Soluzzjoni għat-tilwim tal-konsumaturi
Jekk għandek problema b’oġġett jew servizz mixtri f’pajjiżek stess jew f’pajjiż ieħor tal-UE, irrispettivament minn jekk xtrajtux online jew f’ħanut fiżiku, hemm modi differenti kif tista’ tipprova tikseb flusek lura/tikseb rimedju:
- Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim: jekk ma tistax issolvi t-tilwima tiegħek direttament man-negozjant, ikseb għajnuna mingħand servizz ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jew ikkuntattja lin-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net)
- Azzjoni legali: tista’ tikkunsidra proċedura tal-qorti, azzjoni rappreżentattiva, proċedura Ewropea għal talbiet żgħar, u mekkaniżmi simplifikati għal talbiet transfruntieri bħall-ordni ta’ ħlas Ewropea.
L-aħħar verifika: 28/04/2026