Il-ħlas tad-dazji tas-sisa

Id-dazji tas-sisa huma taxxi indiretti applikati fuq il-bejgħ jew l-użu ta' oġġetti bħall- alkoħol, it- tabakk u l- prodotti tal-enerġija.

Ir-regoli tal-UE jispjegaw liema prodotti huma soġġetti għad-dazji tas-sisa u kif għandhom jiġu applikati d-dazji fuqhom.

Il-liġi tal-UE tistipula wkoll ir-rati minimi tad-dazji tas-sisa li għandhom jiġu applikati, għalkemm kull pajjiż tal-UE jista' jagħżel li jistabbilixxi rati tat-taxxa ogħla. It-taxxa pagabbli hija normalment ibbażata fuq kwantità bħal kilogramm, ettolitru (hl) jew grad ta' alkoħol.

Meta għandek tħallas id-dazji tas-sisa?

Hemm differenza importanti bejn il-punt meta prodott isir soġġett għad-dazju tas-sisa u l-punt meta dan id-dazju għandu jitħallas. Ħafna mill-oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa jsiru soġġetti għad-dazju tas-sisa malli jkunu prodotti, jew impurtati fl-UE. Dan id-dazju jista' effettivament ikun sospiż, jiġifieri ma jkollux għalfejn jitħallas sal-punt li l-prodott jiġi rilaxxat għall-konsum.

Jekk prodotti tas-sisa jinqerdu jew jintilfu minħabba ċirkostanzi mhux mistennija jew diżastri naturali qabel ma jkunu rilaxxati għall-konsum, ma jrid jitħallas ebda dazju tas-sisa.

Min għandu jħallas id-dazji tas-sisa?

Dan jiddependi fuq lil min qed tbigħ. Id-dazji tas-sisa jistgħu jitħallsu minn:

  • il-persuna jew in-negozju awtorizzat li jieħu ħsieb il-maħżen tal-post fejn il-prodotti tas-sisa jiġu prodotti, proċessati, maħżuna, mibgħuta jew riċevuti;
  • min jibgħat, jirċievi, jittrasporta jew parti terza li tipprovdi garanzija ta' moviment - li tkun ikkawżat li l-oġġetti jħallu l- arranġament ta' sospensjoni tad-dazju
  • il-persuna li timporta l-oġġetti, jekk jiġu impurtati mingħajr ma jitpoġġew taħt l- arranġament ta' sospensjoni tad-dazju.

Storja bħala eżempju

Il-produttur mhux dejjem huwa responsabbli għall-pagament tad-dazju tas-sisa

Il-kumpanija ta' Emily tbigħ l-inbid fl-Irlanda, li jintbagħat minn Franza. Il-kumpanija Franċiża tipproduċi l-inbid u żżommu f'maħżen awtorizzat sakemm tibagħtu bil-baħar lejn l-Irlanda taħt dik li hi magħrufa bħala s-sospensjoni tad-dazju. Dan ifisser li l-kumpanija Franċiża ma għandhiex bżonn tħallas id-dazju tas-sisa f'pajjiżha. Meta l-kumpanija ta' Emily tirċievi l-konsenja, l-inbid jiġi rilaxxat għall-konsum, u għalhekk is-sospensjoni tad-dazju titneħħa. Il-kumpanija ta' Emily imbagħad trid tħallas id-dazju tas-sisa skont ir-rata fl-Irlanda.

Iċċekkja n-numru tas-sisa ta' sieħeb fin-negozju

Numru tas-sisa jinħareġ mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż fejn hu stabbilit in-negozju u jidentifika l-kummerċjanti rreġistrati, min hu awtorizzat iżomm il-maħżen u l-imħażen tat-taxxa.

Jekk tixtieq tkun taf jekk numru amministrattiv tas-sisa hux validu jew le, tista' tuża s-sistema dwar l-awtorizzazzjoni tas-sisa SEED bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv .

Jekk is-sieħeb tiegħek ikollu numru validu, is-sistema SEED se turik lista ta' prodotti li huma awtorizzati għall-kummerċ.

Bejgħ transfruntier - f'liema pajjiż tal-UE għandu jitħallas id-dazju tas-sisa?

Jintużaw diversi fatturi biex jiġi ddeterminat f'liema pajjiż għandek tħallas id-dazji tas-sisa, inkluż meta l-prodotti jkunu ġew prodotti jew impurtati fl-UE, meta dawn ikunu ġew rilaxxati għall-konsum, u jekk ikunux ġew trasportati b'mod transfruntier.

Skopri fejn għandhom jitħallsu d-dazji tas-sisa.

Qed inbigħ lil

F'dan il-każ, xorta jkollok tħallas id-dazji tas-sisa fil-pajjiż tad-destinazzjoni. Madanakollu, tista' titlob rifużjoni mill-awtoritajiet fil-pajjiż fejn il-prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa ġew rilaxxati għall-konsum għall-ewwel darba.

Biex tkun eliġibbli għal rifużjoni lill-awtorità tiegħek stess trid tipprovdilha:

  • id-dettalji tal-vjaġġ (inkluż il-pajjiż ta' destinazzjoni)
  • evidenza li ħallast id-dazju fuq l-oġġetti fil-pajjiż ta' destinazzjoni.

Hu possibbli li tittrasporta l-oġġetti u tħallas id-dazji tas-sisa biss fil- pajjiż ta' destinazzjoni. F'dan il-każ id-dazju jkun pagabbli mix-xerrej fil-pajjiż ta' destinazzjoni skont ir-rati ta' dak il-pajjiż. Jekk tuża dan il-metodu, trid iżżomm is-sospensjoni tad-dazji tas-sisa.

Garanzija tat-trasport

Trid tingħata garanzija fl-UE kollha li tkopri r-riskji tat-trasport lill-awtoritajiet fil-pajjiż tal-UE minn fejn se jitilqu l-oġġetti. Din il-garanzija tista' tingħata permezz ta':

  • il-bejjiegħ
  • min iżomm il-maħżen
  • il-konsenjatur irreġistrat
  • il-kumpanija tat-trasport
  • ix-xerrej

Il-pajjiż tal-UE tad-dispaċċ jista' ma jirrikjedix dan ir-rekwiżit jekk l-oġġetti huma trasportati biss fil-fruntieri tiegħu.

Bl-istess mod, l-ebda garanzija ma hi meħtieġa għal movimenti ta' prodotti tal-enerġija fi ħdan l-UE sakemm dawn jiġu ttrasportati bil-baħar jew permezz ta' pipeline fiss, u jekk ikun hemm ftehim bejn il-pajjiżi tal-UE kkonċernati.

L-użu ta' dokument amministrattiv elettroniku (e-AD)

Apparti l-garanzija, għandek ukoll tibgħat dokument amministrattiv elettroniku (e-AD) lill-awtorità responsabbli għas-sisa tiegħek bl-użu tas- Sistema tal-movimenti u tal-kontrolli ta' prodotti soġġetti għas-sisa (EMCS) de en fr .

L-awtorità mbagħad:

  • se tiċċekkja l-validità tad-data fl-e-AD (eż. in- Numru tal-awtorizzazzjoni tas-sisa bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv tal-bejjiegħ u tax-xerrej) u tipprovdilek il- kodiċi ta' referenza amministrattiva tagħha;
  • tibgħat l-e-AD lill-awtorità kontraparti tagħha fil-pajjiż tax-xerrej tal-UE (li tibagħtu lix-xerrej).

Qabel ma tittrasporta kwalunkwe prodott, trid tipprintja l-e-AD bil-kodiċi ta' referenza amministrattiv tiegħu u tgħaddih lill-kumpanija tat-trasport jew tinkludi l-kodiċi ta' referenza fuq dokument ta' trasport kummerċjali, bħal CMR.

Fi kwalunkwe ħin qabel ma jibda t-trasport, inti tista' tikkanċella l-e-AD. Matul it-trasport, tista' wkoll tbiddel id-destinazzjoni bl-użu tas-sistema EMCS.

Jekk is-sistema EMCS ma tkunx disponibbli, inti xorta tista' tittrasporta l-oġġetti mingħajr ma tħallas dazju tas-sisa jekk:

  • ikunu akkumpanjati minn dokument fuq karta li jkun fih l-istess data tal-e-AD
  • tinnotifika l-awtorità responsabbli fil-pajjiż tad-dispaċċ dwar dan. Xi pajjiżi jinsistu li l-kummerċjant jingħata permess qabel ma jitħalla jitlaq.

Konferma tal-wasla tal-merkanzija

Ix-xerrej għandu 5 ijiem tax-xogħol biex jikkonferma l-wasla tal-oġġetti fis-sistema EMCS u wara dan, l-awtorità responsabbli fil-pajjiż tad-destinazzjoni tal-UE:

  • tivverifika l-validità tal-konferma
  • tirreġistra rapport tal-wasla u tibagħtu lill-awtorità kontraparti tagħha fil-pajjiż tad-dispaċċ - li tibagħtu lilek, il-bejjiegħ.

Wara li tirċievi dan ir-rapport, tista' titlob li l- garanzija tiegħek tiġi rilaxxata.

Oqgħod attent b'mod partikolari għall-kwantità indikata fir-rapport ta' rċevuta — hu biss għal din il-kwantità ikkonfermata li fuqha m'intix obbligat tħallas id-dazju.

Oġġetti mitlufa jew bil-ħsara

Jekk xi prodotti jintilfu jew tiġrilhom il-ħsara matul it-trasport — u dan hu kkonfermat mill-awtoritajiet fil-pajjiż li fih seħħ jew ġie skopert it-telf jew il-ħsara — tista' tbiddel il-kwantità riċevuta u kkonfermata fuq id-dokumentazzjoni skont il-każ.

Jekk tbigħ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa online jew mill-bogħod lil konsumatur f'pajjiż ieħor tal-UE, id-dazju tas-sisa jitħallas fil-pajjiż tax-xiri (fejn int tibgħat il-merkanzija).

Int responsabbli mill-ħlas ta' kwalunkwe dazju tas-sisa dovut. Għalhekk, anki jekk diġà ħallast id-dazji f'pajjiżek, trid tħallas ukoll fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

Kif tikseb rimborż tad-dazju

Inti tista' titlob rifużjoni mill-awtoritajiet fil-pajjiż fejn il-prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa ġew rilaxxati għall-konsum għall-ewwel darba. Biex tkun eliġibbli għal rifużjoni lill-awtorità tiegħek stess trid tipprovdilha:

  • id-dettalji tal-vjaġġ (inkluż il-pajjiż ta' destinazzjoni)
  • evidenza li ħallast id-dazju fuq l-oġġetti fil-pajjiż ta' destinazzjoni.

Rappreżentant fiskali

Normalment ikollok taħtar rappreżentant tat-taxxa fil-pajjiż tal-UE fejn tbigħ il-prodotti tas-sisa. Għandek tiċċekkja wkoll il- proċeduri nazzjonali dwar is-sisa de en fr qabel ma tibgħat l-oġġetti lill-konsumaturi.

Qabel il-vjaġġ

Qabel ma tibgħat l-oġġetti tiegħek, trid:

  • tinforma lill-awtorità responsabbli fil-pajjiż destinatarju dwar il-kunsinna
  • tipprovdi garanzija li d-dazju tas-sisa se jitħallas

Prodotti tat-tabakk

Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE ma jħallukx tagħmel bejgħ transfruntier ta' prodotti tat-tabakk mill-bogħod lill-konsumaturi; għall-pajjiżi li jippermettu dan għandek:

  • tuża l- bolol tat-taxxa tal-pajjiż destinatarju jew marki fiskali oħrajn li juru li tħallas id-dazju tas-sisa hemmhekk;
  • tipprovdi twissijiet dwar is-saħħa bil-lingwa/lingwi tal-pajjiż ta' destinazzjoni;
  • tirreġistra kemm fil-pajjiż tal-UE tax-xerrej kif ukoll fil-pajjiż tal-UE tiegħek.

Territorji assoċjati mal-pajjiżi tal-UE

Ir-regoli tal-UE dwar id-dazji tas-sisa ma japplikawx f'dawn ir-reġjuni tal-UE:

Pajjiż tal-UE Territorju assoċjat
Id-Danimarka Il-Gżejjer Faeroe, Greenland
Il-Finlandja Il-Gżejjer Åland
Franza It-territorji Franċiżi extra-Ewropej, il-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Réunion, Mayotte, Saint-Martin
Il-Ġermanja il-Gżira ta' Heligoland, it-territorju ta' Büsingen
L-Italja Livigno, Campione d'Italia, L-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano
In-Netherlands L-Antilli Olandiżi
Spanja Ceuta, Melilla, il-Gżejjer Kanarji

F'ċerti każi d-dazji tas-sisa mħallsa huma bbażati fuq dawk minn pajjiż ieħor.

  • In-negozji f' Monaco jridu iħallsu r-rati tas-sisa Franċiżi.
  • Iż-Żoni ta' Bażi Sovrana tar- Renju Unit ta' Akrotiri u Dhekelia jridu iħallsu r-rati tas-sisa Ċiprjotti.
  • L- Isle of Man trid tħallas ir-rati tas-sisa tar- Renju Unit.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 27/11/2023
Ikkondividi din il-paġna