Il-kummerċ elettroniku, il-bejgħ mill-bogħod u barra mil-lok tan-negozju
L-informazzjoni mogħtija f'din il-paġna tikkonċerna biss il-bejgħ lill-konsumatur finali (B2C), mhux lil negozji oħrajn (B2B).
Il-kummerċ elettroniku u barra mil-lok tan-negozju joffri bosta vantaġġi, iżda jinvolvi wkoll ċerti obbligi skont ir-regoli tal-UE.
L-ewwel regola hija li kwalunkwe prodott għall-bejgħ irid ikun jikkonforma mar-regoli, ikun sikur, u għalhekk ma jikkawża l-ebda ħsara għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. Skont ir-regoli tal-UE dwar is-sikurezza, bħar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti (GPSR, General Product Safety Regulation), il-konsumaturi tal-UE jistgħu jiġu offruti biss prodotti li huma sikuri għalihom.
Skont il-GPSR, in-negozji li jbigħu online iridu jirrispettaw l-obbligi tas-sikurezza tal-prodotti skont is-servizz li jipprovdu (operaturi ekonomiċi jew fornituri ta’ swieq online). Pereżempju, il-fornituri tas-swieq online jridu jfasslu l-interfaċċa tagħhom u jiżguraw li l-kummerċjanti jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa dwar is-sikurezza jew it-traċċabbiltà tal-prodotti, kif ukoll li jaraw li l-konsumaturi tagħhom ikunu infurmati dwar is-sejħiet lura tal-prodotti. Barra minn hekk, il-fornituri tas-swieq online għandhom jirreġistraw fis-Safety Gate tal-UE u jindikaw il-punt uniku ta’ kuntatt tagħhom.
It-tranżazzjonijiet soġġetti għal dawn ir-regoli tal-UE huma l-kuntratti tal-bejgħ u tas-servizzi lill-konsumaturi meta inti ma tiltaqax wiċċ imb wiċċ mal-klijent tiegħek; pereżempju, ftehimiet kuntrattwali bl-internet, bit-telefown (bl-interazzjoni umana jew mingħajrha), bl-email, bil-fax, jew b'ittra standard, u kuntratti meta tikkonkludi kuntratt mal-klijenti barra mil-lok tan-negozju tiegħek tas-soltu.
Ir-regoli dwar il-kummerċ elettroniku, mill-bogħod u barra mil-lok tan-negozju ma jkoprux it-transazzjonijiet fl-oqsma li ġejjin:
- is-servizzi soċjali u s-servizzi tas-saħħa
- il-logħob tal-azzard
- il-prodotti finanzjarji, tal-assigurazzjoni, u tal-investiment
- il-proprjetà immobbli u akkomodazzjoni b’kera residenzjali
- l-ivvjaġġar b'kollox inkluż, it-timeshare, u ċerti servizzi b’rabta mal-vaganzi li huma soġġetti għal regoli speċifiċi
- it-trasport tal-passiġġieri (apparti minn xi regoli speċifiċi)
- il-kuntratti stabbiliti minn ċerti uffiċjali pubbliċi inkarigati, bħal nutara
- l-ikel u x-xorb fornuti b'konsenja regolari lil klijent fid-dar jew fil-post tax-xogħol
- il-prodotti mibjugħin mill-magni tal-bejgħ awtomatiċi
- F'ċerti pajjiżi tal-UE r-regoli li ġejjin ma japplikawx għal kuntratti barra mil-lok tan-negozju għal valur ta' anqas minn €50.
Biex tibda
- Interessat fil-kummerċ elettroniku (billi nbigħ online)
- Interessat f’forom oħrajn ta’ bejgħ mill-bogħod u barra mil-lok tan-negozju
Il-kummerċ elettroniku
Forom oħrajn ta’ bejgħ mill-bogħod u barra mil-lok tan-negozju
Informazzjoni bil-quddiem lill-klijenti
Qabel ma tikkonkludi l-kuntratt mal-klijent tiegħek, trid tipprovdilu l-informazzjoni li ġejja b’format ċar u li jinftiehem.
Id-dettalji tiegħek
- l-identità tiegħek
- l-indirizz fiżiku u tal-email tiegħek
- in-numru tat-telefown (jekk ikun disponibbli)
L-oġġetti u s-servizzi
- il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew tas-servizzi
Il-konsenja u r-ritorni
Ir-regoli dwar ir-ritorni f’dan il-kuntest jirrelataw mad-dritt tal-irtirar tal-konsumatur (mhux man-nonkonformità tal-prodott)
- jekk japplikawx restrizzjonijiet fuq il-konsenja
- l-arranġamenti tal-konsenja
- l-obbligu tal-klijent li jħallas biex jirritorna l-oġġetti u stima tal-ispiża biex jirritornahom jekk ma jkunx possibbli li jiġu rritornati b’mod normali bil-posta (pereżempju oġġetti goffi) (jekk ma tinformax lill-klijent minn qabel tkun responsabbli għall-ispiża biex l-oġġetti jiġu rritornati)
Il-prezzijiet, il-pagamenti, u l-ispejjeż
- il-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi — li jinkludi kwalunkwe spiża addizzjonali bħat-taxxi, l-ispejjeż tal-konsenja, u l-posta eċċ.
- il-mezzi aċċettabbli ta’ pagament
- l-arranġamenti għall-pagament
- l-ispejjeż lill-klijent — meta jikkuntattjak biex jikkonkludi l-kuntratt — jekk ikunu ogħla mir-rata bażika (pereżempju l-prezzijiet ta' telefonati b’tariffi speċjali fil-każ ta’ kuntratti li jiġu konklużi bit-telefown)
- il-kundizzjonijiet għal kull depożitu li jrid jitħallas
- il-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe garanzija finanzjarja mogħtija
Jekk tixtieq titlob ħlas mingħand il-klijent biex juża xi mezz speċifiku ta’ pagament, bħal karta ta’ kreditu, il-ħlas qatt ma jista' jkun ogħla minn kemm fil-fatt jiswik biex tipproċessa l-pagament. F’xi pajjiżi dawn it-tariffi jistgħu fil-fatt ikunu pprojbiti għalkollox.
Il-kodiċi tal-kondotta u l-kundizzjonijiet kuntrattwali
- kif taċċessa kwalunkwe kodiċi tal-kondotta li japplika
- it-tul taż-żmien tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemmu
Id-dritt tal-irtirar mill-kuntratt
- il-kundizzjonijiet, il-limiti taż-żmien, u l-proċeduri
- il-formola speċifika tal-irtirar
- l-obbligu tal-klijent li jħallas għal kwalunkwe servizz (jew utilità pubblika) li jkun ġie fornut diġà matul il-perjodu tal-irtirar, pereżempju jekk ikun talab biex is-servizzi jingħataw immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt u mbagħad jiddeċiedi li jirtira mill-kuntratt
- l-obbligu tal-klijent li jħallas biex jirritorna l-oġġetti u stima tal-ispiża biex jirritornahom jekk ma jkunx possibbli li jiġu rritornati b’mod normali bil-posta (pereżempju oġġetti goffi)
- l-imġiba li ttellef id-dritt tal-irtirar (pereżempju, il-ftuħ ta’ DVD jew CD issiġillati)
- l-imġiba fejn id-dritt tal-irtirar ma japplikax (pereżempju, regoli għall-oġġetti li jiskadu). F’każijiet ta’ din ix-xorta m’għandekx għalfejn tinforma lill-klijent dwar ir-regoli ta’ hawn fuq dwar id-dritt tal-irtirar.
Tista' ssib eżempji ta’ kliem li juruk kif tagħti l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-irtirar fl-anness 1 tad-Direttiva.
Il-garanziji u s-soluzzjoni tat-tilwim
- l-arranġamenti biex jiġu indirizzati l-ilmenti
- l-iskemi disponibbli barra mill-qorti biex jissolva t-tilwim
- in-nota ta’ tfakkir dwar il-garanzija legali fuq l-oġġetti
- il-kundizzjonijiet għal kwalunkwe servizz ta' wara l-bejgħ jew garanziji kummerċjali
Kif għandek tipprovdi din l-informazzjoni?
Trid tipprovdi l-informazzjoni kollha msemmija hawn fuq b’mod ċar u li faċli biex jinftiehem.
Eżatt qabel ma l-klijent jagħmel l-ordni tiegħu (jikklikkja fuq buttuna biex iħallas/jixtri) u viċin il-buttuna trid ukoll tindika b’mod ċar u prominenti:
- il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew servizzi
- il-prezz totali, inklużi l-ispejjeż addizzjonali
- it-tul taż-żmien u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemm il-kuntratt
- iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt (jekk ikun hemm wieħed)
Il-klijenti għandhom jingħataw ukoll l-opportunità li jirrikonoxxu li l-fatt li jagħmlu l-ordni jobbligahom li jħallsu. Pereżempju: il-buttuna “Ikkonferma l-ordni” trid tkun tindika b’mod ċar il-funzjoni tagħha, ngħidu aħna billi tkun tinkludi l-kliem “Ordna u ħallas”.
Il-kaxex immarkati minn qabel
Ma tistax tuża kaxxi mmarkati minn qabel meta titlob pagamenti żejda għal servizzi li jkunu addizzjonali, pereżempju l-assigurazzjoni fuq l-ivvjaġġar meta tiġi bbukkjata titjira. Il-klijenti jridu jingħataw dejjem il-possibbiltà li jaqblu espliċitament dwar kwalunkwe pagament addizzjonali.
Il-bejgħ ta’ kontenut diġitali
Jekk tbigħ kontenut diġitali bħal mużika, vidjows, jew software online, trid ukoll tinforma lill-klijenti dwar:
- l-interoperabbiltà tal-kontenut ma’ hardware u software rilevanti;
- il-funzjonalità tal-kontenut — bħal xi restrizzjonijiet ġeografiċi tal-użu u jekk titħalliex tagħmel kopji għall-użu personali.
Ladarba l-klijent jibda jaċċessa l-kontenut — billi jniżżlu, bl-istreaming, jew b’xi mod ieħor — ma jkunx jista' jirtira mill-kuntratt li jkun għamel miegħek.
Madankollu, l-ewwel trid tagħti lill-konsumatur l-opportunità li jaqbel b’mod espliċitu dwar dan u li jirrikonoxxi li jitlef id-dritt tiegħu li jirtira malli jibda jniżżel il-kontenut, eċċ.
Trid ukoll tinkludi konferma ta' dan il-ftehim u tal-kunsens fil-konferma tal-kuntratt li tibgħatlu.
Il-komunikazzjoni bit-telefown wara l-bejgħ
Jekk tipprovdi linja diretta tat-telefown għall-mistoqsijiet/l-ilmenti tal-klijenti dwar kuntratti li jkunu kkonkludew, trid tiżgura li t-telefonati jitħallsu bit-tariffa bażika.
Ma tistax tuża linji tat-telefown b'tariffa speċjali għal dan il-għan.
L-informazzjoni li tingħata minn qabel lill-klijenti
Qabel ma tikkonkludi l-kuntratt mal-klijent tiegħek, trid tipprovdilu l-informazzjoni li ġejja b’format ċar u li jinftiehem.
Id-dettalji tiegħek
- l-identità tiegħek
- l-indirizz fiżiku u tal-email tiegħek
- in-numru tat-telefown (jekk ikun disponibbli)
L-oġġetti u s-servizzi
- il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew tas-servizzi
Il-konsenja u r-ritorni
- jekk japplikawx restrizzjonijiet fuq il-konsenja
- l-arranġamenti tal-konsenja
- l-obbligu tal-klijent li jħallas biex jirritorna l-oġġetti u stima tal-ispiża biex jirritornahom jekk ma jkunx possibbli li jiġu rritornati b’mod normali bil-posta (pereżempju oġġetti goffi)
Il-prezzijiet, il-pagamenti, u l-ispejjeż
- il-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi — li jinkludi kwalunkwe spiża addizzjonali bħat-taxxi, l-ispejjeż tal-konsenja, u l-posta eċċ.
- il-mezzi aċċettabbli ta’ pagament
- l-arranġamenti għall-pagament
- l-ispejjeż lill-klijent — meta jikkuntattjak biex jikkonkludi l-kuntratt — jekk ikunu ogħla mir-rata bażika (pereżempju l-prezzijiet ta' telefonati b’tariffi speċjali fil-każ ta’ kuntratti li jiġu konklużi bit-telefown)
- il-kundizzjonijiet għal kull depożitu li jrid jitħallas
- il-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe garanzija finanzjarja mogħtija
Jekk tixtieq titlob ħlas mingħand il-klijent biex juża xi mezz speċifiku ta' pagament, bħal karta ta’ kreditu, il-ħlas qatt ma jista' jkun ogħla minn kemm fil-fatt jiswik biex tipproċessa l-pagament. F’xi pajjiżi dawn it-tariffi jistgħu fil-fatt ikunu pprojbiti għalkollox.
Il-kodiċi tal-kondotta u l-kundizzjonijiet kuntrattwali
- kif taċċessa kwalunkwe kodiċi tal-kondotta li japplika
- it-tul taż-żmien tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemmu
Id-dritt tal-irtirar mill-kuntratt
- il-limiti taż-żmien u l-proċeduri
- il-formola speċifika tal-irtirar
- l-obbligu tal-klijent li jħallas għal kwalunkwe servizz (jew utilità pubblika) li jkun ġie fornut diġà matul il-perjodu tal-irtirar, pereżempju jekk ikun talab biex is-servizzi jingħataw immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt u mbagħad jiddeċiedi li jirtira mill-kuntratt
- kwalunkwe eċċezzjonijiet mid-dritt tal-irtirar (pereżempju oġġetti li jmorru) jew atti li jċedu d-dritt (pereżempju t-tneħħija tas-siġill ta' DVD jew ta' CD issiġillati)
Tista' ssib eżempji ta’ kliem li juruk kif tagħti l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-irtirar fl-anness 1 tad-Direttiva.
Il-garanziji u s-soluzzjoni tat-tilwim
- l-arranġamenti biex jiġu indirizzati l-ilmenti
- l-iskemi disponibbli barra mill-qorti biex jissolva t-tilwim
- in-nota ta’ tfakkir dwar il-garanzija legali fuq l-oġġetti
- il-kundizzjonijiet għal kwalunkwe servizz ta' wara l-bejgħ jew garanziji kummerċjali
Kif għandek tipprovdi din l-informazzjoni?
Trid tipprovdi l-informazzjoni kollha msemmija hawn fuq b’mod ċar u li faċli biex jinftiehem.
Qabel ma l-klijent jagħmel l-ordni tiegħu għandek b'mod ċar u prominenti tindika:
- il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew servizzi
- il-prezz totali, inklużi l-ispejjeż addizzjonali
- it-tul taż-żmien u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemm il-kuntratt
- iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt (jekk ikun hemm wieħed)
Trid ukoll tagħti lill-klijenti l-opportunità li jirrikonoxxu li jekk jagħmlu l-ordni jkunu obbligati jħallsu.
Il-bejgħ bit-telefown
Malli tibda t-telefonata tiegħek, trid dejjem tiddikjara l-identità tiegħek u tgħarraf lin-nies li qed tbigħ xi ħaġa. Trid ukoll tagħti l-informazzjoni dwar l-ispejjeż li l-klijent ikollu jħallas (jekk ikunu ogħla mir-rata bażika) meta jikkuntattjak biex tikkonkludu l-kuntratt, pereżempju l-prezzijiet ta' telefonati b’tariffi speċjali f’każ ta’ kuntratti li jiġu konklużi bit-telefown.
Meta tikkonkludi kuntratti bit-telefown fi wħud mill-Istati Membri tal-UE, trid tikkonferma biss l-offerta lill-klijent li jkun marbut bil-kuntratt meta jkun iffirma l-offerta.
Il-bejgħ b'messaġġ bil-mowbajl (jew simili)
Jekk il-mezz tal-bejgħ jagħmilha teknikament diffiċli għalik li tagħti din l-informazzjoni kollha — pereżempju kuntratti konklużi permezz ta' messaġġ miktub bil-mowbajl — tista' tagħti ammont limitat ta' informazzjoni, bħal pereżempju:
- l-identità tiegħek
- il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew tas-servizzi
- il-prezz totali
- id-dritt tal-irtirar
- it-tul taż-żmien u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemm il-kuntratt
- il-link għal sors ieħor (pereżempju website) għal-lista sħiħa tal-informazzjoni
Il-komunikazzjoni bit-telefown wara l-bejgħ
Jekk tipprovdi linja diretta tat-telefown għall-mistoqsijiet/l-ilmenti tal-klijenti dwar kuntratti li jkunu kkonkludew, trid tiżgura li t-telefonati jitħallsu bit-tariffa bażika.
Ma tistax tuża linji tat-telefown b'tariffa speċjali għal dan il-għan.
Il-konferma tal-kuntratt
Trid tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa bil-miktub meta tikkonferma l-kuntratt. Il-konferma għandha tkun b’format durabbli (ittra, email, eċċ.), iżda tista' tibgħat ukoll il-konferma f'kont personali fil-website tiegħek li l-klijent ikollu aċċess esklużiv għalih.
Trid tikkonferma l-kuntratt kemm jista' jkun malajr, mhux aktar tard minn meta jiġu kkonsenjati l-oġġetti jew qabel ma jibda s-servizz.

L-irtirar minn kuntratt
Il-klijent tiegħek meta jista’ jirtira mill-kuntratt?
Jekk tajtu l-informazzjoni neċessarja kollha dwar id-dritt tal-irtirar, il-klijent tiegħek għandu 14-il jum biex jirtira mill-kuntratt — mingħajr ebda penali u mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti raġuni:
- Għall-oġġetti — dan ifisser 14-il jum wara l-konsenja
- Għas-servizzi — dan ifisser 14-il jum wara li jkun ġie konkluż il-kuntratt
Il-kuntratti mħalltin
Għall-kuntratti mħalltin, bħal dawk li joffru oġġetti bħala l-fokus ewlieni tal-kuntratt — b’servizzi addizzjonali — jiġi applikat id-dritt tal-irtirar b’rabta mal-oġġetti, jiġifieri sa 14-il jum wara l-konsenja. Fejn is-servizzi jkunu l-fokus ewlieni — b’oġġetti addizzjonali — jiġi applikat id-dritt tal-irtirar b’rabta mas-servizzi, jiġifieri sa 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt.
Fi kwalunkwe każ, il-perjodu jkun estiż għall-jum tax-xogħol li jkun imiss jekk dan jintemm fil-weekend jew fi btala pubblika.
Jekk tkun inqast milli tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, il-klijent ikollu sena oħra żmien biex jirtira mill-kuntratt. Jekk f’xi punt matul dan il-perjodu ta' sena tipprovdi l-informazzjoni, il-perjodu tal-irtirar ta’ 14-il jum jibda minn dak il-mument.
X’inhuma l-obbligi tiegħek wara li l-konsumatur jirtira mill-kuntratt?
Trid trodd lura l-flus li tkun irċevejt mingħand il-klijent tiegħek (jew tikkanċella l-pagament tiegħu) fi żmien 14-il jum minn meta tiġi nnotifikat li jkun se jirtira.
Tista’ żżomm dan ir-rimborż sakemm tirċievi l-oġġetti lura mingħand il-klijent, jew tal-anqas sa meta tirċievi evidenza li fil-fatt ikun bagħathom.
Min iħallas xiex?
Il-klijent iħallas l-ispiża biex jirritorna l-oġġetti (dment li ma tkunx inqast milli tinformah b’dan minn qabel — f’dan il-każ tkun ir-responsabbiltà tiegħek li tħallas dawn l-ispejjeż).
In-negozju tiegħek irid jirrimborża l-ispejjeż oriġinali tal-konsenja, iżda mhux kwalunkwe spiża addizzjonali jekk il-klijent ikun għażel tip ta’ konsenja aktar għalja (pereżempju express) minflok konsenja standard.
L-obbligi tal-klijent
Qabel ma jirtira, il-klijent jista’ jeżamina l-oġġetti biss daqslikieku kien qiegħed jarahom f’ħanut, b’mod li jippermettilu jikkonferma li oġġett ikun dak li ordna u ried.
Jekk il-klijent ikun fil-fatt uża l-oġġetti qabel ma jibgħathom lura, tista’ titlob kumpens għall-valur imnaqqas kaġun tal-fatt li jkunu ntużaw.
L-irtirar minn servizzi
Jekk, għax hekk ikun talbek il-klijent, tkun bdejt tagħti s-servizz ordnat — pereżempju l-installazzjoni ta’ sistema tal-allarm — qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt tal-irtirar u l-klijent imbagħad jiddeċiedi li jirtira, irid iħallsek għas-servizzi li tkun ipprovdejtlu sa dak il-punt.
Meta ma jistax jirtira l-klijent tiegħek?
L-eċċezzjonijiet ewlenin għar-regoli dwar l-irtirar huma jekk il-kuntratt kien għal:
- servizz li inti diġà tajt kompletament (bi ftehim mal-klijent tiegħek) qabel ma l-klijent jiddeċiedi li jirtira
- merkanzija li tiskadi (eż. ċerti oġġetti tal-ikel)
- oġġetti ssiġillati li, għal raġunijiet ta’ iġjene, ma jistgħux jintbagħtu lura wara li jkunu nfetħu
- oġġetti mfasslin apposta u żviluppati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent jew personalizzati b’mod ċar
- midja ssiġillata (reġistrazzjonijiet bl-awdjo, reġistrazzjonijiet bil-vidjow, jew software) li l-klijent ikun neħħielhom is-siġill
- gazzetti jew rivisti (iżda l-irtirar minn abbonamenti hu possibbli)
- akkomodazzjoni għall-btajjel, kiri ta' karozzi, servizzi ta’ catering u ta’ divertiment (jekk tkun impenjajt ruħek li tagħti dawn is-servizzi f’data speċifika jew f'perjodu speċifiku)
L-irtirar minn kuntratt
Il-klijent tiegħek meta jista’ jirtira mill-kuntratt?
Jekk tajtu l-informazzjoni neċessarja kollha dwar id-dritt tal-irtirar, il-klijent tiegħek għandu 14-il jum biex jirtira mill-kuntratt — mingħajr ebda penali u mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti raġuni:
- Għall-oġġetti — dan ifisser 14-il jum wara l-konsenja
- Għas-servizzi — dan ifisser 14-il jum wara li jkun ġie konkluż il-kuntratt
Il-kuntratti mħalltin
Għall-kuntratti mħalltin, bħal dawk li joffru oġġetti bħala l-fokus ewlieni tal-kuntratt — b’servizzi addizzjonali — jiġi applikat id-dritt tal-irtirar b’rabta mal-oġġetti, pereżempju sa 14-il jum wara l-konsenja. Fejn is-servizzi jkunu l-fokus ewlieni — b’oġġetti addizzjonali — jiġi applikat id-dritt tal-irtirar b’rabta mas-servizzi, jiġifieri sa 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt.
Fi kwalunkwe każ, il-perjodu jkun estiż għall-jum tax-xogħol li jkun imiss jekk dan jintemm fil-weekend jew fi btala pubblika.
Jekk tkun inqast milli tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, il-klijent ikollu sena oħra żmien biex jirtira mill-kuntratt. Jekk f’xi punt matul dan il-perjodu ta' sena tipprovdi l-informazzjoni, il-perjodu tal-irtirar ta’ 14-il jum jibda minn dak il-mument.
X’inhuma l-obbligi tiegħek wara li l-konsumatur jirtira mill-kuntratt?
Trid trodd lura l-flus li tkun irċevejt mingħand il-klijent tiegħek (jew tikkanċella l-pagament tiegħu) fi żmien 14-il jum minn meta tiġi nnotifikat li jkun se jirtira.
Tista’ żżomm dan ir-rimborż sakemm tirċievi l-oġġetti lura mingħand il-klijent, jew tal-anqas sa meta tirċievi evidenza li fil-fatt ikun bagħathom.
Min iħallas xiex?
Il-klijent iħallas l-ispiża biex jirritorna l-oġġetti (dment li ma tkunx inqast milli tinformah b’dan minn qabel — f’dan il-każ tkun ir-responsabbiltà tiegħek li tħallas dawn l-ispejjeż).
In-negozju tiegħek irid jirrimborża l-ispejjeż oriġinali tal-konsenja, iżda mhux kwalunkwe spiża addizzjonali jekk il-klijent ikun għażel tip ta’ konsenja aktar għalja (pereżempju express) minflok konsenja standard.
L-obbligi tal-klijent
Qabel ma jirtira, il-klijent jista’ jeżamina l-oġġetti biss daqslikieku kien qiegħed jarahom f’ħanut, b’mod li jippermettilu jikkonferma li oġġett ikun dak li ordna u ried.
Jekk il-klijent ikun fil-fatt uża l-oġġetti qabel ma jibgħathom lura, tista’ titlob kumpens għall-valur imnaqqas kaġun tal-fatt li jkunu ntużaw.
L-irtirar minn servizzi
Jekk, għax hekk ikun talbek il-klijent, tkun bdejt tagħti s-servizz ordnat — pereżempju l-installazzjoni ta’ sistema tal-allarm — qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt tal-irtirar u l-klijent imbagħad jiddeċiedi li jirtira, irid iħallsek għas-servizzi li tkun ipprovdejtlu sa dak il-punt.
Meta ma jistax jirtira l-klijent tiegħek?
L-eċċezzjonijiet ewlenin għar-regoli dwar l-irtirar huma jekk il-kuntratt kien għal:
- servizz li inti diġà tajt kompletament (bi ftehim mal-klijent tiegħek) qabel ma l-klijent jiddeċiedi li jirtira
- merkanzija li tiskadi (eż. ċerti oġġetti tal-ikel)
- oġġetti siġillati li, għal raġunijiet ta’ iġjene, ma jistgħux jintbagħtu lura wara li jkunu nfetħu
- oġġetti mfasslin apposta u żviluppati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent jew personalizzati b’mod ċar
- midja ssiġillata (reġistrazzjonijiet bl-awdjo, reġistrazzjonijiet bil-vidjow, jew software) li l-klijent ikun neħħielhom is-siġill
- gazzetti jew rivisti (iżda l-irtirar minn abbonamenti hu possibbli)
- akkomodazzjoni għall-btajjel, kiri ta' karozzi, servizzi ta’ catering u ta’ divertiment (jekk tkun impenjajt ruħek li tagħti dawn is-servizzi f’data speċifika jew f'perjodu speċifiku)
Il-konsenja tal-oġġetti
Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor fil-kuntratt, trid tikkonsenja l-oġġetti mingħajr dewmien żejjed, sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li jiġi konkluż il-kuntratt.
Jekk ma tistax tikkonsenjahom fi żmien 30 jum jew fiż-żmien miftiehem, il-klijent jista’ jitlob li tikkonsenjahom f’perjodu ta’ żmien addizzjonali.
Jekk inti tonqos milli tikkonsenjahom matul dan il-perjodu addizzjonali, il-klijent jista’ jtemm il-kuntratt u jitlob li jingħata flusu lura.
Eċċezzjoni
F’każijiet fejn id-data tal-konsenja speċifikata hi essenzjali (pereżempju libsa tat-tieġ), il-klijent jista’ jtemm il-kuntratt immedjatament u jkun intitolat għal rimborż sħiħ jekk l-oġġett ma jiġix ikkonsenjat fid-data li oriġinarjament ikun sar qbil dwarha.
Ir-responsabbiltà għar-riskju ta’ xi danni lill-oġġetti waqt il-konsenja hija tiegħek, sakemm ma kienx il-klijent li organizza l-konsenja u qabbad lit-trasportatur. Inti dejjem responsabbli għal dak li jiġri mill-oġġetti meta dawn ikunu qed jinġarru minn trasportatur imqabbad minnek.

Leġiżlazzjoni tal-UE
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata
Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
Sib soluzzjoni għal tilwim mal-fornituri jew mal-klijenti minn pajjiż ieħor tal-UE, għal talbiet li jammontaw sa EUR 2,000.
Informazzjoni nazzjonali biex tespandi n-negozju tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE.
Il-Punt ta’ Kuntatt tal-Prodott tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.
Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.
Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.