetti bla ħlas, jew, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal tnaqqis fil-prezz (jew fuq ix-xirja oriġinali tiegħek) jew tingħata flusek lura. Madankollu, għandu mnejn ikollok bżonn li tagħti prova li l-problema kienet hemm diġà meta rċevejt l-oġġetti - pereżempju, billi turi li dan hu minħabba l-kwalità fqira tal-materjali użati.

Imbagħad in-negozjant għandu dejjem jipprovdi soluzzjoni. F'xi pajjiżi tal-UE għandek ukoll id-dritt li titlob soluzzjoni mill-manifattur.

Aqra aktar dwar il- garanziji u r-ritorni f'pajjiżek

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

M'hemm l-ebda protezzjoni legali għalik skont il-liġi tal-UE. Madankollu, ta' min jikkuntattja lill-bejjiegħ jew lill-manifattur, peress li jista' jkun li xorta waħda jrid jgħinek.

F'xi pajjiżi tal-UE, jista' jkollok drittijiet addizzjonali, bħal pereżempju garanzija legali itwal, skont il-liġi nazzjonali.

Aqra aktar dwar il- garanziji u r-ritorni f'pajjiżek

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

L-oġġetti li tirċievi għandhom jaqblu ma' dak li kien irreklamat jew maqbul u ma' dak li kont qed taħseb li qed tixtri. Jekk l-oġġetti tiegħek mhumiex dak li inti ordnajt – pereżempju, il-kulur ħażin, id-daqs inkorrett, jew il-funzjonalitajiet neqsin - inti intitolat bla ħlas għal tiswija, bdil jew, fejn mhux possibbli, tnaqqis fil-prezz (fix-xirja oriġinali tiegħek) jew rimborż.

Xi kultant mhux ċar mill-ewwel li l-oġġetti tiegħek mhux dak li ordnajt. Pereżempju, jekk tixtri laptop ġdid online u tinduna biss ftit xhur wara li l-kapaċità tal-memorja ma taqbilx ma' dak li tkun ordnajt. F'dawn il-każijiet, inti xorta intitolat li titlob biex dawn jissewwew jew jinbidlu biex iġġib l-oġġetti f'konformità ma' dak li int ordnajt, jew, meta la waħda u l-anqas l-oħra ma jkunu possibbli, tnaqqis fil-prezz jew għal rimborż.

Dawn is-soluzzjonijiet huma d-dritt minimu tiegħek, madankollu r-regoli nazzjonali f'pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Aqra aktar dwar il- garanziji u r-ritorni f'pajjiżek

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

L-oġġetti li tirċievi għandhom jaqblu ma' dak li kien irreklamat jew maqbul u ma' dak li kont qed taħseb li qed tixtri. Jekk l-oġġetti tiegħek mhumiex dak li inti ordnajt – pereżempju, il-kulur ħażin, id-daqs inkorrett, jew il-funzjonalitajiet neqsin – inti intitolat bla ħlas għal tiswija, bdil jew, fin-nuqqas ta' dan, tnaqqis fil-prezz (fix-xirja oriġinali tiegħek) jew rimborż.

Meta tixtri oġġetti barra mill-ħin regolari tal-ħwienet (pereżempju, online jew minn fuq katalgu), int dejjem tista' tirritornahom skont ir-regoli tal- perjodu ta' 14-il jum ta' cooling off sempliċiment għax bdilt fehmtek. Dan ifisser li tkun intitolat rimborż sħiħ. Madankollu, jista' jkollok bżonn tħallas għall-ispiża biex tirritorna x-xirja tiegħek.

Skopri aktar dwar il- kanċellazzjoni u r-ritorn ta' ordni

Xi kultant mhux ċar mill-ewwel li l-oġġetti tiegħek mhux dak li ordnajt. Pereżempju, jekk tixtri laptop ġdid online u tinduna biss ftit xhur wara li l-kapaċità tal-memorja ma taqbilx ma' dak li tkun ordnajt. F'dawn il-każijiet, inti xorta intitolat li titlob biex dawn jissewwew jew jinbidlu biex iġġib l-oġġetti f'konformità ma' dak li int ordnajt, jew, meta la waħda u l-anqas l-oħra ma jkunu possibbli, tnaqqis fil-prezz jew għal rimborż.

Dawn is-soluzzjonijiet huma d-dritt minimu tiegħek, madankollu r-regoli nazzjonali f'pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Aqra aktar dwar il- garanziji u r-ritorni f'pajjiżek

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

Jekk ma tiġborx ix-xiri tiegħek mill-ħanut mill-ewwel jew jekk ordnajt xi ħaġa biex jikkonsenjawhielek id-dar in-negozjant għandu jwassalhielek sa 30 jum – sakemm ma taqbilx speċifikament dwar ħin ta' konsenja differenti.

Jekk ma tirċevix l-oġġetti tiegħek fi żmien 30 jum, jew fiż-żmien miftiehem, jeħtieġlek tfakkar lin-negozjant u tagħtih limitu ta' żmien addizzjonali raġonevoli għall-konsenja.

Jekk il-konsenja min-negozjant tibqa' ma ssirx fil-limitu ta' żmien estiż inti intitolat li ttemm il-kuntratt tiegħek u li tiġi rimborżat malajr kemm jista' jkun. Ma għandekx għalfejn tagħti lill-kummerċjant aktar ħin jekk jirrifjuta li jikkunsenja jew meta jkun hemm qbil dwar meta l-ħin maqbul tal-konsenja hu essenzjali, pereżempju, jekk teħtieġ l-oġġetti għal avveniment speċifiku, bħal libsa għal tieġ.

Aqra aktar dwar it-trasportazzjoni u l-konsenja

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

Jekk ma tiġborx ix-xiri tiegħek mill-ewwel jew jekk ordnajtu biex jitwassallek id-dar in-negozjant għandu jwassalhulek sa 30 jum – sakemm ma taqbilx speċifikament dwar ħin ta' konsenja differenti.

Jekk ma tirċevix l-oġġetti fi żmien 30 jum, jew fiż-żmien miftiehem, jeħtieġlek tfakkar lin-negozjant u tagħtih limitu ta' żmien addizzjonali raġonevoli għall-konsenja.

Jekk il-konsenja min-negozjant tibqa' ma ssirx fil-limitu ta' żmien estiż inti intitolat li ttemm il-kuntratt tiegħek u li tkun rimborżat malajr kemm jista' jkun. Ma għandekx għalfejn tagħti lill-kummerċjant aktar ħin jekk jirrifjuta li jikkunsenja jew meta jkun hemm qbil dwar meta l-ħin maqbul tal-konsenja hu essenzjali, pereżempju, jekk teħtieġ l-oġġetti għal avveniment speċifiku, bħal libsa għal tieġ.

Aqra aktar dwar it-trasportazzjoni u l-konsenja

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

In- negozjant hu responsabbli għal kwalunkwe ħsara lill-oġġetti tiegħek minn meta jintbagħtu sakemm tirċevihom.

Għalhekk, jekk meta tirċievi ordni li tkun għamilt f'ħanut, tiskopri li l-oġġetti tiegħek huma difettużi jew li ma jaħdmux kif suppost, inti intitolat li titlob biex dawn jissewwew, jinbidlu, jew, meta la waħda u l-anqas l-oħra ma jkunu possibbli, tista' titlob għal tnaqqis fil-prezz (fuq ix-xirja oriġinali tiegħek) jew għal rimborż.

Ftakar li int dejjem għandek garanzija minima ta' sentejn mingħajr ħlas. Din il-garanzija ta' sentejn hija dritt minimu tiegħek, madankollu r-regoli nazzjonali f'pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Skopri aktar dwar il- garanziji u r-ritorni f'pajjiżek

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

In- negozjant hu responsabbli għal kwalunkwe ħsara lill-oġġetti tiegħek minn meta jintbagħtu sakemm tirċevihom.

Għalhekk, jekk meta tirċievi xi ħaġa li ordnajt online, minn fuq katalgu jew bit-telefon, tiskopri li l-oġġetti tiegħek huma difettużi jew li ma jaħdmux kif suppost, inti intitolat li titlob biex dawn jissewwew, jinbiddlu, jew, meta la waħda u l-anqas l-oħra ma jkunu possibbli, tista' titlob għal tnaqqis fil-prezz jew għal rimborż.

Ftakar li int dejjem għandek garanzija minima ta' sentejn mingħajr ħlas. Din il-garanzija ta' sentejn hija dritt minimu tiegħek, madankollu r-regoli nazzjonali f'pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Skopri aktar dwar il- garanziji u r-ritorni f'pajjiżek

Għandek bżonn aktar għajnuna?

 

Meta jkollok problemi b'xi ħaġa li tkun xtrajt, int għandek l-ewwel tikkuntattja lill-kummerċjant li biegħlek l-oġġetti jew is-servizz. Jekk ikollok problemi billi titlob id-drittijiet tiegħek mal-kummerċjant, tista' tikkuntattja l-assoċjazzjoni tal-konsumatur tiegħek jew wieħed mis-servizzi ta' assistenza disponibbli: 

Hemm ukoll għodod tal-UE għas-soluzzjoni tat-tilwim li jistgħu jgħinuk issolvi l-problemi tiegħek ma' kummerċjant, anke jekk il-kummerċjant hu f'pajjiż differenti tal-UE.

Skopri aktar dwar is- soluzzjoni għat-tilwim tal-konsumaturi

 

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: