L-aħħar verifika: 22/08/2022

Trademarks

X'tipproteġi trademark

Ir-reġistrazzjoni ta' trademerk tagħtik drittijiet esklużivi (Id-detentur(i) tal-IP jista'/jistgħu jeskludu lil xi ħadd ieħor milli juża l-IP inkwistjoni) fuq sinjali distintivi – bħal ismijiet, logos, kuluri, immaġnijiet, disinji, forom, imballaġġi ta' oġġetti, jew ħsejjes – li jidentifikaw il-prodotti tiegħek u jiddistingwu l-oġġetti jew is-servizzi tiegħek minn oħrajn.

Għal kemm żmien tista' tipproteġi t-trademark tiegħek?

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, il-protezzjoni ta' trademark iddum 10 snin, mid-data tal-applikazzjoni tat-trademark tiegħek. Imbagħad tista' ġġedded il-protezzjoni tat-trademark tiegħek għal 10 snin kull darba, għaż-żmien kollu li trid. Meta tkun is-sid ta' trademark, tista' tbigħha li xi ħadd ieħor jew tagħtihom il-permess jużawha permezz ta' ftehim ta' liċenzjar ta' trademark.

Kif tirreġistra trademark

Nacionalinę informaciją rasite toliau.

Agħżel il-pajjiż

Ara wkoll

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk Ewropew tal-IPR

Pariri u taħriġ bla ħlas dwar l-immaniġġjar tal-proprjetà intellettwali għal proġetti kofinanzjati mill-UE jew ftehimiet ta’ negozju transnazzjonali.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Sir af aktar dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-UE, ikseb appoġġ personalizzat bla ħlas u applika online għar-reġistrazzjoni ta' trademark jew disinn.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

Ikkondividi din il-paġna: