L-aħħar verifika : 24/01/2019

Informazzjoni dwar il-kuntratt

X'għandek tkun taf qabel tixtri

Tixtri fejn tixtri prodott jew servizz fl-UE n-negozjant irid jagħtik informazzjoni ċara, korretta u tinftiehem dwar il-prodott jew is-servizz qabel tixtrih.

Din l-informazzjoni dwar il-kuntratt għandha tinkludi:

Jista' jagħti l-każ li xi ftit minn din l-informazzjoni ma jkunx hemm għalfejn tingħata b'mod espliċitu, jekk jidher ċar mill-kuntest - bħalma huma l-karatteristiċi ta' prodott li huma murija fuq xkaffa fil-ħanut.

Jekk tixtri online, bit-telefown, bil-posta minn fuq katalogu jew mingħand bejjiegħ bieb bieb, trid tingħata wkoll din l-informazzjoni addizzjonali qabel ma tixtri l-prodott jew is-servizz:

Għal xiri bħal dan, għandek iżżomm f'moħħok li int m'għandikx tħallas spejjeż tal-konsenja jew xi tariffioħra li ma kontx infurmat bihomminn qabel.

Il-kuntratti jridu jkunu miktubin b' lingwa normali li tinftiehem u ma jistax ikun fiha termini ta' kuntratt inġusti.

F'xi pajjiżi tal-UE, id-dritt li tirċievi konferma tal-ordni tiegħek, li tħassarha u rekwiżiti legali oħrajn ma japplikawx għal xiri bieb bieb ta' anqas minn EUR 50.

Konferma tax-xiri

Meta tixtri xi ħaġa minn kwaluwkwe post li ma jkunx ħanut - pereżempju online, bit-telefown jew minn katalogu - int trid tirċievi konferma bil-miktub tat-tranżazzjoni tiegħek. Il-konferma trid tkun fuq il-karta jew fuq format li jservi għal żmien twil bħal email jew messaġġ fuq il-kont personali tiegħek fuq is-sit web tan-negozjant – sakemm tkun xi ħaġa li tista' taħżen u li n-negozjant ma jistax ibiddel b'mod unilaterali.

Kontenut diġitali

Japplikaw rekwiżiti ta' informazzjoni speċifiċi meta tixtri kontenut diġitali online, pereżempju meta tiddawnlowdja jew tistrimja l-mużika jew video. Qabel ma tixtri, trid tkun infurmat ukoll dwar kif il-kontenut jaħdem ma' hardware/software rilevanti (l-interoperabbiltà) u dwar il-funzjonalitajiet, inkluż dwar kwalunkwe restrizzjoni ġeografika li tapplika fuq l-użu tal-kontenut u jekk humiex permessi kopji privati.

Komunikazzjoni ta' wara l-bejgħ bit-telefown

Il-bejjiegħa li jipprovdu linji tat-telefown ta' wara l-bejgħ għall-konsumaturi għandhom jiżguraw li t-telefonati jkollhom tariffa b'rata bażika. Huwa pprojbit għan-negozjanti li jitolbu li l-konsumaturi jċemplu linji tat-telefown b'rata primjum biex jagħmlu mistoqsijiet jew ilmenti dwar ix-xiri jew il-kuntratt tagħhom.

Ix-xiri mingħand negozjanti online mhux mill-UE

Id-drittijiet tal-konsumatur tiegħek taħt ir-regoli tal-UE normalment japplikaw ukoll għal xiri mingħand negozjanti online mhux mill-UE li għandhom fil-mira konsumaturi fl-UE. Madankollu, jista' jkollok diffikultajiet biex tasserixxi d-drittijiet tiegħek ma' negozjanti bbażati barra l-UE.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: