L-aħħar verifika: 10/04/2019

Ir-rifużjonijiet tal-VAT

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Mit-30 ta’ Marzu 2019, il-liġi kollha tal-UE mhux se tapplika aktar għar-Renju Unit, sakemm ftehim ta’ rtirar ratifikat ma jistabbilixxix data oħra, jew il-Kunsill Ewropew u r-Renju Unit jiddeċiedu b’mod unanimu li jestendu l-perjodu ta’ sentejn ta’ negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar ir-riperkussjonijiet legali għan-negozji:

Rifużjonijiet tal-VAT għan-negozji tal-UE

Meta tista' tagħmel talba għal rifużjoni tal-VAT?

Jekk ġejt mitlub tħallas il-VAT fuq attivitajiet ta' negozju f'pajjiż tal-UE li fih m'intix stabbilit, tista' tkun intitolat għal rifużjoni tal-VAT mill-awtoritajiet f'dak il-pajjiż.

Uħud mill-pajjiżi tal-UE ma jippermettux rifużjonijiet għal ċerti kategoriji ta' nfiq (eż. spejjeż tar-restoranti, attivitajiet ta' divertiment, karozzi, fjuwil eċċ.).

Agħżel il-pajjiż
  • il-Litwanjaltenlt
  • il-Lussemburguludeenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
  • il-Polonjaplenpl
  • il-Portugallpt
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjano
  • ir-Renju Unitgben
  • ir-Rumanijaro
  • is-Slovakkjaskensk
  • is-Slovenjasiensl

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Kif tagħmel talba għar-rifużjoni tal-VAT tiegħek

Għandek tagħmel talba għar-rifużjoni tal-VAT tiegħek onlajn, mal-awtoritajiet fil- pajjiż li fih ibbażat in-negozju tiegħek.

Jekk int eliġibbli għar-rifużjoni, l-awtoritajiet se jgħaddu t-talba tiegħek lill-awtoritajiet fil-pajjiż l-ieħor.

Il-proċedura tar-rifużjoni tal-VAT hi armonizzata fil-livell tal-UE. Din hi taqsira tal-proċess ta' rifużjoni tal-VATpdfen li turi fil-qosor ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali.

Tista' taqra aktar dwar il-proċeduri ta' rifużjoni tal-VAT għan- negozji tal-UEfrdeen f'kull pajjiż tal-UE mogħti hawn taħt:

Agħżel il-pajjiż:

  • Franzafrfren
  • Maltamten
  • Spanjaesen
  • id-Danimarkadken
  • il-Belġjubefren
  • il-Bulgarijabgen
  • il-Finlandjafien
  • il-Greċjagren
  • il-Kroazjacren
  • il-Latvjalven
  • il-Litwanjalten
  • il-Lussemburgulufren
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlen
  • il-Polonjaplen
  • il-Portugallpten
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjanoen
  • ir-Renju Unituken
  • ir-Repubblika Ċekaczen
  • ir-Rumanijaroen
  • is-Slovakkjasken
  • is-Slovenjasien
  • l-Awstrijaatdeen
  • l-Estonjaeeen
  • l-Irlandaieen
  • l-Isvezjaseen
  • l-Italjaiten
  • l-Ungerijahuen
  • Ċiprucyen

Il-punti ta' kuntatt nazzjonali

Biex tkun ċert li għandek l-informazzjoni korretta, jeħtieġlek tiċċekkja mal- punti ta' kuntatt nazzjonalipdfen għal kull każ speċifiku.

Pagament tard

Jekk pajjiż jittardja r-rifużjoni tal-VAT tiegħek, tista' titlob l- interessi.

Jekk tesperjenza diffikultajiet mal-awtoritajiet pubbliċi, tista' titlob biex tingħata assistenza mis- servizzi ta' għajnuna u ta' parir tagħna.

Meta tippreżenta talba – kodiċijiet għal oġġetti/servizzi

Meta jkun hemm talba ta' rifużjoni, trid iddaħħal ċerti kodiċijiet standard biex jiddeskrivu t-tip ta' prodotti/servizzi li ħallast il-VAT fuqhom.

Kodiċijiet għal oġġetti/servizzi

In-natura tal-oġġetti u s-servizzi miksubin għandhom jiġu deskritti skont il-kodiċijiet tal-infiq segwenti:

  1. Fjuwil.
  2. Kiri ta' mezzi tat-trasport.
  3. Infiq relatat ma' mezzi tat-trasport.
  4. Ħlasijiet għall-użu tat-triq u għall-utent tat-triq.
  5. Spejjeż ta' vvjaġġar, bħan-nollijiet tat-taxi, nollijiet tat-trasport pubbliku.
  6. Akkomodazzjoni.
  7. Ikel, xorb u servizzi ta' restoranti.
  8. Dħul għal fieri u wirjiet.
  9. Infiq għal-lussu u d-divertiment u trattamenti.
  10. Oħrajn.

Uħud mill-pajjiżi tal-UE jirrikjedu wkoll li tuża sottokodiċijieten addizzjonali għal kull tip ta' oġġett/servizz.

Kors onlajn – kif tapplika għar-rifużjonijiet tal-VAT

Tista' tirreġistra għal kors permezz ta' tagħlim elettroniku bla ħlas dwar kif tapplika għar-rifużjonijiet tal-VAT fil- portal tat-tagħlim elettroniku tat-Taxxa u d-Dwana tal-Unjonifrdeen. Il-korsijiet jitmexxew mill-Kummissjoni Ewropea b'kollaborazzjoni mal-amministrazzjonijiet nazzjonali.

Rifużjonijiet tal-VAT għan-negozji mhux tal-UE

Meta tista' tagħmel talba għal rifużjoni tal-VAT?

Jekk in-negozju tiegħek mhux stabbilit fl-UE, u ġejt mitlub tħallas il-VAT fuq attivitajiet ta' negozju f'pajjiż tal-UE fejn ma pprovdejtx oġġetti jew servizzi, tista' tkun intitolat għar-rifużjoni tal-VAT mill-awtoritajiet f'dak il-pajjiż. Pereżempju, kumpanija stabbilita fl-Iżvizzera li tipparteċipa f'konferenza fil-Belġju u li tħallas il-VAT tal-BE fuq il-kont tal-lukanda tagħhom.

Kif tagħmel talba għar-rifużjoni tal-VAT tiegħek

Biex tikseb rifużjoni, għandek tibgħat l-applikazzjoni tiegħek lill-awtoritajiet fil-pajjiż tal-UE li fih ħallast il-VAT. Uħud mill-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħtu biss il-flus lura jekk il-pajjiż li fih in-negozju tiegħek hu bbażat joffri arranġamenti għal rifużjoni simili għan-negozji minn dak il-pajjiż tal-UE.

Tista' taqra aktar dwar il-proċeduri ta' rifużjoni tal-VAT għan- negozji li mhux tal-UEfrdeen hawn taħt:

Agħżel pajjiż:


Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: