Tikketta tax-Xedd tas-Saqajn

Jekk beħsiebek tbigħ iż-żraben jew xedd ieħor tas-saqajn f'pajjiż jew f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE, il- prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tikkettar tal-UE. Bħala manifattur, inti responsabbli għall-forniment tat-tikketta u għall-preċiżjoni tagħha. Jekk ix-xedd tas-saqajn jiġi importat, l-organizzazzjoni li tqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq tal-UE tassumi din ir-responsabbiltà.

It-tikketti tax-xedd tas-saqajn huma mandatorji?

It-tikketti tax-xedd tas-saqajn huma mandatorji fl-UE. Skont ir-regoli tal-UE, it-terminu "xedd tas-saqajn" jirreferi għall-oġġetti kollha bil-pettijiet applikati maħsubin biex jipproteġu jew jgħattu s-sieq. Pereżempju:

  • żraben ċatti jew b'takkuna għolja
  • sandlijiet
  • bwiez
  • krakar
  • espadrilles
  • żraben tal-isport (inklużi żraben sportivi speċjalizzati u dawk bi skates imwaħħlin)

Jista' jkun hemm rekwiżiti addizzjonali, skont il-pajjiż fejn qed tippjana li tqiegħed fis-suq ix-xedd tas-saqajn.

Liema informazzjoni għandha tintwera?

Meta tiddeskrivi l-materjali u tindika l-partijiet tax-xedd tas-saqajn, għandek tuża l- pittogrammifil-leġiżlazzjoni tal-UE Iftaħ bħala link estern , jew indikazzjoni bil-miktub fil-lingwi tal-pajjiż tal-UE li fih tixtieq tqiegħed fis-suq ix-xedd tas-saqjan tiegħek. It-tikkettar tiegħek għandu jiddeskrivi l-materjali tat-3 partijiet ewlenin tax-xedd tas-saqajn:

  • il- parti ta' fuq
  • l- inforra u s-suletta
  • il- pett ta' barra

F'kull każ, it-tikketta għandha tiddikjara jekk il-materjal hux magħmul minn:

  • ġilda
  • ġilda miksija
  • tessut
  • materjali oħrajn

Jekk l-ebda materjal waħdu ma jintużax tal-anqas fi 80% tal-prodott, it-tikketta għandha tindika ż- żewġ materjali ewleninużati.

Kif twaħħal it-tikketta tax-xedd tas-saqajn?

Trid tehmeż it-tikkettar tal-anqas ma' waħda miż-żraben tal-par. Tista' tagħmel dan permezz ta' stampar, twaħħil, intaljar jew twaħħil tat-tikketta fuq iż-żarbun.

It-tikkettjar irid ikun viżibbli, imwaħħal sew u aċċessibbli, u l-qisien tal-pittogrammi jridu jkunu kbar biżżejjed biex ikun faċli li wieħed jifhimhom.

Jekk tixtieq li tagħti x-xedd tas-saqajn tiegħek sinjal rikonoxxut ta' eċċellenza ambjentali, iċċekkja jekk tistax tapplika wkoll għal Ekotikketta tal-UE.

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 15/03/2024
Ikkondividi din il-paġna