L-aħħar verifika: 26/08/2022

Sigrieti kummerċjali

Jekk għandek f'idejk informazzjoni prezzjuża dwar it-teknoloġija jew dwar kwalunkwe aspett ieħor tan-negozju tiegħek, int tista' tipproteġiha bħala sigiriet kummerċjali jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

Liema informazzjoni tista' tiġi koperta b'sigriet kummerċjali?

Sigrieti kummerċjali jistgħu jinkludu ammont vast ta' informazzjoni u għarfien espert li ma jistgħux jiġu protetti b'mod xieraq permezz tal- privattivi bħal:

Informazzjoni protetta minn sigrieti kummerċjali jistgħu jkunu strateġiċi għat- terminu fit-tul, bħal riċetti jew komposti kimiċi, jew għat- terminu fil-qosor, bħal riżultati ta' studju ta' marketing, marka privata, prezz u data ta' tnedija ta' prodott ġdid jew prezz offrut fi proċedura ta' rkant.

Kif taħdem il-protezzjoni tas-sigiriet kummerċjali

Il-fatt li għandek sigriet kummerċjali ma jfissirx li int għandek drittijiet esklużivi (Id-detentur jew id-detenturi tal-IP jista' jeskludi lil xi ħaddieħor li juża l-IP inkwistjoni) fuq l-informazjzoni inkwistjoni. Jekk xi ħadd jiżviluppa l-istess informazzjoni, din il-persuna tista' tużaha b'mod liberu.

Madankollu, int protett minn aġir diżonest: Pereżmpju, jekk xi ħadd jaċċessa d-dokumenti relatati mal-informazzjoni sigrieta mingħajr l-awtorizzazzjoni tiegħek, jikkoppjahom għall-użu personali tiegħu jew jagħtihom lil xi ħaddieħor. Int protett ukoll jekk xi ħadd jikser il-ftehim ta' nuqqas ta' żvelar u jqiegħad għad-dispożizzjoni l-informazzjoni għal ħaddieħor.

F'sitwazzjonijiet ta' aġir diżonest, int intitolat għad- danni u rimedji oħra. Pereżmpju, qorti tista' tipprojbixxi l-użu jew l-iżvelar ulterjuri tas-sigriet kummerċjali mill-persuna li kienet kisbet, użat jew żvelat is-sigriet kummerċjali b'mod illegali.

Għal aktar informazzjoni, ikkonsulta l-paġna dwar is-sigrieti kummerċjali en tal- Helpdesk tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali Ewropea en .

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk Ewropew tal-IPR

Pariri u taħriġ bla ħlas dwar l-immaniġġjar tal-proprjetà intellettwali għal proġetti kofinanzjati mill-UE jew ftehimiet ta’ negozju transnazzjonali.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

Ikkondividi din il-paġna: