Il-persunal tal-avjazzjoni ċivili

Ħinijiet tax-xogħol, liv bi ħlas u mistrieħ

Jekk tħaddem persunal fis-settur tal-avjazzjoni ċivili, għandek tillimita l-ħin tax-xogħol annwali massimu għal 2000 siegħa, b'massimu ta' 900 siegħa ta' ħin totali ta' titjir.

Għandek tiggarantixxi li l-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili jingħata tal-anqas 4 ġimgħat ta' liv annwali bi ħlas. Ma tistax tissostitwixxih b'allowance, ħlief meta l-impjieg jiġi tterminat.

Għandek tagħti lill-persunal tiegħek li jaħdmu f'kull tip ta' servizz minimu ta':

  • 7 ijiem liberi minn kull xogħol kull xahar kalendarju (li jistgħu jinkludu kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ meħtieġ bil-liġi)
  • 96 jum liberu minn kull xogħol kull sena kalendarja (li jistgħu jinkludu kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ meħtieġ bil-liġi)

Saħħa u sikurezza

Qabel jibda jaħdem il-persunal għandu jagħmel eżami tas-saħħa bla ħlas, li jirrispetta l-kunfidenzjalità medika, u li jiġi ripetut f'intervalli regolari. Jekk impjegat ibati minn problemi tas-saħħa marbuta max-xogħol ta' billejl, għandu jiġu ttrasferit, kull meta jkun possibbli, għal xogħol ta' binhar.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 15/03/2024
Ikkondividi din il-paġna