Ir-regoli u s-sikurezza tat-traffiku
Ir-regoli dwar is-sikurezza fit-toroq u t-traffiku jvarjaw fl-UE Skopri x'inhuma r-regoli differenti speċifiċi għall-pajjiżi. Pereżempju:
- Iċ-ċinturin tas-sikurezza jrid jintlibes fil-vetturi kollha inklużi x-xarabanks tat-turisti u l-minibuses fil-pajjiżi kollha tal-UE;
- It-tfal irid ikollhom irbit xieraq fil-karozzi/trakkijiet u, fejn ikun possibbli f'vetturi oħra;
- L-użu tal-mobile mingħajr sett hands-free waqt is-sewqan hu pprojbit fil-pajjiżi kollha tal-UE;
- Il-livel massimu permess ta' alkoħol fid-demm ivarja: xi pajjiżi ma jippermettu ebda ammont ta’ alkoħol fid-demm waqt is-sewqan;
- Japplikaw limiti ta' veloċità differenti għal tipi differenti ta' toroq u vetturi;
- Tagħmir differenti ta' sikurezza huwa meħtieġ kemm għall-karozzi kif ukoll għaċ-ċiklisti;
- F'xi pajjiżi, l-użu ta' dwal ta' matul il-ġurnata u/jew it-tyres tax-xitwa huma obbligatorji;
- Ftakar li trid issuq fuq ix-xellug meta tkun f'Ċipru, l-Irlanda u Malta.
L-UE ħadet miżuri biex ittejjeb is-sikurezza fit-toroq inkluż it-trażżin ta’ reati tat-traffiku mwettqa f’pajjiż ieħor tal-UE. Dan ifisser li jekk tikser regola tas-sewqan meta tkun f’pajjiż ieħor, tista’ tirċievi l-multa bil-posta f’darek!
Iddawnlowdja l-app "Going Abroad" u sib informazzjoni importanti dwar is-sikurezza fit-toroq għall-pajjiżi kollha tal-UE, tkun fejn tkun.
Kun ċert li jkollok kopertura tal-assigurazzjoni adegwata u valida li testendi għall-ivvjaġġar f'pajjiżi oħra tal-UE.
Ara ukoll: