Għotjiet u xogħlijiet għar-riċerkaturi

Bla restirizzjonijiet nazzjonali

Ir-riċerkaturi kollha tal-UE huma intitolati jieħdu opportunitajiet ta' taħriġ u impjieg iffinanzjati minn boroż ta' studju nazzjonali u għotjiet, anki jekk ma jkunux ċittadini jew residenti ta' dak il-pajjiż.

Twissija

Ir-riċerkaturi li mhumiex ċittadini tal-UE jeħtiġilhom jiċċekkjaw il-"Pakkett tal-Viża Xjentifika en " għal informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet / formalitajiet tad-dħul kif ukoll dwar l-opportunitajiet ta' riċerka.

Appoġġ tal-UE għar-riċerkaturi

Il-finanzjament tal-UE jista' jappoġġa t-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tiegħek bħala riċerkatur/riċerkatriċi:

  • Finanzjament għal "fellowship" ta' riċerka en
  • Finanzjament għal skambji tal-istaff tar-riċerka internazzjonali en

Opportunitajiet ta' riċerka u ta' finanzjament skont il-pajjiż

Bħala riċerkatur tista' faċilment tfittex pożizzjonijiet ta' xogħol en u opportunitajiet għal finanzjament lokali en f'pajjiż ieħor tal-UE.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 24/06/2024
Ikkondividi din il-paġna