L-aħħar verifika: 08/09/2022

Programmi ta' finanzjament tal-UE

Finanzjament tal-UE għat-turiżmu

Il-gwida tal-UE dwar il-finanzjament għat-turiżmu tagħti ħarsa ġenerali lejn il-programmi inklużi fil-baġit il-ġdid tal-UE biex jiġi appoġġjat is-settur tat-turiżmu. Ikseb aċċess għar-riżorsi xierqa li huma l-aktar adatti għall-ħtiġijiet tiegħek.

L-UE għandha diversi programmi ta' finanzjament li tkun tista' tapplika għalihom, skont in-natura tan-negozju jew il-proġett tiegħek. Hemm żewġ tipi differenti: finanzjament dirett u finanzjament indirett.

Finanzjament dirett

L-allokazzjoni ta' kapital ta' finanzjament dirett hi mmaniġġjata mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Hemm żewġ tipi ta' finanzjament disponibbli; għotjiet u kuntratti. Tista' tapplika għal għotjiet u kuntratti mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea mill-Portal tal-Finanzjament u l-Offerti. en

Għotjiet

L-għotjiet jingħataw għal proġetti speċifiċi b'rabta mal-politiki tal-UE, normalment wara avviż pubbliku magħruf bħala sejħa għall-proposti.

Min hu eliġibbli?

Inti tista' tapplika għal għotja jekk tmexxi negozju jew organizzazzjoni relatata (assoċjazzjonijiet tan-negozju, provvedituri ta' appoġġ tan-negozju, konsulenti, eċċ.) li tmexxi proġetti li jkomplu jtejbu l-interessi tal-UE, jew jekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' programm jew politika tal-UE.

Kuntratti

Il-kuntratti jinħarġu mill-istituzzjonijiet tal-UE għax-xiri ta' servizzi, oġġetti jew xogħlijiet li jkollhom bżonn għall-operazzjonijiet tagħhom – bħal studji, taħriġ, organizzazzjoni ta' konferenzi jew tagħmir tal-IT.

Finanzjament indirett

Il-finanzjament indirett hu mmaniġġjat mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u jikkonsisti fi kważi 80% tal-baġit tal-UE, prinċipalment permezz ta' 5 fondi kbar li jaqgħu taħt il- Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Il-fondi huma:

Applika għall-finanzjament

Biex taċċessa l-għotjiet tal-UE, trid tapplika permezz tal-awtoritajiet reġjonali jew nazzjonali rilevanti (magħrufin bħala l- awtoritajiet maniġerjali) fl-istati membri fejn inti rreġistrat.

Il- Ministeru tal-Agrikoltura en f'pajjiżek hu responsabbli mill-finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Biex tapplika għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, trid tikkuntattja l-punti ta' kuntatt nazzjonali en en .

Aqra aktar dwar kif jaħdem il-finanzjament tal-UE en .
 

Għandek bżonn għajnuna jew parir

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

Ikkondividi din il-paġna: