L-aħħar verifika: 26/08/2022

Privattivi

Drittijietek

Ir-reġistrazzjoni ta' privattiva tagħtik drittijiet esklussivi (F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE) fuq l-invenzjoni tiegħek għal perjodu limitat, normalment għal 20 sena. Ħadd iktar ma jista' jagħmel, juża, joffri għall-bejgħ, ibigħ jew jimporta prodott jew proċess ibbażat fuq l-invenzjoni bi privattiva tiegħek. Tista' tagħti permess temporanju lil xi ħadd ieħor biex juża l-invenzjoni permezz ta' ftehim ta' liċenzja ta' privattiva jew tbigħ il-privattiva lil ħaddieħor. Ma tistax iġġedded privattiva meta tiskadi.

X'tipproteġi privattiva

Uża privattiva biex tipproteġi l- invenzjonijiet tekniċi tiegħek: prodotti jew servizzi ġodda li jinvolvu pass inventiv u għandhom applikazzjoni industrijali.

Jekk tixtieq tkun taf jekk xi ħaġa simili għall-invenzjoni tiegħek diġà ġietx protetta bi privattiva, aqra l- FAQ dwar it-tfittxija tal-privattivi de en fr tal- Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi de en fr u kkonsulta l- bażi ta' data ta' Espacenet de en fr .

Kif tirreġistra privattiva

Agħżel il-pajjiż

Ara wkoll

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk Ewropew tal-IPR

Pariri u taħriġ bla ħlas dwar l-immaniġġjar tal-proprjetà intellettwali għal proġetti kofinanzjati mill-UE jew ftehimiet ta’ negozju transnazzjonali.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

Ikkondividi din il-paġna: