L-aħħar verifika : 04/09/2018

Aċċess u użu ta' servizzi tal-enerġija

Konnessjoni tal-elettriku

Fl-UE għandek id-dritt li tikkonnettja darek man-netwerk tal-elettriku lokali għall-forniment tal-elettriku (iżda dan ma jgħoddx għall-gass). Il-konnessjoni jagħmilhielek l-operatur tan-netwerk li jħaddem l-infrastruttura tal-elettriku allokat għaż-żona lokali tiegħek (kull netwerk lokali għandu biss operatur wieħed allokat).

Biex tiskopri x'inhuma eżatt it-termini, il-kundizzjonijiet u tariffi għal tali konnessjonijiet, iċċekkja mal- Awtorità Regolatorja Nazzjonalien tiegħek.

Dan il-korp għandu wkoll jissorvelja li l-operaturi tan-netwerk lokali jiżguraw li l-infrastrutturi lokali jaħdmu kif suppost.

Storja bħala eżempju

Jack mar jgħix f'żona maqtugħa fil-kampanja Skoċċiża u xtaq li jkollu aċċess għall-ellettriku f'daru hemm. Wara li bosta kumpaniji qalulu li n-netwerks tagħhom ma jkoprux din iż-żona, skopra permezz tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali min kien il-fornitur tas-servizz fl-Iskozja. Ikkuntattja lil din il-kumpanija, li qabbditu man-netwerk tal-elettriku.

Konsumaturi vulnerabbli

Jekk tinsab f'qagħda vulnerabbli (eż. hemm nuqqas ta' infrastruttura adegwata jew ma tistax tħallas il-kontijiet tal-enerġija tiegħek) ma tistax tiġi maqtugħ min-netwerk tal-elettriku, u tista' tkun intitolat għal benefiċċji li jiżguraw li ikollok il-provvista neċessarja tal-elettriku. Il- Punt Uniku ta' Kuntatten fil-pajji fejn tgħix jispjegalek meta u/jew jekk intix intitolat għal tali appoġġ u x'miżuri ittieħdu biex jgħinuk.

L-għażla tal-fornitur tal-enerġija

Fl-UE tista' tagħżel il-fornitur tal-enerġija li trid minn għażla sħiħa ta' fornituri tal-elettriku l-gass tal-UE li joffru s-servizzi tagħhom fiż-żona tiegħek.

Tista' tagħżel fornitur tal-elettriku jew tal-gass irreġistrati fi Stat Membru ieħor, bil-kondizzjoni li l-fornitur joffri wkoll servizzi fiż-żona tiegħek u tiftehmu fuq kuntratt.

Għandek tagħmel distinzjoni bejn fornitur tal-UE u operatur tan-netwerk. Tista' tagħżel il-fornitur iżda mhux l-operatur tan-netwerk taż-żona tiegħek. L-operatur tan-netwerk ma jistax joffri l-forniment tal-enerġija hu. Xi drabi l-operatur tan-netwerk jifforma parti minn kumpanija ikbar li tforni l-enerġija. Madankollu, f'dan il-każ, l-operatur tan-netwerk għandu jkollu identità viżiva separata biex ma jitħallatx mal-kumpanija separata li tforni l-enerġija.

Bdil tal-fornitur tal-enerġija

Jekk inti tiddeċiedi li tibdel il- fornitur tal-elettriku jew tal-gass, ma teħilx flus tal-bidla. L-operatur tan-netwerk fiż-żona tiegħek irid jagħmel il-bidla fi żmien 3 ġimgħat, sakemm inti tirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt oriġinali (eż. perijodu tan-notifika, tul ta' żmien minimu miftiehem tal-kuntratt). Il-fornituri ma jistgħux jimponu obbligi sproporzjonati li jwaqqfu lill-konsumaturi milli jibdlu minn wieħed għall-ieħor.

Għandek tirċievi l-aħħar stqarrija ta' għeluq tal-kont tiegħek mingħand il-fornitur ta' qabel mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li tibdel il-fornitur.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Sib għajnuna u pariri miċ-ċentru Ewropew tal-konsumatur f'pajjiżeken

Ikkondividi din il-paġna: