L-aħħar verifika: 18/02/2020

Kif tirrapporta preżenza ta' żjarat qosra (<3 xhur)

Il-Brexit affettwak?

Mistoqsijiet u Tweġibiet –id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit, kif indikati fil-Ftehim dwar il-Ħruġ

Fl-1 ta’ Jannar 2021, se jinbidlu r-regoli għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit jew sejrin hemm. L-istess japplika għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu f’pajjiż tal-UE jew li jiċċaqilqu lejn pajjiż tal-UE.

Għandi residenza permanenti fir-Renju Unit/fl-UE jew ser niksibha matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Fil-prinċipju, int u l-membri tal-familja tiegħek se tkomplu żżommu r-residenza permanenti fil-pajjiż li qed jospitakom. Dan jinkludi membri tal-familja mhux mill-UE. Madankollu, fir-Renju Unit, trid tapplika l-iskema għall-kisba tal-istatus ta' stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE biex tingħata status ta’ residenza ġdid. Fl-UE, iċċekkja mal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti kemm jista’ jkun malajr jekk hux obbligatorju li tapplika għal status ta’ residenza ġdid.

Ngħix fir-Renju Unit/fl-UE iżda m’jienx intitolat għal residenza permanenti

Fil-prinċipju, int u l-membri tal-familja tiegħek se tkomplu żżommu r-residenza attwali tagħkom fil-pajjiż li qed jospitakom. Dan jinkludi membri tal-familja mhux mill-UE. Fir-Renju Unit, madankollu trid tapplika għall-iskema għall-kisba tal-istatus ta' stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE biex tingħata status ta’ residenza ġdid. Fl-UE, iċċekkja mal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti kemm jista’ jkun malajr jekk hux obbligatorju li tapplika għal status ta’ residenza ġdid.

Irrid niċċaqlaq lejn ir-Renju Unit/l-UE.

Int u l-membri tal-familja tiegħek tistgħu tmorru fir-Renju Unit jew f’pajjiż tal-UE skont ir-regoli attwali tal-UE sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dan jinkludi membri tal-familja mhux mill-UE. Għalhekk, fir-Renju Unit trid tapplika għall-iskema għall-kisba tal-istatus ta' stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE. Fl-UE, iċċekkja mal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti tiegħek jekk tridx tirreġistra u jekk hux obbligatorju li tapplika għal status ta’ residenza ġdid.

Nixtieq immur fir-Renju Unit/UE għal żjara qasira

Ir-regoli attwali dwar ir-rappurtar tal-preżenza, ir-reġistrar tar-residenza tiegħek barra, ir-reġistrar tal-familja tiegħek tal-UE, ir-reġistrar tal-familja mhux tal-UE jkomplu japplikaw ta’ mill-anqas sal-31 ta' Diċembru 2020.

Għandi bżonn l-għajnuna

Jekk taħseb li d-drittijiet tiegħek skont il-liġi tal-UE mhumiex qed jiġu rispettati, ikkuntattja s-servizzi tal-assistenza tagħna.

Informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u d-drittijiet taċ-ċittadini

Ċerti pajjiżi tal-UE jitolbu minnek li tirrapporta l-preżenza tiegħek lill-awtoritajiet rilevanti (normalment fl-uffiċċju tal-kunsill jew fl-għassa lokali tal-pulizija) fi żmien raġonevoli wara li tasal u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma tagħmilx dan.

Kulma jeħtieġlek biex tirrapporta l-preżenza tiegħek hi l-karta tal-identità jew il-passaport; Jekk ikun hemm xi membri tal-familja miegħek li mhumiex ċittadini tal-UE, ikollhom bżonn passaport. Ma jeħtieġlek tagħmel ebda ħlas. Jekk qed toqgħod f'lukanda, normalment ikun biżżejjed li timla formola għal tal-apposta - il-lukanda tieħu ħsieb tal-kumplament.

Sib fejn u kif tirrapporta l-preżenza tiegħek fil-pajjiż ospitanti tiegħek:

Agħżel il-pajjiż
  • il-Litwanjaltenlt
  • il-Lussemburguludeenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
  • il-Polonjaplenpl
  • il-Portugallptenpt
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjanoen
  • ir-Renju Unitgben
  • ir-Rumanijaroenro
  • is-Slovakkjaskensk
  • is-Slovenja *si

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Għal aktar informazzjoni, tista' wkoll tikkuntattja lill- awtoritajiet nazzjonali.

F'ċerti pajjiżi tal-UE, meta tonqos li tirrapporta l-preżenza tiegħek tista' teħel multa, iżda ma tistax titkeċċa minħabba f'hekk.

Storja bħala eżempju

Jekk tkun fuq btala, ikollok bżonn tirreġistra jekk tkun se tibqa' għal aktar minn 3 xhur

Hans hu Awstrijak u ta' kull sena jgħaddi l-vaganzi tas-sajf mal-kosta Taljana. Is-sajf li għadda dam l-Italja għal xahrejn fl-appartament tiegħu. Hu rrapporta l-preżenza tiegħu iżda l-awtoritajiet Taljani talbuh jirreġistra wkoll lilu nnifsu f'uffiċċju muniċipali u biex jipporva li kellu biżżejjed mezzi biex ifendi għal rasu fl-Italja.

Iżda Hans għandu dritt li jgħix l-Italja sa 3 xhur mingħajr ma jipprovdi ebda dokument ieħor ħlief il-karta tal-identità tiegħu. Jekk jgħix għal perjodu qasir ta' żmien biss, l-awtoritajiet Taljani jistgħu jitolbuh jirrapporta l-preżenza tiegħu, iżda mhux li jirreġistra.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: