Is-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-UE
Jeżistu differenzi kbar fil-mod kif pajjiżi differenti tal-UE organizzaw il-benefiċċji, il-kura tas-saħħa u servizzi oħrajn tas-sigurtà soċjali.
Kull pajjiż tal-UE għandu l-liġijiet tiegħu li jiddeterminaw:
- x'benefiċċji int intitolat għalihom, kemm se tirċievi u għal kemm żmien
- kemm jeħtieġlek taħdem fih qabel ma tikkwalifika għall-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli biex tikkalkula l-benefiċċji u t-tul ta' żmien tal-benefiċċji
Twissija
Ir-regoli tal-UE biss jiddeterminaw liema mis-sigurtà soċjali tal-pajjiż tkoprik meta żewġ pajjiżi jew aktar huma involuti.
Bħala regola, int kopert mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed biss f'perjodu partikulari u tħallas il-kontribuzzjonijiet biss f'dak il-pajjiż; għandek tkun trattat bl-istess mod bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
Twissija
Is-sistemi tal-benefiċċji fil-pajjiż ospitanti jistgħu jkunu ferm differenti minn dak li int imdorri bihom f'pajjiżek. Ideat żbaljati jista' jkollhom konsegwenzi serji - għalhekk aċċerta ruħhek dwar liema benefiċċji int intitolat għalihom fil-pajjiż ospitanti.
Storja bħala eżempju
Kull pajjiż għandu r-regoli tiegħu għall-għoti ta' benefiċċji
Line mid-Danimarka kienet qed tgħix u taħdem f'Ċipru meta tilfet xogħolha u applikat għall-benefiċċju tal-qgħad fih.
Kienet diżappuntata meta skopriet li kienet se titħallas biss għal 156 ġurnata. Fid-Danimarka, il-benefiċċju kien jitla' sa 4 snin. Qatt ma bassret li d-differenza se tkun daqshekk kbira.
Formoli utli
Biex tkun tista' tgħaddi minn sistema ta' benefiċċji ta' pajjiż għal oħra, għandu mnejn ikun jeħtieġlek li tippreżenta formoli li jiċċertifikaw is-sitwazzjoni tal-benefiċċji tiegħek meta tasal.
Skopri dwar il-formoli standard tas-sigurtà soċjali.
Nacionalinę informaciją rasite toliau.