Ir-reġistrazzjoni fl-EMAS

Billi timmonitorja u sistematikament ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tan-negozju tiegħek, tista' tgħin tnaqqas il-konsum tal-enerġija tiegħek, tiżgura li r-riżorsi li tuża jirrispettaw l-ambjent, u ttejjeb ir-reputazzjoni tiegħek. Bħala kumpanija, tista' titlob ir-reġistrazzjoni taħt l- Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali en (EMAS) tal-UE.

Il-benefiċċji tar-reġistrazzjoni fl-EMAS għall-kumpanija tiegħek

EMAS tista' tgħin lill-kumpanija tiegħek:

  • tnaqqas l-ispejjeż marbuta mal- ġestjoni tar-riżorsi u l- iskart
  • tnaqqas ir-riskji ambjentali u l-periklu ta' multi marbuta mal-leġiżlazzjoni ambjentali
  • tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji
  • tibbenefika minn serħan regolatorju ambjentali (pereżempju, rappurtaġġ tar-rekwiżiti u spezzjonijiet)
  • ittejjeb ir-relazzjonijiet mal- partijiet ikkonċernati interni u esterni
  • ittejjeb kontinwament il- prestazzjoni ambjentali tiegħek
  • tikseb vantaġġ kompetittiv billi ttejjeb il-kredibbiltà, it-trasparenza u r-reputazzjoni tiegħek fost il-klijenti tiegħek

Il-proċess ta' reġistrazzjoni fl-EMAS hu trasparenti u s-sistema ta' ġestjoni ambjentali hi verifikata minn parti terza indipendenti, li tiggarantixxi l-kredibbiltà tal-iskema. L-organizzazzjonijiet irreġistrati biss jistgħu jużaw il-logo tal-EMAS.

Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni fl-EMAS

Biex tikseb ir-reġistrazzjoni fl-EMAS, trid tieħu diversi passi en , bħal:

  • tagħmel reviżjoni ekoloġika
  • tadotta politika u programm ambjentali fejn tinvolvi l-impjegati u l-partijiet ikkonċernati
  • tistabbilixxi u timplimenta sistema ta' ġestjoni ambjentali
  • tħejji stqarrija ambjentali
  • tara li s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tiġi verifikata u l-istqarrija ambjentali tiġi vvalidata minn verifikatur ambjentali

Għal appoġġ tekniku u informazzjoni dwar kif timplimenta l-EMAS, tista' tikkuntattja l-awtorità kompetenti f'pajjiżek:

L-EMAS għall-SMEs

Jekk inti SME, tista' tibbenefika minn diversi vantaġġi meta tirreġistra fl-EMAS:

  • Tista' twettaq il- verifika sħiħa tal-EMAS kull erba' snin, minflok kull tliet snin
  • Il-perjodu taż-żmien għall- awditu intern jista' jiġi estiż minn sena għal sentejn
  • Tista' tippubblika l- istqarrija ambjentali kull sentejn minflok kull sena, sakemm tibgħat l-istqarrija ambjentali mhux validata u aġġornata lill-Korp Kompetenti kull sena
  • Il-verifikaturi ambjentali jqisu l- karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs meta jevalwaw is-sistema u r-rapport ta' ġestjoni ambjentali tagħhom
  • It- tariffi huma ddisinjati biex ikunu proporzjonati għad-daqs tal-organizzazzjoni

Xi reġjuni u pajjiżi tal-UE joffru appoġġ finanzjarju en għall-applikazzjoni tal-EMAS tiegħek. Biex tara jekk dan japplikax għal pajjiżek, tista' tikkuntattja l- awtorità kompetenti en .

Uża l-għodod u l-appoġġ disponibbli

Jekk qed tippjana li tapplika għar-reġistrazzjoni fl-EMAS, tista' tuża l- EMAS Easy, li hi għodda komprensiva għall-implimentazzjoni tal-EMAS. L-EMAS Easy tgħin lill-kumpanija tiegħek biex timplimenta l-EMAS b'mod li jqis id-daqs, il-kapaċità finanzjarja u l-kultura organizzazzjonali ta' negozji żgħar. Ikkonsulta l- gwida tal-EMAS Easy u segwi l-passi għar-reġistrazzjoni fl-EMAS.

Għal aktar appoġġ għall-SMEs, iċċekkja r- rokna tal-EMAS għall-SMEs en .

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk tal-EMAS

Ikseb għajnuna mingħand il-Helpdesk tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS)

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 14/03/2024
Ikkondividi din il-paġna