Ir-regoli dwar il-maternità surrogata

Il-maternità surrogata hija arranġament li permezz tiegħu mara (l-omm surrogata) taqbel li ġġorr f’ġufha u twelled tarbija f’isem persuna oħra jew koppja li ma tagħmilx parti minnha (il-ġenitur(i) intenzjonat(i)). Wara t-twelid, l-omm surrogata tagħti l-wild lill-ġenitur(i) intenzjonat(i), li jsir(u) il-ġenitur(i) legali.

Il-liġi tal-UE ma tirregolax il-maternità surrogata, u għalhekk kull pajjiż tal-UE jiddefinixxi l-politika u l-prattiki tiegħu dwar din il-kwistjoni. Xi pajjiżi tal-UE jippermettu u jirregolaw il-maternità surrogata, xi pajjiżi tal-UE jipprojbixxu l-prattika, u pajjiżi oħrajn tal-UE m’għandhom fis-seħħ l-ebda regola speċifika. Ir-regoli li jirregolaw il-maternità surrogata f’pajjiż tal-UE normalment ikopru t-tipi ta’ arranġamenti permessi għall-maternità surrogata, il-kundizzjonijiet biex isseħħ maternità surrogata, u d-drittijiet u l-istatus legali tal-ġenitur(i) intenzjonat(i).

Il-leġiżlazzjoni fil-pajjiżi tal-UE f’dan il-qasam bħalissa għaddejja minn bidliet. Sib aktar informazzjoni (fejn hi disponibbli) dwar il-maternità surrogata fil-pajjiżi tal-UE.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 08/04/2025
Ikkondividi din il-paġna