Passaporti skaduti jew mitlufa

Skont ir-regoli tal-UE, il-vjaġġaturi kollha (inklużi t-trabi) jeħtieġu karta tal-IDjew passaport valida/validu biex jivvjaġġaw.

Iżda, jekk:

  • tlift il-passaport jew insteraqlek
  • indunajt li l-passaport skadielek

il-pajjiżi tal-UE għandhom sistema stabbilita li ssolvi każijiet bħal dawn.

Madankollu, kull pajjiż tal-UE jiddeċiedi jekk u/jew meta jippermettix liċ-ċittadini tal-UE jidħlu jew joħorġu mit-territorju tagħhom mingħajr dokument tal-ivvjaġġar validu.

Iċċekkja r-regoli eżatti għall-pajjiżi li qed tivvjaġġa lejhom u minnhom.

Peress li ma hemm ebda regola tal-UE dwar l-ivvjaġġar mingħajr dokument validu tal-ivvjaġġar, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri jvarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor (u jistgħu jidbiddlu bla ma javżaw). Jekk inti diġà bdejt il-vjaġġ tiegħek u:

  • tinsab fl-UE, l-ewwel post li jeħtieġlek tmur fih għandu jkun il-konsulat jew l-ambaxxata ta' pajjiżek.
  • tinsab f'pajjiż barra mill-UE, fejn pajjiżek ma għandux konsulat jew ambaxxata, għandek id-dritt li titlob protezzjoni konsulari minn kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE.

Ftakar li, anke meta xi pajjiżi jippermettulek titlaq mit-territorju tagħhom jew tidħol fih mingħajr dokument validu tal-ivvjaġġar, xorta għandek mnejn tkun trid turih f'pajjiżi li se tgħaddi minnhom.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 12/01/2024
Ikkondividi din il-paġna