X'inhi professjoni regolata

Bħala regola ġenerali, professjoni hija regolata jekk irid ikollok lawrja speċifika biex ikollok aċċess għall-professjoni, tagħmel eżamijiet speċjali bħall-eżamijiet tal-istat u/jew tirreġistra ma' korp professjonali qabel ma tkun tista' tipprattikaha.

Jekk il-professjoni tiegħek hija regolata fil-pajjiż tal-UE fejn tixtieq tipprattika, għandu mnejn ikollok tapplika biex il-kwalifika professjonali tiegħek tiġi rikonoxxuta hemmhekk.

Twissija

Il-professjonijiet regolati jvarjaw madwar l-UE. Iċċekkja l-bażi tad-data tal-professjonijiet regolati en biex issir taf jekk il-professjoni tiegħek hix regolata fil-pajjiż tal-UE li se tmur tgħix fih.

Kif tuża l-bażi tad-data tal-professjonijiet regolati

  • agħżel il-pajjiż tal-UE fejn ingħatajt il-kwalifika tiegħek u l-pajjiż fejn tixtieq taħdem
  • fittex il-professjoni tiegħek fil-lingwa nattiva tiegħek

Jekk il-professjoni li trid teżerċita ma tidhirx, jista' jfisser li mhix regolata fil-pajjiż fejn sejjer tgħix.

Jekk ma ssib ebda informazzjoni dwar il-professjoni tiegħek fil-bażi tad-data, tista' tistaqsi l-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kwalifiki professjonali bg fil-pajjiż fejn tixtieq tmur taħdem. Dawn jistgħu jgħinuk tifhem ir-regoli li japplikaw għall-każ tiegħek.

Japplikaw regoli speċifiċi tal-UE għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali ta' ċerti setturi bħal avukati, kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, piloti, eċċ en .

Iċċekkja jekk tridx tapplika għal rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u liema tip ta' applikazzjoni għandek bżonn tissottometti.

Inti ksibt il-kwalifika professjonali tiegħek minn pajjiż tal-UE?

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Jekk ksibt il-kwalifika tiegħek minn pajjiż mhux tal-UE u trid taħdem f'pajjiż tal-UE, trid tikseb ir-rikonoxximent fil-pajjiż tal-UE fejn trid taħdem. F'dan il-każ, l-applikazzjoni tiegħek għal rikonoxximent professjonali hi suġġetta għar-regoli nazzjonali.

Jekk trid iġġorr f'pajjiż ieħor tal-UE u diġà ħdimt għal tal-anqas 3 snin fil-pajjiż tal-UE li rrikonoxxa l-kwalifiki professjonali tiegħek l-ewwel, tista' tapplika għal rikonoxximent professjonali f'pajjiż ieħor tal-UE skont ir- regoli li japplikaw għall-professjonisti li rċevew il-kwalifika tagħhom minn pajjiż tal-UE.

Biex tipprova li int għandek l-esperjenza neċessarja biex teżerċita l-professjoni tiegħek, għandu mnejn ikollok bżonn ċertifikat maħruġ mill-pajjiż tal-UE li rrikonoxxa l-kwalifiki tiegħek l-ewwel. Dan japplika kemm għaċ- ċittadini tal-UE kif ukoll għaċ- ċittadini mhux tal-UE.

Bħala tabib, infermier tal-kura ġenerali, qabla, dentist, spiżjar, perit u kirurgu veterinarju, inti tgawdi minn rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifika professjonali tiegħek. Inti jkollok tissottometti prova tal-kwalifika tiegħek u tistenna permess mill-awtoritajiet qabel ma tkun tista' tibda taħdem.

Twissija

Jekk it-taħriġ tiegħek ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi għal-lawrja tiegħek fil-pajjiż ospitanti, għandu mnejn ma tibbenefikax mir-rikonoxximent awtomatiku u jkollok tapplika għal rikonoxximent professjonali skont il-proċedura għal professjonijiet regolati oħrajn.

Minbarra ċ-ċertifikati professjonali tiegħek, għandu mnejn ikun jeħtieġlek tissottometti dokumenti ta' prova oħrajn lill-awtoritajiet kompetenti skont il-professjoni tiegħek u l-pajjiż li sejjer fih.

Ladarba l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirċievu d-dokumenti tiegħek, huma:

  • għandhom xahar biex jikkonfermaw li rċevew l-applikazzjoni tiegħek
  • jistgħu jitolbuk dokumenti addizzjonali
  • għandhom jieħdu deċiżjoni fi żmien 3 xhur minn meta jirċievu d-dokumenti ta' ċertifikazzjoni tiegħek.

Jekk inti infermier responsabbli għall-kura ġenerali jew spiżjar, tista' tuża l- Karta Professjonali Ewropea (EPC) – proċedura elettronika aktar rapida u aktar faċli - biex tissottometti d-dokumenti tiegħek, tintraċċa l-applikazzjonijiet online tiegħek u terġa' tuża dokumenti li tkun applowdjajt qabel.

Twissija

L-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid tiegħek ma jistgħux jitolbu traduzzjonijiet ġuramentati tal-kwalifiki tiegħek.

Storja bħala eżempju

L-għarfien ta' drittijietek jgħinek tevita l-burokrazija żejda

Katarina hija spiżjara Slovakka li trid tmur taħdem l-Awstrija. L-awtoritajiet Awstrijaċi talbuha tipprovdi traduzzjonijiet ġuramentati (provduti minn traduttur Awstrijakk) tad-dokumenti ta' prova kollha tagħha.

Izda Katarina mhijiex meħtieġa li tipprovdi traduzzjonijiet ġuramentati tad-diplomi tagħha. Għal ħafna kategoriji ta' diplomi - tobba, infermiera ta' kura ġenerali, qabla, kirurgi veterinarji, dentisti, spiżjara, u periti - mhumiex meħtieġa traduzzjonijiet ġuramentati.

Tista' tintalab tagħmel test tal-lingwa jew issir membru tal- assoċjazzjoni professjonali fil-pajjiż ospitanti tiegħek qabel ma tkun tista' tipprattika l-professjoni tiegħek.

Ma għandekx għalfejn titlob permess jew tibda xi proċedura amministrattiva. Tista' tipprattika l-professjoni tiegħek fil-pajjiż tal-UE l-ġdid tiegħek bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Twissija

Għalkemm il-professjoni tista' ma tkunx regolata fil-pajjiż il-ġdid, tista' tkun ikkunsidrata parti minn professjoni regolata oħra.

Dejjem iċċekkja mal-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek jekk il-professjoni tiegħek hix regolata jew le. Il- punti nazzjonali ta' kuntatt għall-kwalifiki professjonali bg jgħinuk tidentifika l-awtorità li tista' tagħtik din l-informazzjoni.

Storja bħala eżempju

Piotr, infermier tal-ambulanza mir-Repubblika Ċeka se jmur jgħix il-Ġermanja u jrid ikompli jipprattika l-professjoni tiegħu hemmhekk. Meta ċċekkja fil-bażi tad-data professjonali, Piotr ma sabx il-professjoni tiegħu elenkata u ħaseb li mhix regolata fil-Ġermanja. Madankollu, meta kkuntattja lill-awtoritajiet Ġermaniżi responsabbli għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, ġie infurmat li l-kwalifiki meħtieġa għal infermier tal-ambulanza fil-Ġermanja jagħmllu parti mill-professjoni paramedika. Peress li Piotr ma għandux il-kwalifika meħtieġa f'dan il-qasam, huwa jeħtieġlu jagħmlu traineeship qabel ma jkun jista' jibda jaħdem.

Għandek bżonn tapplika għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek qabel ma tkun tista' tipprattika.

Iċċekkja liema dokumenti għandek bżonn tissottometti meta tapplika għar-rikonoxximent tal-kwalifika professjonali tiegħek.

Jekk inti fiżjoterapist, gwida tal-muntanji jew aġent tal-proprjetà immobbli, tista' tuża l- Karta Professjonali Ewropea – proċedura elettronika aktar rapida u aktar faċli - biex tissottometti d-dokumenti tiegħek, tintraċċa l-applikazzjonijiet online tiegħek u terġa' tuża dokumenti li tkun applowdjajt qabel.

Tista' tintalab tagħmel test tal-lingwa jew issir membru ta' assoċjazzjoni professjonali fil-pajjiż ospitanti tiegħek qabel ma tkun tista' tipprattika.

Dejjem iċċekkja mal-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek jekk il-professjoni tiegħek hix regolata jew le. Il- punti nazzjonali ta' kuntatt għall-kwalifiki professjonali bg jgħinuk tidentifika l-awtorità li tista' tagħtik din l-informazzjoni.

Storja bħala eżempju

Dirk huwa żgħażagħ Olandiż li jaħdem bħala aġent tal-proprjetà immobbli li reċentement mar jgħix l-Awstrija. Peress li l-professjoni tiegħu mhix regolata fin-Netherlands, huwa ħaseb li jista' jiftaħ in-negozju tiegħu bħala aġent indipendenti tal-proprjetà immobbli fl-Awstrija mingħajr bżonn ta' proċeduri amministrattivi. Meta mar jirreġistra bħala persuna li taħdem għal rasha, madankollu, ġie mgħarraf li kellu jikseb rikonoxximent tal-kwalifiki biex ikun jista' jipprattika bħala aġent tal-proprjetà immobbli fl-Awstrija. Dan tefa' lura konsiderevolament il-pjanijiet tiegħu.

M'hemmx bżonn tapplika għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali ħlief għal professjonijiet b'implikazzjonijiet fuq is-saħħa u s-sikurezza. Madankollu, għandu mnejn ikollox tissottometti dikjarazzjoni bil-miktub minn qabel (stampata jew elettronika) fil-pajjiż fejn sejjer qabel ma tkun tista' tipprattika l-professjoni tiegħek.

Biex tikseb ir-rikonoxximent tal-kwalifiki fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, se jkollok bżonn tipprova li inti eżerċitajt il-professjoni tiegħek f'pajjiżek għal tal-anqas sena matul l-aħħar għaxar snin.

Twissija

Jekk il-professjoni regolata tiegħek hija relatata mas- saħħa u s-sikurezza u ma tgawdix mir- rikonoxximent awtomatiku, l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ospitanti tiegħek jistgħu jiċċekkjaw il-kwalifiki professjonali qabel ma tibda taħdem. F'dan il-każ, ikollok tistenna awtorizzazzjoni formali qabel ma tkun tista' tipprattika l-professjoni tiegħek.

Għandu mnejn ikollok bżonn iġġedded id-dikjarazzjoni tiegħek darba fis-sena jekk biħsiebek tkompli tipprovdi servizzi temporanji fl-istess pajjiż ospitanti.

Biex issir taf jekk dan hux meħtieġ iċċekkja mal- punt ta' kuntatt bg għall-kwalifiki professjonali fil-pajjiż ospitanti tiegħek.

Iċċekkja x'għandek bżonn aktar qabel ma tissottometti d-dikjarazzjoni bil-miktub tiegħek.

Tista' tintalab tagħmel test tal-lingwa jew issir membru ta' assoċjazzjoni professjonali fil-pajjiż ospitanti tiegħek qabel ma tkun tista' tipprattika.

Storja bħala eżempju

Risto huwa perit Finlandiż li qed jippjana li jmur jgħix l-Italja. Qabel jitlaq, qed jiċċekkja fil-bażi tad-data tal-professjonijiet regolati x'formalitajiet huma meħtieġa biex jibda jaħdem hemmhekk u l-punt ta' kuntatt għall-professjoni tiegħu. Wara li kellimhom, kien lest biex imur jgħix l-Italja.

Nacionalinę informaciją rasite toliau.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 15/12/2023
Ikkondividi din il-paġna