Stazzjonar ta' persunal f'pajjiż barrani
Għandek tirrispetta r- regoli tal-"istazzjonar" jekk:
- in-negozju tiegħek għandu kuntratt ma' sħab kummerċjali bbażati f' pajjiżi oħrajn tal-UE (F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE) u l-istaff tiegħek jeħtieġlu jmur f'dak il-pajjiż tal-UE għal perjodu speċifiku għall-finijiet ta' għoti ta' servizzi
- tibgħat membru tal-persunal f'negozju tiegħek stess f'pajjiż ieħor tal-UE
Fiż-żewġ każijiet għandu jkun hemm relazzjoni ta' impjieg bejnek u bejn il-persuna stazzjonata.
Ir-regoli tal-istazzjonar japplikaw ukoll jekk il-persuna titqabbad minn aġenzija li tipprovdi persunal temporanju u qed tiġi taħdem għalik minn pajjiż differenti tal-UE minn dawk li fih hu reġistrat jew jopera n-negozju tiegħek. F'dan il-każ trid tkun teżisti relazzjoni ta' impjieg bejn il-ħaddiem u l-aġenzija ta' xogħol temporanju jew l-aġenzija ta' stazzjonar li tuża.
Kundizzjonijiet tal-impjieg fil-pajjiż ospitanti
Għandek tiggarantixxi lill-persunal tiegħek l- istess kundizzjonijiet u termini ta' impjieg bħal dawk fis-seħħ matul l-istazzjonar tagħhom - jew bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi universalment applikabbli - fil- pajjiż ospitanti fir-rigward ta':
- perjodi minimi ta' mistrieħ
- ħin massimu ta' xogħol
- tul minimu ta' vaganzi annwali mħallsin
- remunerazzjoni (inklużi l-elementi obbligatorji kollha tagħha) kif definit fil-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi applikabbli b'mod universali
- saħħa u sikurezza okkupazzjonali
- miżuri protettivi għal nisa tqal, nisa li reċentement welldu u żgħażagħ (taħt it-18-il sena)
- trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa
- il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-ħaddiema fil-pajjiż ospitanti, jekk din għandha tkun ipprovduta minn impjegatur
- allowances jew rimborż tan-nefqa biex jiġu koperti l-spejjeż tal-ivjaġġar, tal-alloġġ jew tal-ikel, meta meħtieġ matul l-istazzjonar
Jekk dawn it-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg f'pajjiżek stess huma aktar favorevoli għall-persunal tiegħek milli fil-pajjiż ospitanti, għandek iżżomm dawn il-kundizzjonijiet matul l-istazzjonar.
Għas-setturi barra dawk tas-settur tal-bini, ir-remunerazzjoni u r-rekwiżiti tal-vaganzi ta' matul is-sena mhumiex obbligatorji meta:
- l- installazzjoni inizjaliu/jew l- immuntar inizjali ta' ċerti prodotti minn membri speċjalizzati tal-istaff tiegħek hija parti integrali tal-kuntratt tiegħek mas-sieħeb f'pajjiż ieħor; kif ukoll
- l-istaff tiegħek hu stazzjonat f'pajjiż l-ieħor għal perjodu ta' mhux anqas minn 8 ijiem kull sena
Twissija
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu - wara li jikkonsultaw mar-rappreżentanti tal-impjegaturi u tal-ħaddiema - li r-remunerazzjoni minima tal-pajjiż ospitanti u r-rekwiżiti tal-vaganzi annwali m'hemmx bżonn japplikaw jekk l-istazzjonar idum anqas minn xahar. Din l-eżenzjoni ma tapplikax għall-ħaddiema stazzjonati permezz ta' aġenziji li jipprovdu persunal temporanju.
Għal aktar informazzjoni, iċċekkja l- gwida prattika għall-istazzjonar.
L-istazzjonar fit-tul
Jekk il-perjodu ta' stazzjonar ikun itwal minn 12-il xahar (jew 18-il xahar jekk tibgħat notifika motivata lill-pajjiż ospitanti) għandek tiggarantixxi lill-istaff tiegħek it-termini u l-kundizzjonijiet obbligatorji kollha tal-impjieg tal-pajjiż ospitanti tagħhom, ħlief dawk li jirrigwardaw it-terminazzjoni tal-kuntratt jew tal-pensjonijiet tax-xogħol supplimentari tagħhom.
Għal aktar informazzjoni dwar il-proċedura tan-notifika motivata, iċċekkja s-sit web nazzjonali tal- pajjiż ospitanti.
Regoli tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema stazzjonati
Waqt li jaħdmu b'mod temporanju f'pajjiż ieħor tal-UE, l-impjegati stazzjonati tiegħek, jew int stess bħala persuna li taħdem għal rasha, tistgħu tkomplu tkunu koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż li fih ħdimtu qabel l-istazzjonar.
Bħala impjegatur, għandek tinforma minn qabel lill-amministrazzjoni tal-pajjiż ospitanti, u titlob formola msejħa Dokument Portabbli A1 (PD A1) en maħruġa mill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali li int reġistrat fiha fil-pajjiż ta' oriġini. Il-PD A1 tikkonferma li l-impjegat stazzjonat hu reġistrat skont is-sistema tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek u ma għandux għalfejn iħallas il-kontribuzzjonijiet fil-pajjiż tal-istazzjonar.
Meta titlob il-PD A1, trid tispeċifika d-data tal-bidu u tat-tmiem tal-istazzjonar fil-pajjiż l-ieħor tal-UE. Il-perjodu massimu li tista' tindika fuq il-formola huwa ta' 24 xahar.
Jekk l-istazzjonar idum aktar minn 24 xahar u għandu bżonn li jittawwal, int bħala impjegatur tista'
- titlob lil min joħroġ il-PD A1 biex jagħti estensjoni – din ma tingħatax awtomatiament u hija suġġetta għal ftehim reċiproku bejn il-pajjiżi ta' oriġini u ospitanti
- tħalli l-impjegat tiegħek jirreġistra fis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż ospitanti
Punti nazzjonali ta' kuntatt u siti web
Kull pajjiż tal-UE għandu tal-anqas punt wieħed ta' kuntatt li jagħtik informazzjoni dettaljata dwar l-istazzjonar tal-ħddiema f'pajjiż barrani. Il-punti ta' kuntatt jikkooperaw u jaqsmu wkoll l-informazzjoni, jimmonitorjaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg matul l-istazzjonar, u jsegwu l-ksur allegat tar-regoli.
Għal aktar informazzjoni, iċċekkja s-sit web nazzjonali tal-pajjiż ospitanti.
Agħżel il-pajjiż:
- l-Awstrijaatcsdeenhusksl
- il-Belġjubeenfrnl
- il-Bulgarijabgen
- il-Kroazjacren
- Ċiprucyel
- iċ-Ċekjaczcs
- id-Danimarkadkda
- l-Estonjaeeenet
- il-Finlandjafienfisv