L-aħħar verifika: 29/03/2019

Is-sigħat tax-xogħol

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Jekk tħaddem staff, jeħtieġlek tkun taf ir-regoli bażiċi dwar il- ħin tax-xogħol u tiggarantixxi l-istandards minimi stabbiliti mid-direttivi tal-UE. Għandek tirrispetta r-regoli li jkopru l-mistrieħ matul il-ġurnata u matul il-ġimgħa, il-breaks, ix-xogħol billejl kif ukoll il-leave annwali u l-ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa.

Il-pajjiż tiegħek tal-UE jista' japplika regoli li mhumiex favorevoli għall-ħaddiema. Tista' taqra aktar dwar il-liġijiet dwar is-sigħat tax-xogħol għall-pajjiż tiegħek hawn taħt:

Agħżel il-pajjiż:

  • Franza*fr
  • Maltamten
  • Spanja*es
  • id-Danimarkadkdaen
  • il-Belġjubedefrnlen
  • il-Bulgarijabgen
  • il-Finlandjafifisven
  • il-Greċja*gr
  • il-Kroazjacrmt
  • il-Latvjalvlven
  • il-Liechtensteinlien
  • il-Litwanjaltlten
  • il-Lussemburguludefren
  • il-Pajjiżi l-Baxxi*nl
  • il-Polonjaplmt
  • il-Portugall*pt
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjanoen
  • ir-Renju Unituken
  • ir-Rumanija*ro
  • is-Slovakkjasksken
  • is-Slovenjasihrhuitslen

Ħin tax-xogħol u mistrieħ

Bħala impjegatur, għandek tiżgura li l-istaff tiegħek ma jaħdimx aktar minn medda ta' 48 siegħa fil-ġimgħa (inkluż l-overtime), fuq perjodu ta' referenza ta' 4 xhur. L-impjegati tiegħek għandhom jingħataw tal-anqas 11-il siegħa konsekuttiva ta' mistrieħ fil-ġurnata u tal-anqas 24 siegħa ta' mistrieħ bla interruzzjoni fil-ġimgħa kull 7 ijiem, fuq perjodu ta' referenza ta' ġimagħtejn.

Breaks

Jekk l-impjegati tiegħek jaħdmu aktar minn 6 sigħat fil-ġurnata, għandek tiżgura li jingħataw break, li t-tul tiegħu hu speċifikat fil-ftehimiet kollettivi jew mil-liġi nazzjonali.

Leave annwali

Lil hinn mill-perjodi ta' mistrieħ fil-ġurnata u fil-ġimgħa l-istaff tiegħek għandu d-dritt tal-anqas għal 4 ġimgħat ta' vaganzi mħallsin fis-sena. Ma tistax tissostitwixxi dawn il-vaganzi mħallsin, sakemm il-kuntratt ta' impjieg ma jkunx intemm qabel ma l-membri tal-persunal ikunu użaw il-leave annwali kollu tagħhom.

Xogħol billejl

Jekk l-impjegati tiegħek jaħdmu tal-anqas 3 sigħat mix-xift ta' kuljum tagħhom jew ċertu proporzjon tal-ħin tax-xogħol annwali tagħhom f'perjodu ta' 7 sigħat definiti mil-liġi nazzjonali u li jinkludu l-ħin minn nofsillejl sal-05:00, huma jikkwalifikaw bħala ħaddiema ta' billejl.

Ħaddiema ta' billejl tiegħek ma jistgħux jaħdmu aktar minn medja ta' 8 sigħat kull 24 siegħa. Jekk xogħolhom jinvolvi perikli speċjali jew strapazz fiżiku jew mentali, għandek tiżgura li huma ma jaqbżux il-limitu massimu ta' 8 sigħat fil-ġurnata fi kwalunkwe perjodu ta' 24 siegħa.

Il-ħaddiema ta' billejl għandhom ukoll jiġu ggarantiti assessjar tas-saħħa bla ħlas li jirrispetta l-konfidenzjalità medika qabel ma jibdew iwettqu xogħol billejl u f'intervalli regolari wara li jagħmlu dan. Jekk il-ħaddiema ta' billejl tiegħek isofru minn problemi tas-saħħa relatati mal-fatt li jaħdmu l-iljieli, għandek tittrasferixxihom lejn xogħol matul il-ġurnata kull meta dan hu possibbli.

Obbligi tal-ħin tax-xogħol differenti

Derogi minn xi obbligi tal-ħin tax-xogħol huma possibbli, jekk jitħallew mil-liġi nazzjonali.

Jekk is-sigħat tax-xogħol tal-impjegati tiegħek ma jiġux ikkalkulati jew predeterminati, bħal fil-każ ta' eżekuttivi maniġerjali int għandu mnejn ikollok tapplika obbligi dwar il-ħin tax-xogħol.

Jekk ix-xogħol jeħtieġ preżenza, servizz jew produzzjoni kontinwi, tista' tipposponi l-perjodi ta' mistrieħ tal-istaff tiegħek. Tista' tagħmel dan jekk timpjega staff li jaħdem:

Jekk permess mil-liġi nazzjonali, jista' jkollok ftehim mal-membru tal-istaff biex jaħdem aktar mil-limitu ta' 48 siegħa. L-impjegati tiegħek jistgħu jirrifjutaw li jaqblu mal-ftehim jew jistgħu jirrevokawh fi kwalunkwe ħin. Bħala l-impjegatur tagħhom, għandek tirrispetta d-deċiżjoni tagħhom u ma tikkawżalhomx ħsara jew tiddiżapprovahom. Jeħtieġlek iżżomm rekords aġġornati tal-ħaddiema kollha li jwettqu xogħol ta' din ix-xorta. Din l-opt-out tapplika biss għal-limitu tat-48 siegħa, mhux għar-regoli l-oħrajn dwar il-ħin tax-xogħol.

Meta l-istaff tiegħek jopera servizzi tat-trasport għal passiġġieri jew merkanzija bil-ferrovija, bl-ajru, bit-triq jew b'passaġġi mill-ilma, għandek issegwi regoli speċjali għall-ħin tax-xogħol.

Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Il-Konsulent EURES tiegħek

Il-Konsulent EURES tiegħek jista’ jinfurmak kemm dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll jgħinek fil-proċeduri ta’ reklutaġġ f’pajjiżek jew fir-reġjun bejn il-fruntieri tiegħek.

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: