Mewt u ripatrijazzjoni

Jekk membru tal-familja jew xi ħadd qrib tiegħek imut f’pajjiż ieħor tal-UE, kemm jekk ikun irreġistrat hemmhekk kif ukoll jekk le, iridu jitwettqu ċerti formalitajiet qabel ma l-fdalijiet tagħhom ikunu jistgħu jintbagħtu lura lejn pajjiżhom (magħrufa bħala ripatrijazzjoni) għal dfin jew kremazzjoni. Kull pajjiż tal-UE japplika r-regoli speċifiċi tiegħu għar-rappurtar u r-reġistrazzjoni ta’ mewt kif ukoll għar-ripatrijazzjoni ta’ fdalijiet lejn pajjiż ieħor tal-UE.

Sib aktar informazzjoni dwar ir-regoli speċifiċi li japplikaw f’kull pajjiż tal-UE.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 17/06/2024
Ikkondividi din il-paġna