Pagament tard
Jekk in-negozju tiegħek ipprovda oġġetti jew servizzi lil klijent (skont it-termini tal-kuntratt kummerċjali) u int ma rċevejtx il-pagament tagħhom sad-data tal-iskadenza miftiehma, int intitolat tirċievi l- imgħax u l-kumpens fuq il-pagament li hu dovut lilek.
Dan japplika għat-tranżazzjonijiet kummerċjali tiegħek kollha ma' negozji oħrajn (inklużi kummerċjanti uniċi, bil-kundizzjoni li qed jaġixxu fl-attività ekonomika jew professjonali indipendenti tagħhom) u l-awtoritajiet pubbliċi.
Twissija
Dawn ir-regoli u dawk fil-passi li ġejjin ma japplikawx:
- fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza (inklużi proċedimenti mmirati għar-ristrutturar ta' dejn)
- għal pagamenti ta' kumpens għal danni (pereżempju minn kumpaniji tal-assigurazzjoni)
Mur direttament fil- kalkulatur tal-imgħax biex tara kemm int dovut jew biex tagħżel is-sitwazzjoni tiegħek hawn taħt.
Għandi flus dovuti lili minn
Negozju ieħor dovut flus lili
- In-negozju tiegħi hu bbażat f'pajjiż tal-UE u jien dovut flus minn negozju li jopera fl-istess pajjiż bħali
- In-negozju tiegħi hu bbażat f'pajjiż tal-UE u jien dovut flus minn negozju li jopera f'pajjiż tal-UE differenti minn tiegħi.
Awtorità pubblika dovuta flus lili
- In-negozju tiegħi hu bbażat f'pajjiż tal-UE u jien dovut flus minn awtorità pubblika li topera fl-istess pajjiż bħali.
- In-negozju tiegħi hu bbażat f'pajjiż tal-UE u jien dovut flus minn awtorità pubblika li topera f'pajjiż tal-UE differenti minn tiegħi.
Konsumatur hu dovut flus lili
Ma tistax titlob imgħax fuq pagament tard fi tranżazzjonijiet ma' konsumaturi. Jekk għandek kwistjoni ma' konsumatur, ir-regoli ta' hawn fuq ma japplikawx. Għal aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet mal-konsumaturi, ara:
In-negozju tiegħi hu bbażat f' pajjiż tal-UE (F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE) u jien dovut flus minn negozju li jopera fl- istess pajjiż bħali
Jekk inti tkun issodisfajt l-obbligi kuntrattwali u legali tiegħek u l-klijent hu responsabbli għad-dewmien (jiġifieri, mhux minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu) int intitolat titlob l-imgħax għal pagament tard u l-kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru.
Meta hu dovut l-imgħax?
L-imgħax hu dovut mill-jum wara d-data dovuta stabbilita fil-kuntratt.
Jekk ma ffissajtx perjodu ta' pagament fil-kuntratt, l-imgħax isir awtomatikament pagabbli 30 jum kalendarju wara li l-klijent jirċievi l-invoice tiegħek jew talba ta' pagament.
Jekk ma tafx meta waslet l-invoice, tista' titlob imgħax 30 jum kalendarju wara li pprovdejt is-servizz u/jew prodotti tiegħek.
Jekk tibgħat l-invoice lill-klijent qabel ma tipprovdi s-servizz u/jew prodott tiegħek, il-perjodu jibda biss wara l-kunsinna.
Kemm għandu jiżdied imgħax?
Inti tista' titlob ir-rata tal-imgħax għal pagament tard kif miftiehem fil-kuntratt. Jekk ma kienet miftiehma ebda rata, tapplika r-rata statutorja.
Rati ta' mgħax statutorji għal kull pajjiż
Pajjiż tal-UE | 1 ta’ Jannar 2023 - 30 ta’ Ġunju 2023 |
L-Awstrija | 11,08 |
Il-Belġju | 10,50 |
Il-Bulgarija | 10.00 |
Il-Kroazja | 10,50 |
Ċipru | 10,50 |
Iċ-Ċekja | 15.00 |
Id-Danimarka | 9,90 |
L-Estonja | 10,50 |
Il-Finlandja | 10,50 |
Franza | 12,50 |
Il-Ġermanja | 10,62 |
Il-Greċja | 10,50 |
L-Ungerija | 21,00 |
L-Irlanda | 10,50 |
L-Italja | 10,50 |
Il-Latvja | 10,50 |
Il-Litwanja | 10,50 |
Il-Lussemburgu | 10,50 |
Malta | 10,50 |
In-Netherlands | 12,00 |
Il-Polonja (settur tas-saħħa) | 14,75 |
Il-Polonja (setturi oħra) | 16,75 |
Il-Portugall | 10,50 |
Ir-Rumanija | 15,00 |
Is-Slovakkja | 10,50 |
Is-Slovenja | 10,50 |
Spanja | 10,50 |
L-Iżvezja | 11,00 |
Uża l-kalkulatur tagħna biex tiskopri kemm imgħax int intitolat li titlob.
Kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru
Flimkien mal-imgħax dovut, int intitolat li titlob ħlas ta' kumpens b'rata fissa ta' EUR 40 (jew ekwivalenti) għal kull invoice mħallsa tard (f'ċerti pajjiżi tal-UE l-ammont għandu mnejn ikun ogħla, ikkalkulat skont il-valur tal-invoice tiegħek).
Jekk l-ispejjeż li ġarrabt biex tirkupra d-dejn tiegħek jaqbżu dan il-valur, jista' jintalab kumpens addizzjonali raġonevoli (jiġifieri spejjeż amministrattivi, ħlas għall-ġbir ta' djun jew spejjeż biex tqabbad avukat).
VAT
Inti żżomm imgħax fuq l-ammont gross tad-dejn (inkluża l-VAT), iżda ma tħallasx il-VAT fuq l-imgħax.
Kif tirkupra d-dejn tiegħek
- Ibgħat invoice lill-klijent tiegħek li tinkludi l-imgħax u l-ħlas ta' kumpens.
- Ikkuntattja korp nazzjonali li għandu mnejn ikun jista' jgħinek tirkupra d-dejn tiegħek.
- Qabbad aġenzija tal-ġbir tad-dejn.
- Ikseb titolu li jista' jkun infurzat minn qorti nazzjonali.
In-negozju tiegħi hu bbażat f' pajjiż tal-UE (F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE) u jien dovut flus minn negozju li jopera f' pajjiż tal-UE (F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera) differenti minn tiegħi.
Il-kuntratti huma regolati mil-liġi magħżula mill-partijiet involuti. Għalhekk għandek tiċċekkja liema liġi tirregola l-kuntratt tiegħek.
Jekk ma saret ebda għażla speċifika meta ffirmajt il-kuntratt, ir-regoli dwar il-pagamenti tard huma regolati mil-liġi tal-pajjiż li fih il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu.
Din ir-regola hi l-istess kemm għall-bejgħ ta' oġġetti kif ukoll għall-provvediment ta' servizzi.
Twissija
Jekk il-kuntratt tiegħek hu ggvernat mil-liġijiet ta' pajjiżi mhux tal-UE, ir-regoli segwenti għandu mnejn ma japplikawx .
Jekk inti tkun issodisfajt l-obbligi kuntrattwali u legali tiegħek u l-klijent hu responsabbli għad-dewmien (jiġifieri, mhux minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu) int intitolat titlob l-imgħax għal pagament tard u l-kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru.
Meta hu dovut l-imgħax?
L-imgħax hu dovut mill-jum wara d-data dovuta stabbilita fil-kuntratt.
Jekk ma ffissajtx perjodu ta' pagament fil-kuntratt, l-imgħax isir awtomatikament pagabbli 30 jum kalendarju wara li l-klijent jirċievi l-invoice tiegħek jew talba ta' pagament.
Jekk ma tafx meta waslet l-invoice, tista' titlob imgħax 30 jum kalendarju wara li pprovdejt is-servizz u/jew prodotti tiegħek.
Jekk tibgħat l-invoice lill-klijent qabel ma tipprovdi s-servizz u/jew prodott tiegħek, il-perjodu jibda biss wara l-kunsinna.
Kemm għandu jiżdied imgħax?
Inti tista' titlob ir-rata tal-imgħax għal pagament tard kif miftiehem fil-kuntratt. Jekk ma kienet miftiehma ebda rata, tapplika r-rata statutorja.
Rati ta' mgħax statutorji għal kull pajjiż
Pajjiż tal-UE | 1 ta’ Jannar 2023 - 30 ta’ Ġunju 2023 |
L-Awstrija | 11,08 |
Il-Belġju | 10,50 |
Il-Bulgarija | 10.00 |
Il-Kroazja | 10,50 |
Ċipru | 10,50 |
Iċ-Ċekja | 15.00 |
Id-Danimarka | 9,90 |
L-Estonja | 10,50 |
Il-Finlandja | 10,50 |
Franza | 12,50 |
Il-Ġermanja | 10,62 |
Il-Greċja | 10,50 |
L-Ungerija | 21,00 |
L-Irlanda | 10,50 |
L-Italja | 10,50 |
Il-Latvja | 10,50 |
Il-Litwanja | 10,50 |
Il-Lussemburgu | 10,50 |
Malta | 10,50 |
In-Netherlands | 12,00 |
Il-Polonja (settur tas-saħħa) | 14,75 |
Il-Polonja (setturi oħra) | 16,75 |
Il-Portugall | 10,50 |
Ir-Rumanija | 15,00 |
Is-Slovakkja | 10,50 |
Is-Slovenja | 10,50 |
Spanja | 10,50 |
L-Iżvezja | 11,00 |
Uża l-kalkulatur tagħna biex tiskopri kemm imgħax int intitolat li titlob.
Kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru
Flimkien mal-imgħax dovut, int intitolat li titlob ħlas ta' kumpens b'rata fissa ta' EUR 40 (jew ekwivalenti) għal kull invoice mħallsa tard (f'ċerti pajjiżi tal-UE l-ammont għandu mnejn ikun ogħla, ikkalkulat skont il-valur tal-invoice tiegħek).
Jekk l-ispejjeż li ġarrabt biex tirkupra d-dejn tiegħek jaqbżu dan il-valur, jista' jintalab kumpens addizzjonali raġonevoli (jiġifieri spejjeż amministrattivi, ħlas għall-ġbir ta' djun jew spejjeż biex tqabbad avukat).
Kif tirkupra d-dejn tiegħek
- Ibgħat invoice lill-klijent tiegħek li tinkludi l-imgħax u l-ħlas ta' kumpens.
- Ikkuntattja sieħeb lokali ta' Enterprise Europe Network.
- Ikkonsulta l-Gwida għall-immaniġġjar tal-kreditu u tat-talbiet transfruntieri.
- Iċċekkja jekk wieħed mir- regolamenti tal-UE għall-irkupru tad-dejn transfruntier jistax japplika fil-każ tiegħek.
- Qabbad aġenzija tal-ġbir tad-dejn.
In-negozju tiegħi hu bbażat f' pajjiż tal-UE (F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE) u jien dovut flus minn awtorità pubblika li topera fl-istess pajjiż bħali.
Jekk inti tkun issodisfajt l-obbligi kuntrattwali u legali tiegħek u l-klijent hu responsabbli għad-dewmien (jiġifieri, mhux minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu) int intitolat titlob l-imgħax għal pagament tard u l-kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru.
Meta hu dovut l-imgħax?
L-imgħax hu dovut mill-jum wara d-data dovuta stabbilita fil-kuntratt.
Jekk ma ffissajtx perjodu ta' pagament fil-kuntratt, l-imgħax isir awtomatikament pagabbli 30 jum kalendarju wara li l-klijent jirċievi l-invoice tiegħek jew talba ta' pagament.
Jekk ma tafx meta waslet l-invoice, tista' titlob imgħax 30 jum kalendarju wara li pprovdejt is-servizz u/jew prodotti tiegħek.
Jekk tibgħat l-invoice lill-klijent qabel ma tipprovdi s-servizz u/jew prodott tiegħek, il-perjodu jibda biss wara l-kunsinna.
Kemm għandu jiżdied imgħax?
Inti tista' titlob l-imgħax bir-rata statutorja.
Rati ta' mgħax statutorji għal kull pajjiż
Pajjiż tal-UE | 1 ta’ Jannar 2023 - 30 ta’ Ġunju 2023 |
L-Awstrija | 11,08 |
Il-Belġju | 10,50 |
Il-Bulgarija | 10.00 |
Il-Kroazja | 10,50 |
Ċipru | 10,50 |
Iċ-Ċekja | 15.00 |
Id-Danimarka | 9,90 |
L-Estonja | 10,50 |
Il-Finlandja | 10,50 |
Franza | 12,50 |
Il-Ġermanja | 10,62 |
Il-Greċja | 10,50 |
L-Ungerija | 21,00 |
L-Irlanda | 10,50 |
L-Italja | 10,50 |
Il-Latvja | 10,50 |
Il-Litwanja | 10,50 |
Il-Lussemburgu | 10,50 |
Malta | 10,50 |
In-Netherlands | 12,00 |
Il-Polonja (settur tas-saħħa) | 14,75 |
Il-Polonja (setturi oħra) | 16,75 |
Il-Portugall | 10,50 |
Ir-Rumanija | 15,00 |
Is-Slovakkja | 10,50 |
Is-Slovenja | 10,50 |
Spanja | 10,50 |
L-Iżvezja | 11,00 |
Uża l-kalkulatur tagħna biex tiskopri kemm imgħax int intitolat li titlob.
Kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru
Flimkien mal-imgħax dovut, int intitolat li titlob ħlas ta' kumpens b'rata fissa ta' EUR 40 (jew ekwivalenti) għal kull invoice mħallsa tard (f'ċerti pajjiżi tal-UE l-ammont għandu mnejn ikun ogħla, ikkalkulat skont il-valur tal-invoice tiegħek).
Jekk l-ispejjeż li ġarrabt biex tirkupra d-dejn tiegħek jaqbżu dan il-valur, jista' jintalab kumpens addizzjonali raġonevoli (jiġifieri spejjeż amministrattivi, ħlas għall-ġbir ta' djun jew spejjeż biex tqabbad avukat).
Kif tirkupra d-dejn tiegħek
- Ibgħat invoice lill-klijent tiegħek li tinkludi l-imgħax u l-ħlas ta' kumpens.
- Ikkuntattja ombudsman nazzjonali jew imħallef nazzjonali.
N.B. Jekk il-pagamenti minn awtorità pubblika huma sistematikament tard, tista' wkoll tissottometti lment uffiċjali lill-Kummissjoni Ewropea.
In-negozju tiegħi hu bbażat f' pajjiż tal-UE (F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE) u jien dovut flus minn awtorità pubblika li topera f' pajjiż tal-UE (F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera) differenti minn tiegħi.
Il-kuntratti huma regolati mil-liġi magħżula mill-partijiet involuti. Għalhekk għandek tiċċekkja liema liġi tirregola l-kuntratt tiegħek.
Jekk inti tkun issodisfajt l-obbligi kuntrattwali u legali tiegħek u l-klijent hu responsabbli għad-dewmien (jiġifieri, mhux minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu) int intitolat titlob l-imgħax għal pagament tard u l-kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru.
Meta hu dovut l-imgħax?
L-imgħax hu dovut mill-jum wara d-data dovuta stabbilita fil-kuntratt.
Jekk ma ffissajtx perjodu ta' pagament fil-kuntratt, l-imgħax isir awtomatikament pagabbli 30 jum kalendarju wara li l-klijent jirċievi l-invoice tiegħek jew talba ta' pagament.
Jekk ma tafx meta waslet l-invoice, tista' titlob imgħax 30 jum kalendarju wara li pprovdejt is-servizz u/jew prodotti tiegħek.
Jekk tibgħat l-invoice lill-klijent qabel ma tipprovdi s-servizz u/jew prodott tiegħek, il-perjodu jibda biss wara l-kunsinna.
Kemm għandu jiżdied imgħax?
Inti tista' titlob l-imgħax bir-rata statutorja.
Rati ta' mgħax statutorji għal kull pajjiż
Pajjiż tal-UE | 1 ta’ Jannar 2023 - 30 ta’ Ġunju 2023 |
L-Awstrija | 11,08 |
Il-Belġju | 10,50 |
Il-Bulgarija | 10.00 |
Il-Kroazja | 10,50 |
Ċipru | 10,50 |
Iċ-Ċekja | 15.00 |
Id-Danimarka | 9,90 |
L-Estonja | 10,50 |
Il-Finlandja | 10,50 |
Franza | 12,50 |
Il-Ġermanja | 10,62 |
Il-Greċja | 10,50 |
L-Ungerija | 21,00 |
L-Irlanda | 10,50 |
L-Italja | 10,50 |
Il-Latvja | 10,50 |
Il-Litwanja | 10,50 |
Il-Lussemburgu | 10,50 |
Malta | 10,50 |
In-Netherlands | 12,00 |
Il-Polonja (settur tas-saħħa) | 14,75 |
Il-Polonja (setturi oħra) | 16,75 |
Il-Portugall | 10,50 |
Ir-Rumanija | 15,00 |
Is-Slovakkja | 10,50 |
Is-Slovenja | 10,50 |
Spanja | 10,50 |
L-Iżvezja | 11,00 |
Uża l-kalkulatur tagħna biex tiskopri kemm imgħax int intitolat li titlob.
Kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru
Flimkien mal-imgħax dovut, int intitolat li titlob ħlas ta' kumpens b'rata fissa ta' EUR 40 (jew ekwivalenti) għal kull invoice mħallsa tard (f'ċerti pajjiżi tal-UE l-ammont għandu mnejn ikun ogħla, ikkalkulat skont il-valur tal-invoice tiegħek).
Jekk l-ispejjeż li ġarrabt biex tirkupra d-dejn tiegħek jaqbżu dan il-valur, jista' jintalab kumpens addizzjonali raġonevoli (jiġifieri spejjeż amministrattivi, ħlas għall-ġbir ta' djun jew spejjeż biex tqabbad avukat).
Kif tirkupra d-dejn tiegħek
- Ibgħat invoice lill-klijent tiegħek li tinkludi l-imgħax u l-ħlas ta' kumpens.
- Ikkuntattja lil Solvit.