L-aħħar verifika: 02/11/2022

Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

Skont il-liġi tal-UE, ikel ippakkjat minn qabel li jinbiegħ fl-UE għandu jkollu tikketta li tinforma lill-konsumaturi dwar il-kontenut tal-enerġija u n-nutrijenti tiegħu. Din tissejjaħ "dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni" u trid tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi din l-informazzjoni:

Fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju n-nutrijenti li ġejjin:

L-ikel li MA JKUNX jeħtieġ dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni hu elenkat fl-anness 5 tar-regolament.Iftaħ bħala link estern

Kif jiġu kkalkulati l-valuri tal-enerġija u l-ammonti ta' nutrijenti

Il-valuri fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni huma medji, ibbażati jew fuq l-analiżi tal-ikel mill-manifattur jew fuq kalkolu li juża wieħed minn dawn li ġejjin:

Il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti fuq il-pakkett iridu jirriflettu l-valur u l-ammonti tal-ikel kif jinbiegħ. Jekk il-prodott jeħtieġ preparazzjoni qabel ma jiġi kkunsmat, tista' tipprovdi l-informazzjoni li tirrifletti l-valuri tan-nutrizzjoni tal-ikel bħala lest biex jittiekel.

Il-valur enerġetiku jrid ikun:

L-ammonti tan-nutrijenti jridu jiġu indikati għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

F'xi każijiet, il-valuri tal-enerġija u l-ammonti ta' nutrijenti jistgħu jiġu espressi wkoll għal kull porzjon u/jew għal kull unità ta' konsum. Ara l- artikolu 33 tar-regolamentIftaħ bħala link estern .

Vitamini u minerali awtorizzati

L-ammonti tagħhom iridu jiġu espressi:

Il-vitamini u l-minerali awtorizzati fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni huma elenkati fl-anness 13 parti A.1 tar-regolament tal-UE.Iftaħ bħala link estern

Kif turi d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

Jekk jippermetti l-ispazju, għandek turi d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni f'forma ta' tabella. Jekk il-pakkett ikun żgħir wisq, uri d-dikjarazzjoni f'format lineari. L-informazzjoni kollha trid tkun tidher faċilment, tinqara b'mod ċar u tinkiteb b'ittri twal mill-anqas 1.2 mm.

Unitajiet ta' kejl u l-ordni tagħhom fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

enerġija

kJ/kcal

xaħam

g

li minnu

— saturati

g

— monoinsaturati

g

— poliinsaturat

g

karboidrati

g

li minnhom

— zokkor

g

— polioli

g

— lamtu

g

fibra alimentari

g

proteina

g

melħ

g

vitamini u minerali

ara l-anness 13, parti A.1Iftaħ bħala link estern

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

Ikkondividi din il-paġna: