It-tipi ta’ arranġamenti tal-impjiegi

Minbarra kuntratt full-time, tista’ toffri lill-persunal tiegħek tipi oħrajn ta’ kuntratti ta’ impjieg. Ftakar li trid issegwi l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni meta tirrikorri għal forom mhux standard ta’ impjieg. Il-kuntratti ta’ impjieg mhux standard u tipi oħrajn jistgħu jinkludu:

Jekk tħaddem żgħażagħ, trid tirrispetta r-regoli speċifiċi għat-tħaddim ta’ nies ta’ taħt it-18-il sena. Hemm ukoll regoli speċifiċi tal-UE li japplikaw għat-tħaddim ta’ ħaddiema staġonali li mhumiex ċittadini tal-UE.

Jista’ jagħti l-każ li xi pajjiżi tal-UE jipprovdu livelli ogħla ta’ protezzjoni għall-ħaddiema. Sabiex tiżgura li tifhem bis-sħiħ l-obbligi tiegħek bħala impjegatur ikkuntattja lill-awtorità tal-impjiegi nazzjonali f’pajjiżek.

L-aħħar verifika: 25/09/2025
Ikkondividi din il-paġna