UE-Renju Unit: kwalifiki professjonali

Karta Professjonali Ewropea (KPE)

Jekk int ċittadin tal-UE fir-Renju Unit jew ċittadin tar-Renju Unit fl-UE, ir-regoli u l-kundizzjonijiet rigward il-Karta Professjonali Ewropea (KPE) ikomplu japplikaw jekk int kont protett mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit.

Dan ifisser li jekk l-applikazzjoni tiegħek għal KPE għall-finijiet ta’ stabbiliment ġiet ippreżentata qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u eventwalment ingħatat, din tibqa’ valida kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-UE.

Kull KPE li nħarġet għall-forniment temporanju u okkażjonali ta’ servizzi ma għadhiex valida.

Kif tapplika għall-forniment temporanju ta’ servizzi

Kwalunkwe dikjarazzjoni biex tipprovdi s-servizzi tiegħek temporanjament fir-Renju Unit (jekk int ċittadin tal-UE) jew f’pajjiż tal-UE (jekk int ċittadin tar-Renju Unit) ippreżentata qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 ma għadhiex valida.

Kif tapplika għall-forniment permanenti ta’ servizzi

Jekk int ċittadin tal-UE fir-Renju Unit jew ċittadin tar-Renju Unit fl-UE, ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-forniment permanenti ta’ servizzi ikomplu japplikaw jekk int kont protett mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit.

Dan ifisser li jekk l-applikazzjoni tiegħek għal KPE għall-finijiet ta’ stabbiliment ġiet ippreżentata qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u eventwalment ingħatat, din tibqa’ valida kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-UE.

Jekk tixtieq tibda taħdem fir-Renju Unit bħala ċittadin tal-UE, aqra l-gwida tar-Renju Unit dwar kif tikseb rikonoxximent ta’ kwalifika taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera en . Biex il-kwalifika professjonali tar-Renju Unit tiġi rikonoxxuta u tibda taħdem fl-UE, japplikaw arranġamenti speċjali en .

Informazzjoni u pariri addizzjonali

Tista’ tikkuntattja lil:

X’għandek tagħmel jekk taħseb li l-applikazzjoni tiegħek ġiet ittrattata ħażin

Jekk int ċittadin tal-UE fir-Renju Unit u tixtieq tilmenta dwar it-trattament tal-applikazzjoni tiegħek, għandek tfittex rimedju mal-awtoritajiet rilevanti tar-Renju Unit en . Jekk il-problema tippersisti, tista’ tirrapporta ksur tad-drittijiet tiegħek lill-Awtorità Indipendenti ta’ Monitoraġġ tar-Renju Unit Iftaħ bħala link estern .

Jekk int ċittadin tar-Renju Unit f’pajjiż tal-UE u tixtieq tilmenta dwar it-trattament tal-applikazzjoni tiegħek, għandek tfittex rimedju mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Jekk il-problema tippersisti, tista’ tirrapporta ksur tad-drittijiet tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea.

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 27/11/2023
Ikkondividi din il-paġna