Regoli dwar il-bidla bejn il-ġeneri

Il-bidla legali tal-ġeneru hija possibbli fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE. Madankollu, il-proċess u l-kriterji biex il-ġeneru affermat tiegħek jiġi rikonoxxut b’effetti legali jvarjaw minn pajjiż għal ieħor.

Xi pajjiżi tal-UE jippermettu l-awtodeterminazzjoni, magħrufa wkoll bħala awtoidentifikazzjoni. Dan jagħmilha possibbli għalik li tbiddel il-markatur legali tas-sess fuq id-dokumenti uffiċjali tiegħek (ċertifikati tat-twelid, passaporti, karti tal-identità...) permezz ta’ dikjarazzjoni sempliċi. Xi pajjiżi jippermettulek tagħmel dan online.

Ladarba jitlesta l-proċess legali tal-bidla tal-ġeneru, inti titqies bħala l-ġeneru magħżul tiegħek għall-finijiet kollha.

Dan il-qasam għaddej minn ħafna bidliet leġiżlattivi. Iċċekkja s-sit web ta’ kull pajjiż tal-UE għall-aħħar aġġornamenti.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 27/05/2024
Ikkondividi din il-paġna