Aċċess għall-finanzi
Dan is-sit se jgħinek tapplika għal self u kapital ta' riskju appoġġjati mill-Unjoni Ewropea.
Agħżel pajjiżek biex tfittex opportunitajiet finanzjarji.
Kif jaħdem
Min hu eliġibbli għal finanzjament tal-UE?
Il-finanzjament tal-UE hu disponibbli għat-tipi kollha ta' kumpaniji ta' kull daqs u minn kull settur inklużi intraprendituri, negozji ġodda, mikrokumpaniji, intrapriżi żgħar u medji, u negozji akbar. Firxa wiesgħa ta' finanzjament hija disponibbli: self tan-negozju, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta' riskju. Kull sena l-UE tappoġġja aktar minn 200,000 negozju.
Kif jaħdem
Id- deċiżjoni favur finanzjament tal-UE ssir mill-istituzzjonijiet finanzjarji lokali bħal banek, investituri ta' kapital ta' riskju jew investituri informali. Permezz tal-appoġġ mill-UE, l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali lin-negozji.
Il-kundizzjonijiet preċiżi ta' finanzjament - l-ammont, it-tul ta' żmien, ir-rati tal-imgħax u t-tariffi - jiġu deċiżi minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji. Tista' tikkuntattja lil waħda fost aktar minn 1,000 istituzzjoni finanzjarja biex issir taf aktar.
Id-dritt tiegħek għal feedback dwar il-kreditu
Inti għandek id-dritt tirċievi feedback mill-istituzzjonijiet ta' kreditu dwar id-deċiżjoni tagħhom. Dan jista' jgħinek tifhem il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek, kif ukoll ittejjeb il-possibbiltajiet tiegħek li tikseb finanzjament fil-ġejjieni. Uża d-dritt tiegħek u rreferi għall- Artikolu 431 tar-Regolament tal-UE dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital.
Fondi tal-UE
Il-Programm COSME
- Garanziji għal intrapriżi żgħar u medji għal self li normalment jammonta sa EUR 150 000
- Ekwità (l-istadju tat-tkabbir u l-espansjoni).
Il-Programm InnovFin (Orizzont 2020)
- Self u garanziji għal negozji innovattivi.
- Finanzjament għal proġetti ta' riċerka u żvilupp.
- Ekwità (fażi bikrija u tal-bidu).
L- Aċċelleratur tal-EIC (strument tal-SMEs) joffri finanzjament u appoġġ ta' kkowċjar lil SMEs innovattivi (Fażi 1: Kunċett u Fattibbiltà, Fażi 2: Dimostrazzjoni, Replikazzjoni tas-Suq u R&Ż, Fażi 3: Kummerċjalizzazzjoni).
Ewropa Kreattiva
- Self għal intrapriżi żgħar u medji fis-setturi kulturali u kreattivi.
Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)
- Mikroself sa EUR 25 000 għal mikrointrapriżi u persuni vulnerabbli li jixtiequ jistabbilixxu jew jiżviluppaw mikrokumpanija
- Investimenti sa EUR 500 000 għall-intrapriżi soċjali.
Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE)
- Self, garanziji, finanzjament ta' ekwità jew għotjiet għan-negozji.
L-appoġġ huwa pprovdut mill-programmi multiannwali kkofinanzjati mill-UE.
Il-Bank Ewropej tal-Investiment u l- Fond Ewropew tal-Investiment
- Self tan-negozju, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta' riskju.
Fond Ewropew ta' Garanzija (FEG)
Il-FEG huwa fond ta' garanzija stabbilit mill-Istati Membri tal-UE b'reazzjoni għall-impatt ekonomiku tat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 billi jiġi żgurat li l-SMEs, il-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja u l-korporazzjonijiet fl-Istati Membri parteċipanti jkollhom biżżejjed likwidità disponibbli biex jiġġieldu l-kriżi li qed tevolvi b'mod mgħaġġel.
Finanzjament tat-trasformazzjoni diġitali
Il-Faċilità ta' garanzija fuq is-self (LGF) ta' COSME tappoġġja l-finanzjament ta' proġetti dwar it- trasformazzjoni diġitali mill-SMEs fis-setturi kollha tal-ekonomija, irrispettivament mil-livell attwali tagħhom ta' diġitalizzazzjoni.
Jekk inti negozju li qed tfittex opportunitajiet ta' finanzjament, mur fil-bażi tad-data tagħna u ara l-opzjonijiet disponibbli għalik.
Jekk inti intermedjarju finanzjarju li tipparteċipa fil-proġett pilota tad-diġitalizzazzjoni ta' COSME, jekk jogħġbok ipproċedi għall- kwestjonarju dwar id-diġitalizzazzjoni ta' COSME. Jekk jogħġbok żur il- portal tal-FEI għal informazzjoni addizzjonali dwar l-appoġġ ta' COSME għad-diġitalizzazzjoni tal-SMEs.