Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi kimiċi

Jekk tforni kwalunkwe sustanza kimika ta’ riskju fiż-ŻEE, għandek tikkonforma mar-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ. Dan jikkomplementa r-Regolament REACH u jiżgura li r-riskji tas-sustanzi kimiċi huma kkomunikati b'mod ċar lill-ħaddiema u lill-konsumaturi permezz ta' pittogrammi u stqarrijiet standard fuq it-tikketti u l-iskedi ta’ data dwar is-sikurezza.

Jekk ma tantx taf dwar il-liġijiet tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, agħti daqqa t'għajn lejn il-gwida għas-sikurezza kimika għan-negozji żgħar u ta' daqs medju Iftaħ bħala link estern . Trid tqis il-proċessi assoċjati ma’ REACH u l-leġiżlazzjoni dwar il-bijoċidi u l-pestiċidi Iftaħ bħala link estern , jekk japplikaw, meta tippjana proċeduri tas-CLP.

Sustanzi kimiċi ta' riskju

Qabel ma tqiegħed sustanzi kimiċi jew taħlitiet ta' sustanzi simili fis-suq, għandek:

  • tistabbilixxi kull riskju li jista’ jkollhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u tikklassifikahom skont il-perikli li tidentifika
  • tagħmel tikketti u imballaġġ tas-sustanzi kimiċi ta’ riskju permezz tas-sistema standardizzata stipulata fir-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) biex il-ħaddiema u l-konsumaturi jkunu jafu dwar l-effetti tagħhom qabel ma jużawhom.

Jekk tqiegħed sustanza ta' riskju fis-suq (waħidha jew imħallta ma' sustanzi oħrajn), għandek tinnotifika bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt nl pl pt ro sk sl Iftaħ bħala link estern l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tagħha lill-Inventorju tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar stabbilit mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt nl pl pt ro sk sl Iftaħ bħala link estern ). In-notifiki huma bla ħlas u għandhom jintbagħtu fi żmien xahar mit-tqegħid fis-suq tas-sustanza/ tat-taħlita għall-ewwel darba. Jekk int importatur, id-data ta' għeluq tibda tgħodd mill-jum meta sustanza (jew taħlita ta’ sustanzi) tidħol fit-territorju doganali tal-UE.

Kif tikklassifika, tagħmel tikketta u imballaġġ għas-sustanzi kimiċi

Għandek issegwi 2 regoli:

  • Ikklassifika, agħmel tikketta u qiegħad f’imballaġġ lis-sustanzi kimiċi skont is-sistema l-ġdida tas-CLP u informa lill-utenti dwar il-klassifikazzjoni.
  • Agħmel tikketta u qiegħad f’imballaġġ lit-taħlitiet ta' sustanzi skont is-sistema l-ġdida tas-CLP biss.

L-identifikatur uniku tal-formula

L-identifikatur uniku tal-formula (jew UFI) ġie żviluppat biex jgħin liċ-ċentri għal kontra l-velenu fl-identifikazzjoni rapida u korretta tal-prodotti matul is-sejħiet ta’ emerġenza. Il-prodotti kollha li fihom sustanzi ta' riskju jridu juru l-kodiċi tal-UFI fuq it-tikketta.

Ġeneratur tal-gwida u tal-kodiċi tal-UFI en

Kif tikkonforma mar-Regolament CLP (Klassifikazzjoni, Ittikkettar u Imballaġġ)

Ir-Regolament CLP japplika għal firxa wiesgħa ta’ kumpaniji:

  • manifatturi
  • importaturi u ri-importaturi ta’ sustanzi jew taħlitiet
  • produtturi ta’ oġġetti speċifiċi
  • formulaturi u distributuri
  • bejjiegħa bl-imnut.

L-obbligi tiegħek jiddependu mir-rwol tiegħek fil-katina tal-provvista.

L-UE inkorporat ir-regoli dinjin ġodda (Sistema Globalment Armonizzata - GHS) żviluppati min-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ. L-għan tagħhom hu li l-kummerċ globali jsir iktar faċli u li jgħinu lill-konsumaturi.

Ara wkoll:

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ħelpdesks nazzjonali għal sustanzi kimiċi

Il-ħelpdesks nazzjonali huma l-ewwel punt ta’ kuntatt għal mistoqsijiet dwar l-obbligi tiegħek skont ir-Regolamenti REACH u s-CLP.

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott

Il-Punt ta’ Kuntatt tal-Prodott tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 17/04/2024
Ikkondividi din il-paġna