L-aħħar verifika : 30/04/2018

Timeshare u prodotti oħra ta' vaganzi fit-tul fl-UE

Ix-xiri ta' timeshare tradizzjonali - id-dritt li tqatta' aktar minn perjodu wieħed ta' żmien fuq perjodu ta' aktar minn sena f'ċerta proprjetà - jista' jkun pjuttost diffikultuż. L-istess meta tidħol f'xi skema ta' vaganza fit-tul, bħal klabbs tal-vaganzi orħos, li jagħtuk id-dritt għal akkomodazzjoni orħos jew benefiċċji relatati, xi kultant flimkien mal-ivvjaġġar u servizzi oħra, għal aktar minn sena waħda.

Kemm it-timeshare konvenzjonali kif ukoll id-diversi skemi ta' vaganzi fit-tul li tfaċċaw matul is-snin jistgħu jinvolvu impenn finanzjarju sostanzjali fit-tul jew permanenti. Jinvolvu wkoll spejjeż addizzjonali rikorrenti (pereżempju taxxi, manutenzjoni u assigurazzjoni).

Termini kuntrattwali - drittijietek

L-aktar regoli reċent tal-UE, jipproteġuk kontra kummerċjanti bla skruplu meta tiffirma kuntratti għal skemi ta' timeshares jew ta' vaganzi fit-tul. Dawn ir-regoli għall-kuntratti ġew konklużi mit-23 ta' Frar 2011 (jew aktar tard f'xi pajjiżi tal-UE ).

Ir-regoli għandhom ukoll iħarsuk meta tiffirma:

Id-drittijiet tiegħek jiġu estiżi għal tipi differenti ta' proprjetà timeshare inklużi:

X'għandek tkun taf qabel tixtri

Qabel ma tiddeċiedi li tkompli bil-kuntratt, kun af id-drittijiet tiegħek li jinkludu:

Jekk il-kuntratt tiegħek huwa kuntratt ta' timeshare jew skema ta' vaganza fit-tul, inti koperti minn dawn ir-regoli anki jekk il-bejjiegħ isostni li dawn mhumiex applikabbli.

Prattiki kummerċjali inġusti u termini kuntrattwali potenzjalment inġusti

Affarijiet oħra li għandek tkun taf jinkludu:

Għal pariri dwar problemi fil-pajjiż fejn tgħix ikkuntattja lill- organizzazzjoni nazzjonali tal-konsumaturen tiegħek, fil-każ ta' tilwim ma' bejjiegħ f'pajjiż ieħor tal-UE, biex issir taf dwar drittijietek u l-protezzjoni li int intitolat għaliha, ikkuntattja lin-Netwerk taċ- Ċentru tal-Konsumatur Ewropew ( ECC-Net).

Tista' wkoll tipprova tirranġa t-tilwima tiegħek barra l-qorti permezz tal-proċedura tas- soluzzjoni alternattiva għat-tilwimen. Jekk xtrajt il-kuntratt tat-timeshare jew tal-vaganza fit-tul tiegħek onlajn, tista' wkoll tissottometti l-ilment tiegħek onlajn permezz tal- pjattaforma tal-ODR.

Storja bħala eżempju

Kanċellazzjoni ta' kuntratt tat-timeshare: ċittadin kontra kummerċjant

Patrick mill-Irlanda ffirma kuntratt ta' timeshare ma' fornitur f'Malta fl-2013. Il-kummerċjant ma tahx formola standard tal-irtirar u ma nfurmahx li ebda pagament bil-quddiem jew depożitu ma jista' jiġi aċċettat matul il-perjodu ta' riflessjoni.

Huwa ħallas depożitu ta' EUR 1260 u għamel debitu dirett ta' EUR 122.50 fix-xahar għal sentejn.

Biex ibbukkja vaganza f'waħda mill-proprjetajiet tal-kummerċjant, kellu bżonn numru ta' kodiċi speċjali mill-kummerċjant, iżda minkejja talbiet ripetuti dan qatt ma ngħata.

Sena wara, kien għadu ma rnexxilux jibbukkja vaganza u għalhekk għażel li jirtira mill-kuntratt, skont ir-regoli li jestendu l-perjodu tal-irtirar għal sena u 14-il jum kalendarju. Sadanittant kien leħaq ħallas EUR 2,730.

Il-kummerċjant ma aċċettax l-irtirar jew li jrodd lura l-flus lil Patrick.

Wara li talab il-parir tal- ECC fl-Irlanda, Patrick irrikorra għal azzjoni legali permezz tal-proċedura Ewropeja tat-Talbiet Żgħar, u l-qorti qatgħatha favurih. Madankollu, il-kummerċjant xorta ma ħallasx. Wara intervent mill-ECC f'Malta, Patrick fl-aħħar ħa flusu lura.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: