L-aħħar verifika: 26/08/2022

Kummerċjalizzazzjoni tal-proprjetà intellettwali

Jekk int sid ta' proprjetà intellettwali (IP), inti tista' tagħti d-drittijiet tal-użu lil persuna legali (Individwu, kumpanija, jew kwalunwe entità li għandha d-drittijiet legali u hu suġġett għall-obbligi.) oħra, magħrufa bħala "liċenzjar tal-IP tiegħek". Tista' wkoll tkun tixtieq tiġġenera dħul billi tbigħha, dan magħruf aħjar bħala "ċessjoni" jew "trasferiment" tal-IP tiegħek.

Qabel ma tinnegozja ftehim ta' liċenzjar jew ċessjoni

F'ċerti każijiet, jista' jkun utli li ċerta informazzjoni tinżamm kunfidenzjali, bħal:

Għal dan il-għan, int għandek tikkonkludi ftehim ta' kunfidenzjalità (Ftehim bil-miktub li jistabbilixxi li r-reċivitur tal-informazzjoni ma jistax jikxifha lil partijiet terzi.)  mad-detentur tal-liċenzja jew maċ-ċessjonarju ta' liċenzja.

Int tista' tiġbor ukoll l-informazzjoni u tivvaluta l-informazzjoni dwar l-IP tiegħek billi tissottomettiha għal investigazzjoni ta' diliġenza dovuta tal-IP; eżami fil-fond tal-aspetti kollha li jikkonċernaw l-IP tiegħek.

Liċenzjar tal-IP tiegħek

Bħala detentur tal-proprjetà intellettwali, int tista' tinnegozja ftehim ta' liċenzjar ma' entità oħra (detentur ta' liċenzja) li jagħtiha l-permess biex tuża l-proprjetà intellettwali tiegħek. Jista' jkollok detentur ta' liċenzja uniku ("liċenzja esklużiva") jew diversi detenturi ta' liċenzja. Jekk qed toffri liċenzji multipli, dawn jistgħu jkunu miftuħa jew limitati fl-ambitu għal industriji partikolari jew żoni ġeografiċi (bħall- franchising).

Bi tpattija, int (il-liċenzjatur) titħallas talli tagħti permess, tipikament permezz tar-"royalties" stabbiliti bħala perċentwal tal-bejgħ. Int tista' wkoll tistabbilixxi l-limiti għall-użu tal-IP (l-ambitu ġeografiku, il-qasam tal-użu, eċċ).

F'dan il-każ, int bħala l-liċenzjatur:

Minkejja li l-ftehimiet ta' liċenzjar għandhom bżonn jitħejjew bl-għajnuna tal- avukati u l- professjonisti tal-IP, hemm xi klawżoli importanti tal-IP li jridu jiġu nnegozjati u inklużi qabel l-iffirmar tal-ftehim.

Kif tistabbilixxi ftehim ta' liċenzjar? 

Biex tistabbilixxi ftehim ta' liċenzjar int għandek ta' mill-anqas:

F'xi pajjiżi tal-UE, int għandek tirreġistra l-ftehim ta' liċenzjar, normalment fl- uffiċċju nazzjonali en tal-IP.

Għal aktar informazzjoni, iċċekkja l-iskeda informattiva dwar il-ftehimiet ta' liċenzjar en tal- Helpdesk Ewropew tal-IPR en .

Iċ-ċessjonijiet: il-bejgħ tal-privattivi, tat-trademarks u IP oħra

Int tista' tittrasferixxi s-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħek (privattiva, trademark, dritt tal-awtur, eċċ) billi tassenja/tittrasferixxi l-IP tiegħek. Iċ-ċessjoni tal-IP, int tittrasferixxi d-drittijiet kollha li inizjalment kienu fil-pussess tiegħek għall-biċċa tal-proprjetà intellettwali kkonċernata.

Meta ċ-ċessjoni tal-IP tiġi ffinalizzata, int ma jkollokx aktar responsabbiltà għal dak l-IP (bħall-ħlas ta' miżati ta' tiġdid), lanqas ma tibbenefika minn xi suċċess kummerċjali possibbli tal-prodott jew tas-servizz ikkonċernat.

Barra minn hekk, sakemm dan ma jkunx espliċitament permess fil-kuntratt ta' ċessjoni, int ma tkunx tista' tuża aktar l-IP ikkonċernat (invenzjoni, trademark, eċċ.), sakemm tibqa' protetta.

Kif tistabbilixxi ċessjoni tal-IP?

Ara wkoll

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk Ewropew tal-IPR

Pariri u taħriġ bla ħlas dwar l-immaniġġjar tal-proprjetà intellettwali għal proġetti kofinanzjati mill-UE jew ftehimiet ta’ negozju transnazzjonali.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

Ikkondividi din il-paġna: