Dokumenti tal-ivvjaġġar għall-minuri
Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni
Għalissa, ir-Renju Unit għadu membru sħiħ tal-UE u d-drittijiet u l-obbligi għadhom japplikaw bis-sħiħ fir-Renju Unit:
- Mistoqsijiet u Tweġibiet –id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit, kif indikati fil-Ftehim dwar il-Ħruġ
- Pubblikazzjonijiet tal-UE dwar il-Brexit
- Informazzjoni u gwida tal-gvern tar-Renju Unit dwar il-Brexiten
Barra milli jkollhom il-passaport validu jew il-karta tal-ID valida tagħhom, it-tfal kollha li jkunu qed jivvjaġġaw:
- weħidhom; jew
- ma' adulti li mhumiex il-kustodji legali tagħhom; jew
- ma' ġenitur wieħed biss
jista' jkun jeħtiġilhom dokument (uffiċjali) ieħor iffirmat mill-ġenituri, mit-tieni ġenitur jew mill-kustodju(i) legali tagħhom li jawtorizzahom li jivvjaġġaw.
Ma hemm ebda regola tal-UE dwar dan, kull pajjiż tal-UE jiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta' tali dokumenti jew le. Iċċekkja, qabel ma t-tfal jivvjaġġaw, ir-rekwiżiti tal-pajjiż fejn se tivvjaġġa kemm il-pajjiż li dieħel fih kif ukoll dak li ħiereġ minnu:
- Franzafrenfr
- Maltamtenmt
- Spanjaesenes
- id-Danimarkadkdaen
- il-Belġjubedeenfrnl
- il-Bulgarijabgbgen
- il-Finlandjafienfisv
- il-Greċjagr
- il-Kroazjahrenhr
- il-Latvjalv
- il-Liechtensteinlideen
- il-Litwanjaltenlt
- il-Lussemburguludeenfr
- il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
- il-Polonjaplenpl
- il-Portugallptenpt
- il-Ġermanjadedeen
- in-Norveġjanoen
- ir-Renju Unitgben
- ir-Rumanijaroenro
- is-Slovakkjaskensk
- is-Slovenjasi
- iċ-Ċekjacz
- l-Awstrijaatdeen
- l-Estonjaeeenet
- l-Irlandaieen
- l-Islandaisen
- l-Isvezjaseensv
- l-Italjaitenit
- l-Ungerijahuenhu
- Ċiprucyelen
* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali
Ftakar li, anke fejn pajjiż ma jeħtieġx li l-minuri jġorru tali awtorizzazzjoni biex jidħlu fit-territorju tiegħu jew joħorġu minnu, pajjiżi oħra li trid tgħaddi minnhom fi tranżitu xorta jistgħu jitolbuhom juru waħda.
Meta tivvjaġġa bl-ajru huwa ferm irrakkomandat li tiċċekkja minn qabel peress li bosta linji tal-ajru jeżiġu awtorizzazzjonijiet bħal dawn u għandhom formoli speċifiċi tagħhom għal dan.
Minħabba li r-regoli ta' kull pajjiż jistgħu jidbiddlu mingħajr ma javżaw, inħeġġuk tiċċekkja mal-awtoritajiet stess jew mal- ambaxxati jew il-konsulati rispettivi.