Ħaddiema stazzjonati — xogħol temporanju barra mill-pajjiż

L-impjegatur jista’ jibagħtek taħdem temporanjament f'pajjiż ieħor tal-UE. Matul dan il-perjodu, se takkwista l-istatus ta’ ħaddiem stazzjonat u se tibbenefika mill-istess kundizzjonijiet u drittijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema fil-pajjiż ospitanti tiegħek.

Stazzjonar jista’ jdum sakemm ikun meħtieġ biex jitwettaq kompitu speċifiku. Meta l-istazzjonar tiegħek jintemm, għandek tirritorna lejn il-post tax-xogħol tiegħek fil-pajjiż tal-UE li minnu kont stazzjonat.

Informazzjoni li l-impjegaturi għandhom jipprovdu qabel l-istazzjonar

Skont ir-regoli tal-UE, qabel ma jibdielek l-istazzjonar, l-impjegaturi għandhom l-obbligi li jipprovdu lilek u lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ospitanti b’ċerta informazzjoni.

Jekk l-istazzjonar idum aktar minn erba’ ġimgħat konsekuttivi, l-impjegatur tiegħek irid jipprovdilek bil-miktub, qabel it-tluq tiegħek, l-informazzjoni li ġejja:

  • il-pajjiż jew il-pajjiżi fejn se taħdem (il-pajjiż ospitanti)
  • id-durata mistennija tal-istazzjonar barra mill-pajjiż
  • il-munita tar-remunerazzjoni
  • kwalunkwe benefiċċji (fi flus konanti jew ieħor) relatat mal-assenjament tax-xogħol
  • informazzjoni dwar ir-ripatrijazzjoni: jekk hix ipprovduta u, jekk iva, skont liema kundizzjonijiet
  • ir-remunerazzjoni skont il-liġi applikabbli tal-pajjiż ospitanti
  • kwalunkwe provvedimenti speċifiċi relatati mal-istazzjonar
  • arranġamenti għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-ikel u tal-akkomodazzjoni
  • il-link għas-sit web uffiċjali nazzjonali tal-pajjiż ospitanti dwar il-ħaddiema stazzjonati.

Twissija

Huwa f’idejn l-Istati Membri tal-UE biex jiddeċiedu kif l-impjegatur jagħtik din l-informazzjoni. Madankollu, normalment dan isir billi jinkiteb anness għall-kuntratt eżistenti tiegħek.

Stazzjonament jista’ jdum sa 12-il xahar, jew 18 jekk tiġi sottomessa notifika motivata lill-pajjiż ospitanti. Madankollu, jekk l-istazzjonar ikun itwal minn 12–18-il xahar, dan jibda jitqies bħala stazzjonar fit-tul.

Twissija

Ftakar, jekk l-istazzjonar idum aktar minn 24 xhar, ix-xogħol tiegħek jista’ jkompli iżda l-istituzzjonijiet kompetenti tas-sigurtà soċjali jistgħu jieqfu jqisuk bħala ħaddiem stazzjonat, u sakemm ma tingħatax estensjoni, x’aktarx ikollok bżonn tingħaqad mas-sistema tas-sigurtà soċjali barra mill-pajjiż.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-impjegatur tiegħek irid jibgħat notifika (“dikjarazzjoni ta’ stazzjonar”) lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ospitanti qabel (jew mhux aktar tard minn meta) jibda l-istazzjonar, bid-dettalji li ġejjin:

  • l-identità tal-impjegatur
  • in-numru ta’ ħaddiema stazzjonati
  • indirizz tal-post tax-xogħol tal-istazzjonar
  • it-tul ta’ żmien mistenni tal-istazzjonar, inklużi d-dati tal-bidu u tat-tmiem
  • it-tip ta’ servizz ipprovdut matul l-istazzjonar
  • il-persuna ta’ kuntatt li tikkoopera mal-awtoritajiet fil-pajjiż ospitanti.

L-impjegatur tiegħek għandu jinforma wkoll lill-istituzzjoni kompetenti tal-pajjiż ospitanti jekk iseħħu xi bidliet, bħal jekk l-istazzjonar ma jseħħx jew jiġi interrott. Aqra aktar dwar l-obbligi ta’ dikjarazzjoni fis-sit web tal-pajjiż ospitanti.

Kundizzjonijiet tax-xogħol

Bħala ħaddiem stazzjonat, int intitolat għall-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-pajjiż ospitanti kull meta dawn ikunu aktar favorevoli minn dawk ta’ pajjiżek.

  • l-elementi bażiċi kollha tar-remunerazzjoni kif definiti fil-liġi nazzjonali jew fi ftehimiet kollettivi applikabbli b’mod universali
  • il-kumpens għas-sahra
  • l-allowances jew ir-rimborż tal-ispejjeż biex jiġu kopertil-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ikel u l-akkomodazzjoni fil-pajjiż ospitanti matul l-istazzjonar (jekk tkun meħtieġ tivvjaġġa matul l-istazzjonar)
  • il-perjodi ta’ xogħol massimi
  • il-perjodi minimi ta’ mistrieħ
  • il-leave minimu annwali mħallas
  • is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq il-post tax-xogħol
  • kwalunkwe kundizzjoni speċifika għar-reklutaġġ permezz ta’ aġenziji li jipprovdu staff temporanju
  • il-miżuri protettivi għan-nisa tqal, in-nisa li reċentement welldu u ż-żgħażagħ (taħt it-18-il sena)
  • it-trattament ugwali għall-irġiel u għan-nisa u regoli oħrajn biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni
  • il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni waqt li tkun qed taħdem’ il bogħod mill-post tax-xogħol regolari tiegħek, jekk ipprovduti mill-impjegatur tiegħek.

Twissija

Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet f’pajjiżek ikunu aktar favorevoli minn dawk tal-pajjiż ospitanti, l-impjegatur tiegħek irid iżomm il-kundizzjonijiet ta’ pajjiżek matul l-istazzjonar.

Kopertura tas-sigurtà soċjali meta tkun f'pajjiż barrani

Bħala ħaddiem stazzjonat, tibqa’ kopert taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ pajjiżek. Biex tiżgura li tkompli tkun kopert, l-impjegatur tiegħek irid jikseb Dokument Portabbli A1 (formola PD A1) PDF mill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali f’pajjiżek. Pajjiżek jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ospitanti.

  • m’għandekx għalfejn tirreġistra mal-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż ospitanti.
  • inti ma takkumula ebda dritt addizzjonali ta’ sigurtà soċjali bħal drittijiet tal-pensjoni jew id-dritt għal benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż fejn tkun ġejt stazzjonat.
  • l-impjegatur tiegħek irid jitlob formola PD A1 mill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali f’pajjiżek.

Twissija

L-impjegatur tiegħek se jinnotifika t-tul tad-data tal-bidu u tat-tmiem tal-istazzjonar tiegħek fil-PD A1 tiegħek lis-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ pajjiżek. Il-perjodu massimu permess fuq il-PD A1 huwa ta’ 24-il xahar.

Madankollu, jekk l-istazzjonar idum aktar minn 24 xahar, tista’ jew:

  • taqleb għas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż fejn tinsab stazzjonat. Għalkemm xogħlok jista’ jkompli, ma tibqax titqies bħala ħaddiem stazzjonat skont ir-regoli tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.
  • Itlob lill-impjegatur biex japplikalek għal estenzjoni tal-validità tal-formola PD A1rigward il-perjodu ta’ stazzjonar tiegħek biex tibqa’ kopert fil-pajjiż ta’ oriġini. L-estensjoni tingħata jekk jintlaħaq ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet kompetenti fiż-żewġ pajjiżi u jkun fl-interess tiegħek.

Skopri aktar dwar il-kopertura tas-sigurtà soċjali tiegħek waqt stazzjonar f’pajjiż ieħor tal-UE.

Stazzjonar fit-tul

Jekk il-perjodu standard tal-istazzjonar jinqabeż (12–18-il xahar), l-istazzjonar jibda jitqies fit-tul. Minn dak il-mument, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet bażiċi kollha se jiġu ggarantiti lilek, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-terminazzjoni tal-kuntratti; u pensjonijiet supplimentari tax-xogħol.

L-istazzjonar fit-tul ma għandux limitu ta’ żmien, u r-regoli kollha tiegħu se jkollhom japplikaw waqt li jkun għaddej l-istazzjonar.

Jekk int stazzjonat fit-tul f’pajjiż ieħor tal-UE għandu mnejn tixtieq li l-familja tiegħek tingħaqad miegħek bis-saħħa tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE tagħhom, iżda mhux bħala d-dipendenti tiegħek.

Taxxa fuq l-introjtu

Ġeneralment titqies bħala resident taxxabbli, u tħallas it-taxxa fuq l-introjtu fil-pajjiż ospitanti tiegħek, jekk taħdem hemm għal aktar minn sitt xhur. Madankollu, xorta tista’ tiġi ntaxxat minn pajjiżek jekk:

  • iżżomm id-dar permanenti tiegħek f’pajjiżek;
  • ir-rabtiet personali u ekonomiċi tiegħek ma’ dak il-pajjiż huma aktar b’saħħithom.

Ma jeżistux regola applikabbli għall-Ewropa kollha li tistabbilixxi liema pajjiż jista' jintaxxak fuq l-introjtu meta tkun stazzjonat. Dan jeħtieġlu jkun stabbilit fil-liġijiet nazzjonali jew fil-ftehimiet dwar it-taxxa bejn il-pajjiżi tal-UE. Dejjem iċċekkja liema regoli japplikaw għalik, billi tikkuntattja lill-awtoritajiet tat-taxxa kemm tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħek kif ukoll ta’ dak ospitanti.

Twissija

Iċċekkja informazzjoni aġġornata dwar it-tassazzjoni doppja biex tevita li l-introjtu tiegħek jiġi ntaxxat darbtejn.

Storja bħala eżempju

Pere huwa infermier impjegat minn sptar fi Spanja. Huwa ntbagħat jaħdem fl-Iżvezja għal 11-il xhar fuq inkarigu temporanju. Se jżomm ir-residenza permanenti f’pajjiżu.

Qabel jitlaq, l-impjegatur ta’ Pere japplika għal formola PD A1 mal-awtorità kompetenti Spanjola biex juri li Pere se jibqa’ kopert mis-sigurtà soċjali Spanjola matul l-istazzjonar. L-awtoritajiet Spanjoli mbagħad jikkomunikaw mal-awtoritajiet Żvediżi dwar l-istazzjonar.

Filwaqt li Pere jaħdem fl-Iżvezja, huwa jibqa’ assigurat fi Spanja għall-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Fl-istess ħin, irid jirċievi l-kundizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw fl-Iżvezja, bħar-regoli dwar il-paga, il-ħin tax-xogħol u s-saħħa u s-sikurezza, jekk dawn ikunu aktar favorevoli.

Normalment, Pere jkollu jħallas it-taxxa fuq l-introjtu tiegħu fl-Iżvezja, peress li se joqgħod għal aktar minn sitt xhur. Madankollu, xorta jista’ jkun meħtieġ iħallas it-taxxa fuq l-introjtu fi Spanja, peress li qed iżomm ir-residenza permanenti tiegħu hemm. Peress li dawn ir-regoli huma speċifiċi għall-pajjiż, Pere jmissu jiċċekkja mal-awtoritajiet tat-taxxa Żvediżi u dawk Spanjoli biex ikun jaf fejn għandu jħallas it-taxxa fuq l-introjtu u jevita t-tassazzjoni doppja.

Siti web dwar l-istazzjonar

Iċċekkja s-sit web nazzjonali tal-pajjiż ospitanti biex issib kemm it-termini u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema stazzjonati, kif ukoll l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-awtoritajiet lokali.

Siti web dwar l-istazzjonar

Uffiċċji Nazzjonali ta’ Kollegament

Kull pajjiż għandu awtorità kompetenti li tista’ twieġeb mistoqsijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema. Id-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Kollegament huma taħt il-buttuna Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali hawn taħt.

Aktar informazzjoni

Għal aktar informazzjoni ċċekkja l-gwida qasira tal-UE dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema

Ara wkoll il-gwida prattika tal-UE dwar l-istazzjonar.

Mistoqsijiet frekwenti

Ara wkoll

Aqra dwar ir-regoli l-ġodda dwar is-sigurtà soċjali li se jkunu applikabbli mill-2028.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Agħżel il-pajjiż

l-Awstrija

Bundesministerium für Arbeit und Wirtschaft

Federal Ministry of Labour and Economy

Favoritenstraße 7

AT-1040 Wien

Contact form Iftaħ bħala link estern en

il-Belġju

FPS Employment, Labour and Social Dialogue, Belgian liaison office, Directorate-general labour law and legal studies

SPF Emploi, Travail et Concertation sociale, Bureau de liaison belge, Direction Générale Droit du travail et études juridiques

FOD Werkgelegenheid, Arbeid en Sociaal Overleg, Belgisch verbindingsbureau, Algemene directie arbeidsrecht en juridische studiën

Rue Ernest Blerot 1

BE-1070 Bruxelles/Brussel

Employment Belgium Iftaħ bħala link estern enfrnl

il-Bulgarija

Министерство на труда и социалната политика - ИА Главна инспекция по труда

Ministry of Labour and Social Policy - General Labour Inspectorate EA

3 Kniaz Aleksandar Dondukov blvd.

BG-1000 Sofia

Sit web Iftaħ bħala link estern en

il-Kroazja

Ministarstvo rada, mirovinskoga sustava, obitelji i socijalne politike

Ministry of Labour, Pension System, Family and Social Policy

Ulica grada Vukovara 78

HR-10000 Zagreb

Sit web Iftaħ bħala link estern hr

Ċipru

Υπουργείο Εργασίας , Πρόνοιας και Κοινωνικών Ασφαλίσεων - Τμήμα Εργασίας

Ministry of Labour, Welfare and Social Insurance - Department of Labour

9 Klimentos Str

CY-1480 Nicosia

Sit web Iftaħ bħala link estern en

iċ-Ċekja

Ministerstvo práce a sociálních věcí

Ministry of Labour and Social Affairs

Na Poříčním právu 1

CZ-128 01 Praha 2

  • Posting and social security Iftaħ bħala link estern en
  • Posting a foreigner to the Czech republic Iftaħ bħala link estern en
id-Danimarka

Danish Working Environment Authority

Landskronagade 33

2100 København Ø

  • Posting regulations Iftaħ bħala link estern en
  • Social security cover Iftaħ bħala link estern en
l-Estonja

Tööinspektsioon; Ms Liis Naaber-Kalm

Labour Inspectorate

Mäealuse 2/2

EE-12618 Tallinn

Sit web Iftaħ bħala link estern en

il-Finlandja

Tyosuojelu

Arbetarskyddsförvaltningen

Occupational Safety and Health Administration

Occupational Safety and Health Administration Iftaħ bħala link estern en

Franza

Bureau de liaison nationale - Direction générale du travail - Ministère du Travail

National Liaison Office - Directorate General for Labour - Ministry for Labour

39-45, quai André Citroën

FR-75902 Paris Cedex 15

Posting of employees - Ministry for Labour Iftaħ bħala link estern en

il-Ġermanja

Generalzolldirektion Direktion VII - Finanzkontrolle Schwarzarbeit

Directorate VII of the Central Customs Authority - Financial Control of Undeclared Work

Josef-Lammerting-Allee 24-34

DE-50933 Köln

Central Customs Authority Iftaħ bħala link estern en

il-Greċja

Ministry of Labour and Social Affairs, Directorate-General of Employment Relationships, Occupational Health and Safety and Labour Market Integration

Directorate of Individual Contractual Labour Arrangements, Section of Individual Labour Contract (D. Pantazidou, A. Revela)

29 Stadiou Str.

10559 Athens

Greece

ypergasias.gov.gr Iftaħ bħala link estern el

Ministry of Labour and Social Affairs, Directorate-General of Employment Relationships, Occupational Health and Safety and Labour Market Integration

Directorate of Health and Safety at Work, Section of Working Conditions and Strategic Planning (V. Papanastasiou, A. Mandalou)

29 Stadiou Str.

10559 Athens

Greece

ypergasias.gov.gr Iftaħ bħala link estern el

Labour Inspectorate, Independent Authority

Central Division, Directorate of Planning and Coordination of Labour Relations Inspection (A. Mpouzios, D. Souliotis)

10 Agisilaou Str.

10437 Athens

Greece

sepe.gov.gr Iftaħ bħala link estern el

l-Ungerija

Nemzetgazdasági Minisztérium - Munkafelügyelet Foglalkoztatás-felügyelet

Ministry for National Economy - Hungarian Labour Inspectorate

P.O. Box 17.

HU 1358 Budapest

Sit web Iftaħ bħala link estern en

l-Islanda

Velferðarráðuneytið

Ministry of Social Affairs

Skogarhlid 6

IS-150 Reykjavik

Sit web Iftaħ bħala link estern en

l-Irlanda

Workplace Relations

O'Brien Road

Carlow

Ireland

Sit web Iftaħ bħala link estern en

l-Italja

Ministero del Lavoro e delle Politiche Sociali; Direzione Generale dei rapporti di lavoro e delle relazioni industriali

Ministry of Labour and Social Policy

Via Fornovo, 8

IT-00192 Roma

Sit web Iftaħ bħala link estern en

il-Latvja

Valsts darba inspekcija

State Labour Inspectorate

Kr. Valdemara Street 38

LV-1010 Rīga

Sit web Iftaħ bħala link estern en

il-Liechtenstein

Amt für Volkswirtschaft - Abteilung Wirtschaft

Office of National Economy - Department of Economic Affairs

Haus der Wirtschaft

Poststrasse 1

LI-9494 Schaan

Sit web Iftaħ bħala link estern de

il-Litwanja

Valstybinė darbo inspekcija

State Labour Inspectorate

Algirdo Str. 19

LT-03607 Vilnius

Sit web Iftaħ bħala link estern en

il-Lussemburgu

Inspection du travail et des mines

Labour and Mines Inspectorate

3, rue des Primeurs

L-2361 Strassen

Sit web Iftaħ bħala link estern fr

Malta

Department for Industrial and Employment Relations

121, Melita Street

VLT 1121 Valletta

Sit web Iftaħ bħala link estern en

+356 23 97 51 99

Helpline

  • 1575 for Employees
  • 1576 for Employers
il-Pajjiżi l-Baxxi

Ministerie van Sociale Zaken en Werkgelegenheid - Inspectie SZ

Ministry of Social Affairs and Employment - Labour Inspectorate

Parnassusplein 5, NL-2511 VX Den Haag

P.O Box 90801, NL-2509 LV Den Haag

  • postedworkers.nl Iftaħ bħala link estern nlende
  • wholandii.pl Iftaħ bħala link estern pl
  • nlarbeidsinspectie.nl Iftaħ bħala link estern nlen
in-Norveġja

Arbeidstilsynet

Labour Inspection Authority

Postboks 4720 Torgard

NO-7468 Trondheim

www.arbeidstilsynet.no Iftaħ bħala link estern enen

il-Polonja

Państwowa Inspekcja Pracy - Główny Inspektorat Pracy

National Labour Inspectorate - Chief Labour Inspectorate

ul. Barska 28/30

PL-02 315 Warszawa

Sit web Iftaħ bħala link estern en

il-Portugall

Autoridade para as Condições do Trabalho (ACT)

Authority for Working Conditions

Praca de Alvalade n. 1

1749-043 LISBON

  • Sit web Iftaħ bħala link estern pt
  • e-forms Iftaħ bħala link estern pt
ir-Rumanija

Inspecția Muncii

Labour Inspectorate

Strada Matei Voievod, nr. 14

RO-030167, Sector 2

București

is-Slovakkja

Národný inšpektorát práce

National Labour Inspectorate

Masarykova 10

SK-040 01 Kosice

Sit web Iftaħ bħala link estern en

is-Slovenja

Ministrstvo za delo, družino, socialne zadeve in enake možnosti

Ministry of Labour, Family, Social Affairs and Equal Opportunities

Štukljeva cesta 44

SI-1000 Ljubljana

Sit web Iftaħ bħala link estern en

Spanja

Dirección General de Trabajo

General Directorate of Labour

Pío Baroja, 6

ES-28009 Madrid

  • Desplazamiento - Datos de contacto Iftaħ bħala link estern es
  • Desplazamiento Iftaħ bħala link estern es
l-Isvezja

Arbetsmiljöverket

Swedish Work Environment Authority

Box 9082

SE-171 09 Solna

Sit web Iftaħ bħala link estern en

* L-informazzjoni għadha mhix disponibbli.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 29/09/2026
Ikkondividi din il-paġna