Reġistrazzjoni tal-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE f'pajjiż ieħor tal-UE
Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni
Għalissa, ir-Renju Unit għadu membru sħiħ tal-UE u d-drittijiet u l-obbligi għadhom japplikaw bis-sħiħ fir-Renju Unit:
- Mistoqsijiet u Tweġibiet –id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit, kif indikati fil-Ftehim dwar il-Ħruġ
- Pubblikazzjonijiet tal-UE dwar il-Brexit
- Informazzjoni u gwida tal-gvern tar-Renju Unit dwar il-Brexiten
Waqt l- ewwel 3 xhur fil-pajjiż li qed jospitak, qrabatek li mhumiex mill-UE ma jistgħux jiġu obbligati japplikaw għal dokument ta' residenza li tikkonferma d-dritt tagħhom li jgħixu hemm - għalkemm f'ċerti pajjiżi għandhom mnejn ikunu meħtieġa jirrapportaw il-preżenza tagħhom malli jaslu.
Wara 3 xhur fil-pajjiż li jospitak, qrabatek li mhumiex mill-UE jridu jirreġistraw ir-residenza tagħhom mal-awtoritajiet relevanti (normalment fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija lokali).
Biex jiksbu dokument ta' residenza, ikun jeħtiġilhom:
- passaportvalidu
- iċ- ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek bħala ċittadin tal-UE jew kwalunkwe prova oħra ta' residenza tiegħek fil-pajjiż
- Evidenza ta' kif tiġu minn xulxin (pereżempju ċertifikat taż-żwieġ jew tat-twelid)
- għal uliedek (jew in-neputijiet), il-prova li huma taħt il-21 sena jew li jiddependu fuqek
- għal ġenituri tiegħek (jew in-nanniet), il-prova li jiddependu fuqek
- għal membri oħra tal-familja, prova li huma jiddependu fuqek jew li hemm raġunijiet serji ta' saħħa li jeħtiġulek li tieħu ħsiebhom b'mod personali
- għal koppji mhux miżżewġin, prova tar-relazzjoni fit-tul
Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor
L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu jew le d-dokument ta' residenza fi żmien 6 xhur. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis- servizzi ta' għajnuna tagħna. Fi kwalunkwe każ, qrabatek li mhumiex mill-UE ma jistgħux jitkeċċew jekk tiskadilhom il-visa waqt li l-applikazzjoni tagħhom tkun qed tiġi pproċessata.
Jekk l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda, l-awtoritajiet iridu jagħtuhom deċiżjoni bil-miktub, fejn jiddikjaraw ir-raġuni għad-deċiżjoni u l-implikazzjonijiet, u jispeċifikaw kif qrabatek jew il-partner tiegħek jistgħu jappellaw u sa meta.
Jekk l-applikazzjoni tiġi aċċettata, il- dokument ta' residenza normalment tinħareġ b'xejn. Jekk jeħlu xi flus, dawn ma jistgħux ikunu aktar minn dawk mitluba miċ-ċittadini għal dokumenti simili, bħalma huma karti tal-identità.
Fuq id-dokument għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li dan hu dokument ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin mill-UE.
Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanantli biħsiebhom joqogħdu, jekk iqsar). Kwalunkwe tibdil fl-indirizz għandu mnejn irid jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet.
Il-membri tal-familja tiegħek jistgħu jużaw id-dokument ta' residenza biex jivjaġġaw lejn pajjiż ieħor tal-UE iżda jekk jixtiequ jmorru jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE, ikollhom japplikaw għal dokument ta' residenza ieħor fil-pajjiż il-ġdid li jospitahom. U sakemm huma dipendenti fuqek, ikollok tmur magħhom.
Storja bħala eżempju
James huwa ċittadin Amerikan li jgħix fl-Italja ma' ommu u r-raġel Taljan tagħha, Giuseppe. James jixtieq imur jigħix fi Spanja u jfittex impjieg. Il-ġenituri tiegħu ma jistgħux imorru miegħu iżda huma f'pożizzjoni li jappoġġawh finanzjarjament.
Meta applika għal karta ta' residenza fi Spanja, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni Spanjoli qalu lil James li għalkemm għandu permess ta' residenza fl-Italja bħala membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE, dan ma jagħtihx id-dritt awtomatiku għal residenza Spanjola. Id-dritt ta' residenza tiegħu fl-UE jiddependi fuq iċ-ċittadinanza tal-UE ta' Giuseppe. Giuseppe jkollu jmur jgħix fi Spanja ma' James u juri li għandu biżżejjed riżorsi ekonomiċi għat-tnejn li huma.
Skopri fejn u kif tirreġistra l-membri tal-familja tiegħek mhux mill-UE fil-pajjiż li jospitak:
- Franzafrenfr
- Maltamtenmt
- Spanjaesenes
- id-Danimarkadkdaen
- il-Belġjubedeenfrnl
- il-Bulgarijabgbgen
- il-Finlandjafienfisv
- il-Greċjagr
- il-Kroazjahrenhr
- il-Latvjalv
- il-Liechtensteinlien
- il-Litwanjaltenlt
- il-Lussemburguludeenfr
- il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
- il-Polonjaplenpl
- il-Portugallptenpt
- il-Ġermanjadedeen
- in-Norveġjanoen
- ir-Renju Unitgben
- ir-Rumanijaroenro
- is-Slovakkjaskensk
- is-Slovenjasiensl
- iċ-Ċekjaczcsen
- l-Awstrijaatdeen
- l-Estonjaeeenet
- l-Irlandaieen
- l-Islandaisen
- l-Isvezjaseensv
- l-Italjaitenit
- l-Ungerijahuenhu
- Ċiprucyelen
* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali
F'ħafna pajjiżi, qrabatek ikun jeħtiġilhom jġorru fuqhom id-dokument ta' residenza u l-passaport tagħhom il-ħin kollu. Jekk iħalluhom id-dar, jistgħu jingħataw multa jew jinżammu temporanjament arrestati iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk biss.
Ara wkoll kif tirreġistra lil qrabatek mill-UE.