Drittijiet ta’ residenza
Bħala ċittadin tal-UE, għandek dritt tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE kemm jekk int ħaddiem, student, pensjonant, jew persuna li qed tfittex ix-xogħol. Skopri hawn taħt xi proċeduri amministrattivi għandek issegwi.
Agħżel sitwazzjoni
Bħala ċittadin tal-UE, għandek id-dritt li tiċċaqlaq lejn kwalunkwe pajjiż tal-UE biex tgħix, taħdem, tistudja, tfittex xogħol jew tirtira.
Tista’ toqgħod f’pajjiż ieħor tal-UE sa 3 xhur mingħajr ma tirreġistra bħala resident, iżda f’xi pajjiżi tal-UE jkollok tirrapporta l-preżenza tiegħek fil-pajjiż. Jekk tixtieq toqgħod għal aktar minn 3 xhur, hemm imnejn ikollok tirreġistra r-residenza tiegħek.
Irid ikollok karta tal-identità nazzjonali jew passaport validu. F’ħafna pajjiżi tal-UE, trid iżżomm dejjem fuqek dokument tal-identità tiegħek. F’dawn il-pajjiżi, tista’ tiġi mmultat jew detenut temporanjament jekk tħalli d-dokumenti tal-identità tiegħek id-dar! Madankollu, ma tistax tiġi mġiegħel tirritorna lejn pajjiżek għal din ir-raġuni biss.
Iċċekkja jekk għandikx bżonn iġġorr ID jew passaport miegħek il-ħin kollu fil-pajjiż li qed jospitak:
Agħżel il-pajjiż
Residenza permanenti
Jekk inti għext legalment f’pajjiż ieħor tal-UE, għal żmien kontinwu ta’ 5 snin, inti awtomatikament tikseb fih id-dritt ta’ residenza permanenti. Iċċekkja hawn taħt, drittijietek skont is-sitwazzjoni tiegħek.
Nixtieq
Jekk int m’intix ċittadin tal-UE u tixtieq tmur fl-UE biex taħdem jew tistudja, tista’ ssib l-informazzjoni prattika kollha fuq il-portal tal-UE dwar l-immigrazzjoni en.
Naturalizzazzjoni
Jekk għandek mistoqsijiet dwar li ssir ċittadin naturalizzat (il-proċess tal-kisba taċ-ċittadinanza fil-pajjiż ospitanti tiegħek), tista’ ssib aktar informazzjoni fil-paġna tan-naturalizzazzjoni tagħna.