Dokumenti tal-ivvjaġġar għall-membri tal-familja li mhumiex mill-UE
Coronavirus: Ivvjaġġar mill-ġdid b’mod sikurIvvjaġġar fl-UE mal-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE
Skont ir-regoli tal-UE, għandek id-dritt li tivvjaġġa flimkien mal-membri ewlenin tal-familja tiegħek (il-konjuġi, it-tfal, il-ġenituri dipendenti jew in-nanniet dipendenti mhux tal-UE) lejn pajjiż tal-UE ieħor apparti dak li int ċittadin tiegħu. Jekk mort tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, huma jistgħu jingħaqdu miegħek hemmhekk ukoll. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għall-partner irreġistrat/a mhux mill-UE jekk il-pajjiż li qed jivvjaġġaw fih jikkunsidra l- partnerships irreġistrati bħala ekwivalenti għaż-żwieġ.
Membri oħrajn tal-familja li mhumiex membri tal-UE - bħal aħwa, kuġini, zijiet, kif ukoll il-partner irreġistrat/a mhux mill-UE tiegħek (f'pajjiżi fejn il-partnerships irreġistrati mhumiex meqjusa bħala ekwivalenti għaż-żwieġ) - jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikunu intitolati li jkollhom id-dħul tagħhom iffaċilitat meta jivvjaġġaw flimkien miegħek meta jingħaqdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE. Il-pajjiżi tal-UE mhumiex marbutin awtomatikament li jagħtu dan id-dritt iżda għandhom tal-anqas jikkunsidraw it-talba.
Il-membri tal-familja li mhumiex mill-UE għandhom iġorru fuqhom passaport validu l-ħin kollu u, skont pajjiżhom, jista' jkun li jeħtiġilhom juru viża ta' dħul mal-fruntiera.
Hemm numru ta' pajjiżi (ara l-Anness II) li ċ-ċittadini tagħhom ma għandhomx bżonn viża biex iżuru l-UE għal tliet xhur jew anqas. Il-lista ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viżi biex jivvjaġġaw lejn l-Irlanda tvarja kemxejn mill-pajjiżi l-oħra tal-UE.
Ikkuntattja l-konsulat jew l-ambaxxata tal-pajjiż li se tkunu qed tivvjaġġaw fih ħafna qabel iż-żmien biex tkun taf x'dokumenti l-membru tal-familja tiegħek li mhux mill-UE se jintalab jippreżenta mal-fruntiera.
Aqra aktar dwar id-drittijiet ta' residenza tal-membri tal-familja li mhumiex mill-UE jekk huma jiċċaqalqu miegħek lejn pajjiż ieħor tal-UE.
Il-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE għandhom bżonn viża?
Il-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE jistgħu jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn ta' viża ta' dħul mill-pajjiż li qed jivvjaġġaw lejh billi jużaw l-għodda t'hawn taħt:
Għandek dokument ta' residenza minn pajjiż tal-UE?
- Iva - għandi karta ta' residenza bħala membru ta' familja nazzjonali tal-UE maħruġa minn pajjiż tal-UE ieħor apparti mill-pajjiż li l-konjuġi / partner tal-UE tiegħi hu / hi ċittadin/a tiegħu
- Iva - għandi dokument ta' residenza maħruġ mill-pajjiż tal-UE li l-konjuġi / partner tal-UE tiegħi hu / hi ċittadin/a tiegħu
- Le
Ma għandekx karta ta' residenza bħala membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE - maħruġa minn pajjiż tal-UE - jew dokument ta' residenza - maħruġ minn pajjiż tal-UE
- Irid ikollok viża
F'liema pajjiż tal-UE ħarġet il-karta ta' residenza tiegħek?
- F'pajjiż taż-żona Schengen (l-Awstrija, il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera.)
- F'pajjiż li mhux taż-żona Schengen (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, l-Irlanda, ir-Rumanija)
F'liema pajjiż tal-UE ħareġ id-dokument ta' residenza tiegħek?
- F'pajjiż taż-żona Schengen (l-Awstrija, il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera.)
- F'pajjiż li mhux taż-żona Schengen (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, l-Irlanda, ir-Rumanija)
Lejn liema pajjiż tal-UE qed tivvjaġġa?

Il-karta ta' residenza tiegħek inħarġet minn pajjiż taż-żona Schengen u qed tivvjaġġa lejn pajjiż taż-żona Schengen.
- Ma għandekx bżonn viża jekk għandek karta ta' residenza bħala membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE maħruġa minn pajjiż tal-UE ieħor apparti mill-pajjiż li l-konjuġi / partner tal-UE tiegħek hu / hi ċittadin/a tiegħu
Il-karta ta' residenza tiegħek inħarġet minn pajjiż taż-żona Schengen u qed tivvjaġġa lejn pajjiż li mhux taż-żona Schengen
- Ma għandekx bżonn viża jekk għandek karta ta' residenza bħala membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE maħruġa minn pajjiż tal-UE ieħor apparti mill-pajjiż li l-konjuġi / partner tal-UE tiegħek hu / hi ċittadin/a tiegħu. Għandek jew tkun qed tivvjaġġa flimkien mal-konjuġi / partner tiegħek tal-UE jew qed tingħaqad miegħu / magħha f'pajjiż mhux taż-żona Schengen.
Twissija
Jekk għandek karta ta' residenza bħala membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE u mhux qed takkumpanja jew tingħaqad mal-konjuġi / partner tal-UE tiegħek fil-pajjiż mhux taż-żona Schengen, għandek tapplika għal viża biex tidħol f'dak il-pajjiż.
Storja bħala eżempju
Titulari ta' karta ta' residenza bħala membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE ma għandhomx bżonn li jiksbu viża jekk jivvjaġġaw ma' ċittadin tal-UE
Ying, il-mara Ċiniża ta' ċittadin Ġermaniż li jgħix il-Finlandja, kienet inħarġitilha karta ta' residenza bħala membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE fil-Finlandja. Ying u żewġha jixtiequ jivvjaġġaw lejn ir-Rumanija fil-ħarifa. Peress li Ying qed tivvjaġġa ma' żewġha, għandha passaport validu u karta ta' residenza ta' membru ta' familja tal-UE, mhix meħtieġa li tikseb viża ta' dħul biex tivvjaġġa lejn ir-Rumanija ma' żewġha.
Il-karta ta' residenza tiegħek inħarġet minn pajjiż li mhux taż-żona Schengen u qed tivvjaġġa lejn pajjiż taż-żona Schengen
- Ma għandekx bżonn viża jekk għandek karta ta' residenza bħala membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE maħruġa minn pajjiż tal-UE ieħor apparti mill-pajjiż li l-konjuġi / partner tal-UE tiegħek hu / hi ċittadin/a tiegħu. Għandek jew tkun qed tivvjaġġa flimkien mal-konjuġi / partner tiegħek tal-UE jew qed tingħaqad miegħu / magħha fil-pajjiż taż-żona Schengen.
Twissija
Jekk għandek karta ta' residenza bħala membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE u mhux qed takkumpanja jew tingħaqad mal-konjuġi / partner tal-UE tiegħek fil-pajjiż taż-żona Schengen, għandek tapplika għal viża biex tidħol f'dak il-pajjiż.
Ħlief fl-Iżvizzera
Ikollok bżonn viża jekk qed tivvjaġġa lejn l-Iżvizzera b'karta ta' residenza ta' membru tal-familja li mhux mill-UE maħruġa minn pajjiż li mhux taż-żona Schengen – dan japplika jekk qed tivvjaġġa waħdek, flimkien mal-konjuġi / partner tiegħek jew jekk qed tissieħeb miegħu / magħha fl-Iżvizzera.
Il-karta ta' residenza tiegħek maħruġa minn pajjiż li mhux taż-żona Schengen u qed tivvjaġġa lejn pajjiż li mhux taż-żona Schengen
- Ma għandekx bżonn viża jekk għandek karta ta' residenza bħala membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE maħruġa minn pajjiż tal-UE ieħor apparti mill-pajjiż li l-konjuġi / partner tal-UE tiegħek hu / hi ċittadin/a tiegħu. Għandek jew tkun qed tivvjaġġa flimkien mal-konjuġi / partner tiegħek tal-UE jew qed tingħaqad miegħu / magħha fil-pajjiż li mhux taż-żona Schengen.
Twissija
Jekk għandek karta ta' residenza bħala membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE u mhux qed takkumpanja jew tingħaqad mal-konjuġi / partner tal-UE tiegħek fil-pajjiż mhux taż-żona Schengen, għandek tapplika għal viża biex tidħol f'dak il-pajjiż.
Id-dokument ta' residenza tiegħek inħareġ minn pajjiż taż-żona Schengen b'format standard skont ir-regoli tal-UE u qed tivvjaġġa lejn pajjiż taż-żona Schengen. Jew id-dokumenti ta' residenza tiegħek inħarġu f'format mhux standard li ġie nnotifikat lill-UE u hu ppubblikat online fir- Reġistru Pubbliku ta' Dokumenti Awtentiċi tal-ivvjaġġar u tal-identità
- Ma għandekx bżonn ta' viża jekk għandek dokument ta' residenza (permess nazzjonali ta' residenza) maħruġ skont ir-regoli nazzjonali minn pajjiż taż-żona Schengen u qed tivvjaġġa lejn il-pajjiż taż-żona Schengen.
Id-dokument ta' residenza tiegħek inħareġ minn pajjiż taż-żona Schengen b'format standard skont ir-regoli tal-UE u qed tivvjaġġa lejn pajjiż mhux taż-żona Schengen. Jew id-dokumenti ta' residenza tiegħek inħarġu f'format mhux standard li ġie nnotifikat lill-UE u hu ppubblikat online fir- Reġistru Pubbliku ta' Dokumenti Awtentiċi tal-ivvjaġġar u tal-identità
- Ikollok bżonn viża jekk qed tivvjaġġa lejn l-Irlanda
- Ma għandekx bżonn viża jekk qed tivvjaġġa lejn pajjiżi li mhux taż-żona Schengen li jirrikonoxxu b'mod unilaterali ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija)
Storja bħala eżempju
Anke jekk għandek permess ta' residenza nazzjonali, hi meħtieġa viża tad-dħul għal vjaġġ lejn pajjiż mhux taż-żona Schengen
Joyce, Niġerjana, tgħix in-Netherlands mar-raġel Olandiż tagħha Luuk. Bħala membru tal-familja ta' ċittadin Olandiż, Joyce inħarġilha permess ta' residenza Olandiż fin-Netherlands. Joyce tixtieq issiefer ma' Luuk fuq il-vjaġġ ta' negozju tiegħu li jmiss lejn Dublin. Peress li l-Irlanda mhix parti miż-żona Schengen, Joyce trid tikseb viża tad-dħul biex tivvjaġġa lejn l-Irlanda ma' Luuk.
Għandek dokument ta' residenza tiegħek maħruġ minn pajjiż mhux taż-żona Schengen u qed tivvjaġġa lejn pajjiż taż-żona Schengen
- Ikollok bżonn viża
Id-dokument ta' residenza tiegħek maħruġ minn pajjiż li mhux taż-żona Schengen u qed tivvjaġġa lejn pajjiż li mhux taż-żona Schengen
- Għandek bżonn viża jekk qed tivvjaġġa minn pajjiż li mhux taż-żona Schengen li jirrikonoxxi b'mod unilaterali ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tiegħu (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija) lejn l-Irlanda
- Għandek bżonn viża jekk qed tivvjaġġa mill-Irlanda lejn pajjiż li mhux taż-żona Schengen li jirrikonoxxi b'mod unilaterali ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tiegħu (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija)
- Ma għandekx bżonn viża jekk qed tivvjaġġa bejn il-pajjiżi li mhumiex taż-żona Schengen li rrikonoxxew b'mod unilaterali ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija)
Applikazzjoni għal viża ta' dħul għal waqfiet qosra sa 90 jum
Jekk il-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE tinħtiġilhom viża tad-dħul, għandhom japplikaw għal waħda minn qabel mingħand il-konsulat jew l-ambaxxata tal-pajjiż li jixtiequ jivvjaġġaw fih. Jekk dawn se jkunu qed jivvjaġġaw miegħek, jew se jingħaqdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE, l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun ipproċessata malajr u bla ħlas:
- il-pajjiżi li huma membri taż-żona Schengen bla fruntieri għandhom jipprovdu l-viżi fi żmien 15-il ġurnata, ħlief f'każijiet rari, meta l-awtoritajiet jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom.
- il-pajjiżi l-oħrajn kollha (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, l-Irlanda, ir-Rumanija) għandhom joħorġu l-viżi mill-aktar fis possibbli.
Twissija
Il-membru tal-familja tiegħek li mhux mill-UE għandu jindika b'mod ċar fuq il-formola tal-applikazzjoni tal-viża tiegħu li qed japplika għal viża ta' dħul bħala membru tal-familja ta' ċittadin mobbli tal-UE. Jekk dan ma jkunx ċar dawn jistgħu jinħarġilhom tip ta' viża ħażina li jintalbu jħallsu għaliha.
Applikazzjoni għal viża - dokumenti ta' sostenn
Il-membru tal-familja tiegħek li mhux mill-UE għandu jinkludi d-dokumenti li ġejjin mal-applikazzjoni għall-viża tiegħu:
- passaport validu – li jagħti prova tal-identità u n-nazzjonalità tiegħu
- dokument li juri rabtiet familjari maċ-ċittadin tal-UE (eż. ċertifikat taż-żwieġ, ċertifikat tat-twelid, eċċ.) u dipendenza (jekk meħtieġa)
- prova li ċ-ċittadin tal-UE diġà qed jgħix fil-pajjiż ospitanti (jekk qed jingħaqad magħhom)
- dikjarazzjoni li l-koppja se tivvjaġġa flimkien (jekk il-membru tal-familja se jkun qed jakkumpanja liċ-ċittadin tal-UE)
Din il-lista hi eżawrjenti: il-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE ma jistgħux jintalbu jipproduċu dokumenti oħrajn biex jappoġġjaw l-applikazzjoni tagħhom.
(Viżi maħruġin minn pajjiż li jappartieni għaż-żona Schengen bla fruntieri huma validi għall-pajjiżi kollha f'dik iż-żona.)
Twissija
Jekk tgħix barra l-UE u l-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE jakkumpanjawk jew jivvjaġġaw lejn il- pajjiż tal-UE tan-nazzjonalità tiegħek, ir-regoli transfruntieri tal-UE mhux bilfors japplikaw u l-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE jistgħu jkollhom iħallsu t-tariffi tal-viża.
Mal-fruntiera mingħajr viża ta' dħul
L-aħjar dejjem hu li l-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE jkunu mgħarrfin sew dwar dan minn qabel u jkollhom id- dokumenti meħtieġa kollha qabel ma jibdew il-vjaġġ tagħhom.
Madankollu, jekk jaslu mal-fruntiera bil-passaport tagħhom iżda mingħajr ma jkollhom viża ta' dħul, l-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom jagħtuhom l- opportunità li juru b'mezzi oħrajn li huma membri tal-familja ta' ċittadin mobbli tal-UE. Huma jistgħu jagħmlu dan billi jipprovdu prova tal-identità tagħhom u tar-rabtiet familjari ma' ċittadin tal-UE (pereżempju ċertifikat taż-żwieġ jew tat-twelid) u, prova li qed jingħaqdu jew jakkumpanjaw liċ-ċittadin tal-UE (pereżempju, prova li ċ-ċittadin tal-UE diġà qed jgħix fil-pajjiż fejn qed jintalab id-dħul). Jekk jirnexxilhom juru dan, għandha tinħarġilhom viża ta' dħul fil-post.
Jekk il-membri tal-familja tiegħek qed ikollhom diffikultajiet biex jiksbu viża, tista' tikkuntattja lis- servizzi ta' assistenza tagħna.
Rifjut ta' dħul
F'każijiet rari ħafna, pajjiż tal-UE jista' jirrifjuta d-dħul tiegħek jew ta' membri tal-familja tiegħek minħabba "politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika".
Jekk dan iseħħ, l-awtoritajiet għandhom juru li int jew il-membri tal-familja tiegħek huma "ta' theddida ġenwina, preżenti u biżżejjed serja".
Int intitolat li tingħata din id-deċiżjoni bil-miktub, fejn ikunu ddikjarati r-raġunijiet kollha, u li fiha jiġi speċifikat kif tista' tappella u ż-żmien li għandek biex tkun tista' tagħmel dan.