Alkoħol, tabakk, flus kontanti u dazji tas-sisa
Il-limiti tal-alkoħol u t-tabakk fl-UE
Bħala individwu privat, m'hemm l-ebda limitu fuq dak li tista' tixtri u ġġorr miegħek meta tivvjaġġa bejn il-pajjiżi tal-UE, sakemm ikun għall-użu personali u mhux biex jerġa' jinbiegħ. It-taxxi (il-VAT u s-sisa) huma inklużi fil-prezz tal-prodott fil-pajjiż fejn xtrajtu u għalhekk ma trid tħallas xejn aktar fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE.
Madankollu, biex jiġi ddeterminat jekk il-prodotti li tkun xtrajt humiex għall-użu tiegħek stess, l-awtoritajiet doganali tal-UE jistgħu jħarsu lejn diversi elementi differenti bħal, jekk intix sid jew taħdem għal negozju kummerċjali, kif hi ppakkjata u ttrasportata l-prodotti, eċċ. Se jħarsu wkoll lejn il-kwantità ta' prodotti li qed tivvjaġġa biha.
Twissija
Kun af li kull pajjiż tal-UE jista' jiddeċiedi dwar ammont massimu ta' prodotti tat-tabakk u xarbiet alkoħoliċi li tista' ddaħħal fil-pajjiż. L-ammonti massimi jridu jkunu tal-inqas:
- 800 sigarett
- 400 sigarillos (sigarri li jiżnu mhux aktar minn 3 grammi kull wieħed)
- 200 sigarru
- 1 kg tabakk
- 10 litri ta' spirti
- 20 litru ta' nbid imqawwi
- 90 litru nbid (li jkunu jinkludu massimu ta' 60 litru ta' nbid spumanti)
- 110 litri birra
Ġarr ta' kwantitajiet ogħla mil-limiti
Jekk l-awtoritajiet doganali jissuspettaw li tkun qed iġġorr merkanzija li mhijiex għall-użu tiegħek stess, jew hi maħsuba għall-bejgħ mill-ġdid, jista' jkun li tiġi mitlub tagħti prova li fil-fatt hi għall-użu personali (billi tipproduċi prova ta' xiri eċċ.). Jekk ma tkunx tista' tagħti evidenza suffiċjenti, tista' tintalab tħallas dazji jew il-prodotti tiegħek jistgħu jiġu kkonfiskati.
Twissija
Japplikaw regoli aktar stretti għal vjaġġatturi li jkunu taħt is-17-il sena. Dawn jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor, għalhekk iċċekkja qabel ma tivvjaġġa.
Ġarr ta' flus kontanti
Jekk qed tippjana li tidħol jew tħalli l-UE b' EUR 10,000 jew aktar fi flus kontanti (jew l-ekwivalenti tagħhom f'munita oħra) għandek tiddikjara dan de en fr lill-awtoritajiet doganali. Jekk ma tagħmilx dan l-awtoritajiet doganali jistgħu jżommulek il-flus u tista' teħel multa. Kun af li l-awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu kontrolli individwali kif ukoll kontrolli fuq il-bagalji u/jew il-vettura tiegħek.
Jekk tixtieq tivvjaġġa bejn pajjiżi tal-UE b' EUR 10,000 jew aktar fi flus kontanti (jew l-ekwivalenti tagħhom f'munita oħra), għandek tiċċekkja jekk għandekx tiddikjarahom mal-awtoritajiet doganali fil-pajjiżi li qed titlaq, tidħol jew tgħaddi minnhom.
Il-VAT u d-dazji tas-sisa meta tidħol fl-UE
Jekk dieħel fl-UE minn pajjiż mhux fl-UE, tista' ġġib miegħek merkanzija bla VAT u bla dazji tas-sisa sal-limiti t'hawn taħt u jekk mhux se terġa' tbiegħha. L-istess regoli jgħoddu jekk tkun ġej mill-Gżejjer Kanarji, iċ-Channel Islands, il-Ġibiltà jew territorji oħrajn fejn ma japplikawx ir-regoli tal-UE dwar il-VAT u s-sisa.
Ix-xorb alkoħoliku
Tista' daħħal:
- 4 litri ta' nbid bla gass u
- 16-il litru birra
Tista' ddaħħal ukoll:
- total ta' litru ta' spirti b'aktar minn vol. ta' 22% jew litru ta' alkoħol mhux żnaturat (alkoħol etiliku) ta' vol. ta' 80% (jew aktar) jew 2 litri ta' nbid imqawwi jew spumanti
Kull wieħed minn dawn l-ammonti jirrappreżenta 100% tat-total ta' din l-aħħar konċessjoni li tista' taqsam. Pereżempju, tista' ddaħħal nofs litru ta' spirti u litru ta' nbid imqawwi - it-tnejn li huma jirrappreżentaw nofs din il-konċessjoni.
Il-prodotti tat-tabakk
Hemm limitu ogħla jew aktar baxx skont il-pajjiż tal-UE li tkun qed iżżur. Jekk pajjiż tal-UE jiddeċiedi li japplika limiti aktar baxxi, jista' jagħżel li japplikahom biss għal vjaġġaturi bl-art u bil-baħar (il-Bulgarija, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u s-Slovakkja) jew għall-vjaġġaturi kollha (l-Estonja u r-Rumanija).
Limitu ogħla |
Limitu aktar baxx |
---|---|
200 sigarett jew |
40 sigarett jew |
Inti tista' tuża kwalunkwe minn dawn il-prodotti tat-tabakk, iżda ma tistax taqbeż il-limitu totali. Pereżempju, 50 sigarillo + 25 sigarru = il-konċessjoni totali.
Twissija
Jekk għadek m'għalaqtx 17-il sena m'intix intitolat għal konċessjoni ta' alkoħol jew tabakk mingħajr dazju.
Merkanzija oħra inklużi l-fwejjaħ
Tista' ġġorr merkanzija oħra sa valur ta' EUR 300 għal kull vjaġġatur jew EUR 430 għall-vjaġġaturi bl-ajru u bil-baħar. Xi pajjiżi tal-UE japplikaw limitu aktar baxx ta' EUR 150 għall-vjaġġaturi ta' taħt il-15-il sena.
Il-fjuwil
Tista' ġġorr 10 litri (massimu) f'kontenitur li jinġarr, minbarra l-fjuwil fit-tank tal-fjuwil tiegħek. Din ir-regola tapplika għal kull tip ta' vettura b'mutur.
Dazji tas-sisa meta tkun ħiereġ mill-UE
Jekk qed tivvjaġġa għal destinazzjoni barra l-UE (u ċerti żoni fl-UE bħall-Gżejjer Kanarji) tista' tixtri merkanzija bla dazju u taxxa fl-hekk imsejħa "ħwienet ħielsa mit-taxxa" fl-ajruporti u l-portijiet. Madankollu, għandek iżżomm f'moħħok li din il-merkanzija tista' tkun suġġetta għal konċessjoni bla dazju u bla taxxa fil-pajjiż ta' destinazzjoni tiegħek barra l-UE.
It-tranżitu fl-UE permezz tal-Iżvizzera jew pajjiż ieħor li mhuwiex tal-UE
Twissija
Jekk tivvjaġġa minn pajjiż tal-UE għal pajjiż ieħor tal-UE u tgħaddi mill-Iżvizzera, japplikaw ir- regoli doganali Żvizzeri en .
Jekk iġġorr kwantitjiet ta' alkoħol jew tabakk ogħla mil-limiti permessi fl-Iżvizzera, trid tiddikjarahom meta tidħol l-Iżvizzera u meta terġa' tidħol fl-UE. Fl-Iżvizzera, inti tista' tkun mitlub li tipprovdi garanzija finanzjarja li se tirċievi lura meta titlaq mill-pajjiż bil-merkanzija.