L-aħħar verifika: 31/05/2022
Il-ħaddiema stazzjonati
Bħala impjegatur, int trid tirrispetta r-regoli għall-persunal stazzjonat li jaħdem f'pajjiż ieħor tal-UE għal perjodu limitat. Matul il-perjodu ta' stazzjonar, lill-impjegati tiegħek int trid tiggarantilhom l-istess kundizzjonijiet u termini tal-impjieg bħal dawk fis-seħħ fil-pajjiż tal-UE fejn se jaħdem il-persunal tiegħek.