Informa u kkonsulta lill-persunal

Jekk il-kumpanija tiegħek timpjega mill-inqas 50 persuna – inkluż persunal impjegat b' kuntratti b'terminu fiss – f' pajjiż tal-UE (jew mill-inqas 20 persuna jekk hija fergħa ta' negozju akbar), inti obbligat bil-liġi li:

  • tinforma l-persunal tiegħek dwar żviluppi reċenti u probabbli fl- attivitajiet tal-kumpanija u s- sitwazzjoni ekonomika tal-kumpanija
  • tinforma u tikkonsulta lill-persunal dwar is- sitwazzjoni kurrenti u l-iżvilupp probabbli tal-impjieg
  • tinforma u tikkonsulta lill-persunal dwar tibdil sostanzjali possibbli fl- organizzazzjoni tax-xogħol jew fir- relazzjonijiet kuntrattwali

Għandek tiżgura wkoll li tipprovdi l-informazzjoni fil-ħin dovut biex ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jkollhom biżżejjed żmien biex jippreparaw għal konsultazjzoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata.

Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema (u kwalunkwe espert li jassistihom) ma jistgħux jiżvelaw lill-persunal jew lil partijiet terzi informazzjoni kunfidenzjali li tkun tajthom.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Il-Konsulent EURES tiegħek

Il-Konsulent EURES tiegħek jista’ jinfurmak kemm dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll jgħinek fil-proċeduri ta’ reklutaġġ f’pajjiżek jew fir-reġjun bejn il-fruntieri tiegħek.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 05/09/2023
Ikkondividi din il-paġna