Addittivi tal-ikel

L-addittivi tal-ikel mibjugħa waħedhom jew bħala ingredjenti fil-prodotti tal-ikel iridu jsegwu regoli stretti tal-UE. L-addittivi jiġu f'għadd ta' klassijiet, inklużi:

  • sustanzi li jagħtu l-ħlewwa
  • preservattivi
  • antiossidanti
  • kuluri

F'lista ta' ingredjenti, il-biċċa l-kbira tal-addittivi tal-ikel u l-enzimi tal-ikel għandhom ikunu preċeduti bl-isem tal-kategorija li jappartjenu għaliha (eżempji: antiossidant, emulsifikant, preservattiv).

Lista tal-addittivi kollha – l-Anness 2, il-parti B tar-Regolament tal-UE dwar l-addittivi tal-ikel Iftaħ bħala link estern

Klassijiet ta' addittivi tal-ikel - l-Anness 1 tar-Regolament tal-UE dwar l-addittivi tal-ikel Iftaħ bħala link estern

Kategoriji tal-addittivi u tal-enzimi tal-ikel – l-Anness 7, il-parti C tar-Regolament tal-UE dwar l-informazzjoni tal-ikel għall-konsumaturi Iftaħ bħala link estern

Rekwiżiti tat-tikkettar

Ir-regoli tat-tikkettar ivarjaw skont jekk l-addittivi humiex maħsuba għal prodotti għall-konsumatur jew le. Esplora l-kontenut interattiv hawn taħt biex tara ma' liema regoli għandek tikkonforma.

Regoli dwar it-tikkettar skont is-suq maħsub

Jekk in-negozju tiegħek ibigħ prodotti tal-ikel lill-konsumaturi, għandek tikkonforma mar-regoli ġenerali dwar it-tikkettar tal-ikel. Il-prodotti li fihom l-addittivi għandhom juru:

Huma għandhom juru wkoll kwalunkwe waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin li japplikaw.

Il-prodott fih

Dikjarazzjoni meħtieġa

gassijiet tal-imballaġġ

"ippakkjat f'atmosfera protettiva".

sustanzi li jagħtu l-ħlewwa jew kemm zokkor kif ukoll taħliliet

"b'sustanza/i li tagħti/jagħtu l-ħlewwa" jew "biz-zokkor u "sustanzi li jagħtu l-ħlewwa"

aktar minn 10% polioli

"konsum żejjed jista' jikkaġuna effetti lassattivi"

aspartame/melħ tal-aspartame-acesulfame

"fih l-aspartame (sors ta' fenilalanina)" jew "fih sors ta' fenilalanina"

kuluri tal-ikel

"jista' jkollu effett negattiv fuq l-attività u l-attenzjoni fit-tfal"

Jekk in-negozju tiegħek ibigħ l-addittivi tal-ikel waħdu jew f'lottijiet imħallta, għandek tikkonforma mar-regoli fl-Artikolu 22 tar-Regolament. It-tikkettar għandu jkun fih:

  • isem uffiċjali u/jew E-numru tal-addittiv
  • dikjarazzjoni "għall-ikel" jew "użu ristrett fl-ikel" jew referenza aktar speċifika għall-użu maħsub tagħhom fl-ikel
  • jekk rilevanti, indikazzjoni ta' kondizzjonijiet speċjali ta' ħażna u/jew użu
  • marka li tidentifika l-lott
  • struzzjonijiet għall-użu, jekk meħtieġ
  • isem u indirizz tal-manifattur, ta' min jippakkja jew tal-bejjiegħ
  • informazzjoni ċara dwar il-limiti ta' konsum
  • kwantità netta
  • informazzjoni dwar id-durabbiltà minima jew id-data "uża sa"
  • lista tal-ingredjenti kollha f'ordni dixxendenti tal-perċentwal tagħhom skont il-piż, jekk il-prodott ikun fih taħlita ta' addittivi u/jew sustanzi oħra
  • twissija "jista' jkollu effett negattiv fuq l-attività u l-attenzjoni fit-tfal", jekk il-prodott ikun fih il-kuluri tal-ikel

In-negozji bl-ingrossa jistgħu jipprovdu l-informazzjoni ta' hawn fuq fid-dokumenti mal-konsenja jew qabel. Dan huwa permess biss jekk l-indikazzjoni "mhux għall-bejgħ bl-imnut" tintwera b'mod ċar fuq l-imballaġġ tal-prodott.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 16/09/2022
Ikkondividi din il-paġna