Studju f’pajjiż barrani u opportunitajiet ta’ boroż ta’ studju

Studja f’pajjiż barrani bis-saħħa ta’ Erasmus+

Jekk inti student jaf ikollok l-opportunità li tagħmel parti mill-istudji tiegħek barra l-pajjiż permezz tal-programm Erasmus+ en jekk int irreġistrat f’università f’pajjiż parteċipant.

Meta tmur tistudja barra permezz ta’ Erasmus+:

  • m’għandekx għalfejn tħallas il-miżati għar-reġistrazzjoni jew għat-tagħlim lill-università li tospitak
  • l-istudji tiegħek f’pajjiż barrani jgħoddu bħala parti integrali mil-lawrja tiegħek
  • tingħata għotja mill-UE għall-ispejjeż ta’ kuljum u biex tivvjaġġa.

Twissija

L-università f’pajjiżek trid tirrikonoxxi l-perjodu tal-istudju tiegħek barra mill-pajjiż u tgħoddu bħala parti mil-lawrja tiegħek, dment li ttemm il-programm tal-istudju miftiehem qabel bdejt l-esperjenza tiegħek.

Il-korsijiet li tattendi waqt il-programm tal-istudju tiegħek jiġu miftiehma minn qabel mal-istituzzjoni li qed tibgħatek permezz ta’ ftehim ta’ tagħlim en iffirmat.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika biex parti mill-istudji tiegħek tagħmilha f’pajjiż barrani, ikkuntattja lill-uffiċċju għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-università tiegħek. It-traineeships barra l-pajjiż en huma wkoll disponibbli bħala parti mill-programm Erasmus+.

Programmi għal lawrja konġunta

Bis-saħħa tal-Lawrji ta’ Master konġunt ta’ Erasmus Mundus en, tista’ tirreġistra għal programm ta’ lawrja postgradwatorja offrut b’mod konġunt minn universitajiet ibbażati f’diversi pajjiżi Ewropej, u f’ċerti każijiet, anki f’pajjiżi barra l-Ewropa. Matul dan il-programm tista’ tistudja jew tagħmel riċerka f’mill-inqas żewġ pajjiżi, u tikseb lawrja konġunta, doppja jew multipla b’riżultat ta’ dan. Ara l-lista tal-programmi tal-Masters li jieħdu sehem f’Erasmus Mundus.

Il-boroż ta’ studju għal Erasmus Mundus huma disponibbli għall-istudenti mid-dinja kollha. Ikkonsulta l-programmi li jinteressawk biex ikollok aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti għall-boroż ta’ studju tagħhom u dak li jkopru. Żur is-sit web tal-master konġunt tal-għażla tiegħek ħalli tara l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti biex tirreġistra u l-kalendarju għall-applikazzjonijiet.

Żur l-uffiċċju għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-università tiegħek

L-università ta’ pajjiżek jaf tieħu sehem fi programmi ta’ skambju internazzjonali oħrajn. L-uffiċċju għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-università tiegħek jista’ jagħtik aktar informazzjoni dwar Erasmus+ u opportunitajiet ta’ skambju oħrajn.

Ara l-Portal tal-UE dwar l-immigrazzjoni għal aktar informazzjoni jekk m’intix ċittadin tal-UE, se tistudja f’pajjiż tal-UE u għandek bżonn visa/permess ta’ residenza.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 03/11/2026
Ikkondividi din il-paġna