L-aħħar verifika: 24/04/2019

Elezzjonijiet Ewropej

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Bħala ċittadin tal-UE, int għandek id-dritt li tivvota u toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet Ewropej. L-elezzjonijiet Ewropej li jmiss se jsiru f'Mejju 2019.

Jekk ir-Renju Unit ikun għadu membru tal-UE fit-23-26 ta' Mejju 2019 u jkun għadu ma rratifikax il-Ftehim dwar il-Ħruġ sat-22 ta' Mejju 2019, ir-Renju Unit se jkollu jipparteċipa fl-elezzjonijiet Ewropej.

Id-dritt tiegħek li tivvota

Jekk tgħix fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek, tista' tivvota biss għall-kandidati tal-UE li ħarġu għall-elezzjoni f'pajjiżek stess.

Jekk inti rreġistrat u tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, inti tista':

Tista' tivvota darba biss fl-elezzjonijiet Ewropej.

Hemm mnejn ikollok bżonn tirreġistra biex tivvota mal-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż li qed jospitak qabel ma ssir l-elezzjoni. F'xi pajjiżi tal-UE, int irreġistrat awtomatikament ladarba tirreġistra r-residenza tiegħek hemmhekk.

Jekk għandek bżonn tirreġistra, iċċekkja l-iskadenzi ta' reġistrazzjoni fil-pajjiż li qed jospitak sew minn qabel peress li dawn ivarjaw minn pajjiż għal ieħor.

 

Agħżel sitwazzjoni u preferenza tal-vot, u ċċekkja jekk tridx tqiegħed ismek fuq il-lista elettorali:

 

Jekk tgħix barra l-UE, normalment tista' tivvota fl-elezzjonijiet tal-UE fl-ambaxxata jew il-konsulat tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek.

Jekk int ċittadin tal-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, il-Greċja jew l-Italja, mhux se tkun tista' tivvota minn barra l-pajjiż ta' oriġini tiegħek.

Agħżel pajjiż:

  • L-Awstrijaatdeen
  • Il-Belġjubeen
  • Il-Bulgarijabgen
  • Il-Kroazjacren
  • Ċiprucyen
  • Ir-Repubblika Ċekaczen
  • Id-Danimarkadken
  • L-Estonjaeeen
  • Il-Finlandjafien
  • Franzafren
  • Il-Ġermanjadeen
  • Il-Greċjagren
  • L-Ungerijahuen
  • L-Irlandaieen
  • L-Italjaiten
  • Il-Latvjalven
  • Il-Litwanjalten
  • Il-Lussemburguluen
  • Maltamten
  • In-Netherlandsnlen
  • Il-Polonjaplen
  • ll-Portugallptpt
  • Ir-Rumanijaroen
  • Is-Slovakkjasken
  • Is-Slovenjasien
  • Spanjaesesen
  • L-Iżvezjaseen
  • Ir-Renju Unituken

 

 

F'ħafna pajjiżi tal-UE, int awtomatikament irreġistrat biex tivvota fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek.

Iċ-ċittadini ta' Ċipru (sal-1 ta' April 2019) u l- Irlanda (sad-9 ta' Mejju 2019) iridu jirreġistraw qabel ikunu jistgħu jivvutaw.

Skopri aktar dwar l-elezzjonijiet Ewropej fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek:

Agħżel il-pajjiż
  • il-Litwanjaltenlt
  • il-Lussemburguludeenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
  • il-Polonjaplenpl
  • il-Portugallptenpt
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjanoen
  • ir-Renju Unitgben
  • ir-Rumanijaroenro
  • is-Slovakkjaskensk
  • is-Slovenjasi

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

 

Jekk tgħix fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek iżda tixtieq tivvota f'pajjiż ieħor tal-UE, għandek tiċċekkja mal-kumitat elettorali nazzjonali tiegħek dwar liema regoli japplikaw.

Skopri aktar dwar ir-regoli nazzjonali:

Agħżel il-pajjiż
  • il-Litwanjaltenlt
  • il-Lussemburguludeenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
  • il-Polonjaplenpl
  • il-Portugallptenpt
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjanoen
  • ir-Renju Unitgben
  • ir-Rumanijaroenro
  • is-Slovakkjaskensk
  • is-Slovenjasi

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

 

 

Jekk tgħix f'pajjiż tal-UE ieħor u tixtieq tivvota għall-kandidati tal-UE għall-elezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek, għandek tiċċekkja jekk għadikx irreġistrat biex tivvota jew jekk hemmx bżonn tirreġistra mill-ġdid.

Pajjiżi differenti tal-UE jipprovdu alternattivi differenti għall-votanti li jgħixu barra mill-pajjiż. Skont il-pajjiż ta' oriġini tiegħek, inti tkun jew:

Jekk int ċittadin tar-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Malta jew is-Slovakkja u m'għadikx tgħix fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek, jaf ma tkunx tista' tivvota fl-elezzjonijiet tal-UE ta' pajjiżek.

Jista' jkollok bżonn tirreġistra mal-awtoritajiet tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek qabel ma tkun tista' tivvota. Inti tista' jew tivvjaġġa lejn il-pajjiż ta' oriġini tiegħek biex tivvota jew tivvota f'ambaxxata jew konsulat tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek.

Agħżel pajjiż:

  • L-Awstrijaatdeen
  • Il-Belġjubeen
  • Il-Bulgarijabgen
  • Il-Kroazjacren
  • Ċiprucyen
  • Ir-Repubblika Ċekaczen
  • Id-Danimarkadken
  • L-Estonjaeeen
  • Il-Finlandjafien
  • Franzafren
  • Il-Ġermanjadeen
  • Il-Greċjagren
  • L-Ungerijahuen
  • L-Irlandaieen
  • L-Italjaiten
  • Il-Latvjalven
  • Il-Litwanjalten
  • Il-Lussemburguluen
  • Maltamten
  • In-Netherlandsnlen
  • Il-Polonjaplen
  • ll-Portugallptpt
  • Ir-Rumanijaroen
  • Is-Slovakkjasken
  • Is-Slovenjasien
  • Spanjaesesen
  • L-Iżvezjaseen
  • Ir-Renju Unituken

 

Jekk tixtieq tivvota fl-elezzjonijiet Ewropej fil-pajjiż tal-UE fejn tgħix, trid titlob li titniżżel fir- reġistru elettorali ta' dak il-pajjiż.

F'Ċipru jew l-Irlanda trid tressaq talba bħal din kull darba li tixtieq tivvota, filwaqt li f'pajjiżi oħra tal-UE, huwa biżżejjed tagħmilha darba.

F'xi pajjiżi tal-UE, jista' jkun hemm il-bżonn li tkun għext hemmhekk għal ċertu żmien qabel ikollok id-dritt li tivvota.

Skopri liema regoli u skadenzi ta' reġistrazzjoni japplikaw fil-pajjiż li qed jospitak:

Agħżel il-pajjiż
  • il-Litwanjaltenlt
  • il-Lussemburguludeenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
  • il-Polonjaplenpl
  • il-Portugallptenpt
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjano
  • ir-Renju Unitgben
  • ir-Rumanijaroenro
  • is-Slovakkjaskensk
  • is-Slovenjasi

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

 

L-alternattivi msemmija hawn fuq mhumiex komprensivi. Xi pajjiżi tal-UE jistgħu joffru mezzi tal-vot addizzjonali li mhumiex imsemmija hawnhekk.

Għal aktar informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, mur fil-portal tal-elezzjonijiet Ewropej.

Kundizzjonijiet tal-vot f'pajjiż ieħor tal-UE

Bħala ċittadin tal-UE, inti tista' tivvota taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tgħix. Jekk iċ-ċittadini huma meħtieġa li jkunu ilhom jgħixu fil-pajjiż għal ċertu tul ta' żmien biex ikunu jistgħu jivvutaw, l-istess kundizzjonijiet se japplikaw għalik. Hemm imnejn ikollok tipprovdi dokument li juri li għandek il-kondotta nadifa.

Madankollu, il-perjodi li tkun għext f'pajjiżi oħra tal-UE - ħlief dawk fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek - għandhom jitqiesu sabiex tissodisfa dan ir-rekwiżit.

Japplikaw regoli speċjali fil-Lussemburgu minħabba li dawk li mhumiex ċittadini jiffurmaw aktar minn 20% tal-elettorat sħiħ t'hemmhekk. Għalhekk il-Lussemburgu għandu l-permess li jeħtieġ perjodu itwal ta' residenza qabel ma tkun tista' tivvota hemmhekk, li bħalissa huwa ta' 5 snin.

Votazzjoni obbligatorja

Jekk il- votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej hi obbligatorja fil-pajjiż li qed jospitak u, wara r-reġistrazzjoni tiegħek, tkun tniżżilt fir-reġistru elettorali ta' dak il-pajjiż, int obbligat tivvota – bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Il-votazzjoni hija obbligatorja fil-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja u l-Lussemburgu.

Id-dritt li toħroġ bħala kandidat

Meta toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet Ewropej, tintalab tagħmel dikjarazzjoni li m'intix skwalifikat milli toħroġ bħala kandidat, u li m'intix ħiereġ ukoll f'pajjiż tal-UE ieħor. Hemm imnejn ikollok tipprovdi dokument li juri li għandek il-kondotta nadifa​.

Fl-elezzjonijiet Ewropej, tista' tivvota u toħroġ bħala kandidat f'pajjiż wieħed biss.

Jekk tagħżel li tivvota jew li toħroġ bħala kandidat fil-pajjiż fejn tgħix, ma tistax tagħmel l-istess fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek.

Kundizzjonijiet biex toħroġ bħala kandidat

Bħala ċittadin tal-UE, tista' toħroġ bħala kandidat taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tgħix. Jekk iċ-ċittadini huma meħtieġa li jkunu ilhom jgħixu fil-pajjiż għal ċertu perjodu ta' żmien biex ikunu jistgħu joħorġu bħala kandidati, l-istess kundizzjonijiet se japplikaw għalik.

Madankollu, il-perjodi li tkun għext f' pajjiżi oħra tal-UE - ħlief dawk fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek - għandhom jitqiesu sabiex tissodisfa dan ir-rekwiżit.

Japplikaw regoli speċjali fil-Lussemburgu minħabba li dawk li mhumiex ċittadini jiffurmaw aktar minn 20% tal-elettorat sħiħ t'hemmhekk. Għalhekk il-Lussemburgu għandu l-permess li jeħtieġ perjodu itwal ta' residenza qabel ma tkun tista' toħroġ bħala kandidat hemmhekk, li bħalissa huwa ta' 5 snin.

Aktar dwar kif toħroġ bħala kandidat fil-pajjiż li qed jospitak:

Agħżel il-pajjiż
  • il-Litwanjaltenlt
  • il-Lussemburguludeenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
  • il-Polonjaplenpl
  • il-Portugallptenpt
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjano
  • ir-Renju Unitgben
  • ir-Rumanijaroenro
  • is-Slovakkjaskensk
  • is-Slovenjasi

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: