Il-kuntratti konklużi mal-konsumaturi u l-garanziji

Meta tiffirma kuntratti mal-konsumaturi, trid tirrispetta r-rekwiżiti tal-korrettezza u t-trasparenza tal-UE u dawk nazzjonali, u tkun ċert li l-kuntratti ma jkunux jinkludu klawżoli inġusti. Skopri kif tista’ tiżgura li n-negozju tiegħek huwa konformi mal-liġi tal-konsumatur.

Iċċekkja r-responsabbiltajiet ta’ wara l-bejgħ għall-kuntratti konklużi mal-konsumaturi u l-obbligi lejn il-konsumaturi tiegħek, bħal pereżempju l-perjodu tal-cooling-off sa 14-il jum meta tbigħ online, lil hinn mill-post tan-negozju, jew mill-bogħod. Aqra dwar il-garanziji legali u l-garanziji kummerċjali f’kull pajjiż tal-UE.

Jekk int bejjiegħ ta’ oġġetti tal-konsum fl-UE, trid tinforma lill-konsumaturi dwar drittijiethom permezz ta’ avviż armonizzat obbligatorju li jispjega d-drittijiet li għandhom dwar il-garanzija legali. Jekk int produttur u tagħżel li toffri garanzija kummerċjali volontarja ta’ durabbiltà li tmur lil hinn minn dik legali, trid tuża t-tikketta GARAN armonizzata tal-UE.

L-aħħar verifika: 12/07/2026
Ikkondividi din il-paġna