Rikonoxximent tal-kwalifiki

Qed tirrekluta persunal li kisbu l-kwalifiki tagħhom f' pajjiż tal-UE ieħor u qed timpjegahom fi professjonijiet regolati f'pajjiżek? Jekk dan hu l-każ, jista' jkun hemm bżonn li tiżgura li l- esperjenza u l-kwalifiki professjonali tagħhom jiġu rikonoxxuti fil-pajjiż fejn qed jippjanaw li jaħdmu.

Professjoni hija regolata jekk irid ikollok lawrja speċifika, tagħmel eżamijiet speċjali, jew tirreġistra ma' korp professjonali qabel ma tkun tista' tipprattikaha.

Peress li r-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali hu obbligatorju għal ċerti professjonijiet, l-impjegati tiegħek għandhom jikkonsultaw il- bażi tad-data tal-professjonijiet en regolati biex jiskopru jekk il-professjonijiet tagħhom humiex regolati fil-pajjiżi tal-UE u minn liema awtoritajiet. Jekk il-persunal tiegħek ma jistgħux isibu l-professjoni tagħhom fil-bażi tad-data, jistgħu jitolbu għall-għajnuna miċ- ċentru ta' assistenza nazzjonali għall-kwalifiki professjonali en fil-pajjiż fejn jixtiequ jaħdmu.

Storja bħala eżempju

Laszlo għandu ristorant fl-Ungerija u jrid jimpjega kok ġdid. Wara l-proċess tal-għażla, iddeċidieda li jimpjega lil Blaž, kok mill-Kroazja. Laszlo jsir jaf mill-bażi tad-data online li din hi professjoni regolata kemm fil-Kroazja kif ukoll fl-Ungerija. Blaž irid jikkuntattja lill-awtorità kompetenti fl-Ungerija biex jikseb ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħu biex ikun jista' jaħdem fir-ristorant ta' Laszlo. Biex jgħinuh f'dan il-proċess, Blaž jista' jikkuntattja liċ-ċentru ta' assistenza fl-Ungerija.

Kemm dawk impjegati kif ukoll dawk li jaħdmu għal rashom iridu jsegwu r-regoli għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali barra pajjiżhom. Il-proċeduri ta' applikazzjoni u rikonoxximent huma differenti skont jekk iridux joffru s-servizzi tagħhom b'mod permanenti jew temporanju.

Għal aktar dettalji dwar iż-żewġ skemi, tista' tiċċekkja r-regoli dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifika professjonali.

Hemm regoli tal-UE speċifiċi għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali ta' ċerti setturi en bħall-avukati, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-piloti. It-tobba, l-infermiera tal-kura ġenerali, il-qbiela, il-prattikanti dentali, l-ispiżjara, l-arkitetti u l-veterinarji jgawdu minn rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki tagħhom.

Karta Professjonali Ewropea

Il- Karta Professjonali Ewropea (KPE) tippermetti lil ħames professjonijiet li jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki tagħhom bi proċedura online. Il-professjonijiet koperti mill-iskema huma:

  • Infermier responsabbli mill-kura ġenerali
  • Spiżjar
  • Fiżjoterapist
  • Gwida tal-muntanji
  • Aġent tal-proprjetà immobbli

Jekk il-kandidat tiegħek għandu Karta Professjonali Ewropea, tista' tiċċekkja l-validità tagħha fil- bażi tad-data tal-Karta Professjonali Ewropea.

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 05/01/2024
Ikkondividi din il-paġna