Twettiq ta' negozju
L-aħħar verifika : 03/09/2018

Organizzar ta' trattament mediku ppjanat f'pajjiż barrani

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Għalissa, ir-Renju Unit għadu membru sħiħ tal-UE u d-drittijiet u l-obbligi għadhom japplikaw bis-sħiħ fir-Renju Unit:

Għandek id-dritt li torganizza t-trattament mediku, bħal konsultazzjoni ma' speċjalist, kirurġija jew trattament għal kundizzjoni speċifika, f' pajjiż tal-UE ieħor bl-istess termini u l-istess spejjeż bħan-nies li jgħixu f'dak il-pajjiż.

Madankollu, uħud mill-pajjiżi jistgħu jillimitaw l-aċċess għal ċerti tipi ta' kura tas-saħħa f'pajjiż barrani (p.e. trattament fi sptar jew trattament speċjalizzat u għali ħafna). Normalment se jkun jeħtieġlek ukoll awtorizzazzjoni minn qabel mill-assiguratur tas-saħħa tiegħek qabel ma torganizza t-trattament mediku tiegħek f'pajjiż barrani.

Skont it-tip ta' trattament li teħtieġ u r-regoli f'pajjiżek, għandu mnejn tiġi kopert parzjalment jew totalment għall-ispejjeż tiegħek. Aqra aktar dwar spejjeż u rimborżi għat-trattament mediku ppjanat tiegħek.

Kif torganizza t-trattament tiegħek f'pajjiż barrani

1. Iċċekkja l-kopertura tas-saħħa tiegħek

Qabel ma tmur f'pajjiż barrani għal trattament mediku, jeħtieġlek li:

2. Sib post fejn tingħata t-trattament

Se jkun jeħtieġlek issib provveditur tal-kura tas-saħħa (sptar, stabbiliment mediku, eċċ) li joffri t-trattament li teħtieġ f' pajjiż tal-UE ieħor. Biex tagħmel dan, tista':

Kun af li s-sistemi tal-kura tas-saħħa f'pajjiżi tal-UE oħrajn jistgħu ma jiffunzjonawx bl-istess mod bħall-kura tas-saħħa f'pajjiżek.

Storja bħala eżempju

Iċċekkja mal-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali u mal-assiguratur tas-saħħa tiegħek qabel ma torganizza t-trattament tiegħek

Aurélie tgħix fi Franza. Jeħtiġilha intervent kirurġiku u sabet klinika speċjalizzata fil-Lussemburgu, fejn jgħixu l-ġenituri tagħha. Hi sabet speċjalist konvenjenti fi sptar pubbliku ħdejn id-dar tal-ġenituri tagħha, iżda mhix ċerta kif se taqbad torganizza t-trattament tagħha hemmhekk.

Aurélie sejħet lill-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali fi Franza u lill-istituzzjoni lokali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tagħha. Tawha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tapplika għal awtorizzazzjoni minn qabel u Aurélie imliet il-formola meħtieġa. Jekk tirċievi l-awtorizzazzjoni, tkun tista' tirranġa direttament it-trattament tagħha fl-isptar fil-Lussemburgu.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: